AMs minn Wales jibżgħu li “jiġu jidhru bħala boloh” Hemm kosternazzjoni fost xi AMs wara suġġeriment li t-titolu tagħhom għandu jinbidel għal MWPs (Membru tal-Parlament ta’ Wales). Dan ġie mqajjem minħabba pjanijiet għat-tibdil tal-isem tal-assemblea tal-Parlament ta’ Wales. L-AMs madwar l-ispettru politiku qed jinkwetaw li dan se jġiegħlhom jidhru redikoli . AM Laburista qal li l-grupp tiegħu kien ikkonċernat li “dan għandu l-istess ħoss bħal Twp u Pwp." Għal qarrejja minn barra Wales: Fil-lingwa ta’ Wales twp tfisser ibleh u pwp tfisser rawt. AM ta’ Plaid qal li l-grupp sħiħ ‘ma kienx kuntent u ssuġġerixxa alternattivi. Konservattiv minn Wales qal li l-grupp tiegħu kellu “moħħu miftuħ” dwar it-tibdil fl-isem, iżda nnota li kien hemm differenza verbali żgħira minn MWP għal “Muppet”. F’dan il-kunest l-ittra w fil-lingwa ta’ Wales tiġi ppronunċjata b’mod simili għall-pronunzja tal-ittra u. Il-Kummissjoni tal-Assemblea, li bħalissa qed tabbozza leġiżlazzjoni biex tintroduċi t-tibdiliet fl-isem, qalet: “Id-deċiżjoni finali dwar kwalunkwe deskrittur ta’ dak għandhom jissejħu l-Membri tal-Assemblea naturalment se tkun kwistjoni l-membri stess.” L-att tal-Gvern ta’ Wales tal-2017 ta s-setgħa lill-assemblea ta’ Wales biex tbiddel isimha. F’Ġunju, il-Kummissjoni ppubblikat ir-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-proposti li kellhom appoġġ wiesgħa biex l-assemblea tissejjaħ Parlament ta’ Wales. Dwar il-kwistjoni tat-titolu tal-AMs, il-Kummissjoni ffavorixxiet Membri tal-Parlament ta’ Wales jew WMPs, iżda MWP irċeviet l-aktar appoġġ f’konsultazzjoni pubblika. Milli jidher, AMs qed jissuġġerixxu għażliet alternattivi, iżda d-diffikultà li jintlaħaq kunsens tista’ tkun ta’ uġigħ ta’ ras għall-Uffiċjal li jippresjedi, Elin Jones, li hija mistennija tissottometti abbozz tal-leġiżlazzjoni dwar it-tibdiliet f’temp ta’ ftit ġimgħat. Il-leġiżlazzjoni dwar ir-riformi se tinkludi tibdiliet oħrajn fil-mod kif taħdem l-assemblea, inklużi regoli dwar l-iskwalifika ta’ AMs u d-disinn tas-sistema tal-kumitat. AMs se jkollhom l-vot finali dwar il-kwistjoni ta’ kif għandhom jissejħu meta jkollhom dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni. Fil-Maċedonja jħallu f’idejn l-opinjoni pubblika f’referendum dwar it-tibdil fl-isem tal-pajjiż Votanti se jivvutaw il-Ħadd dwar jekk għandux jinbidel l-isem tal-pajjiż tagħhom għar-“Repubblika tal-Maċedonja Ta’ Fuq." Il-vot popolari ġie stabbilit bil-għan li tinstab soluzzjoni għal tilwima li damet deċennji mal-pajjiż ġar il-Greċja, li għandha provinċja tagħha stess li jisimha Maċedonja. Ateni ilha tinsisti għal żmien twil li l-isem tal-ġar tat-Tramuntana tagħha jirrappreżenta . Il-President tal-Maċedonja Gjorge Ivanov, opponent tal-plebixxit fuq it-tibdil fl-isem, qal li se jinjora l-vot. Iżda sostenituri tar-referendum, inkluż il-Prim Ministru Zoran Zaev, jargumentaw li t-tibdil fl-isem sempliċiment huwa l-konsegwenza tad-dħul fl-UE u NATO. Il-Qniepen ta’ St.Martin’s Jieqfu Jdoqqu hekk kif Knejjes f’Harlem qed Ibagħtu "Storikament, l-anzjani li tkellimt magħhom jgħidu li kien hemm bar u knisja f'kull rokna,” qal is-Sur Adams. “Illum il-ġurnata, m’hemm l-ebda." Huwa qal li jista’ jifhem kif sparixxew il-bars. Qal, "In-nies jissoċjalizzaw b’mod differenti" illum il-ġurnata. "Il-bars m’għadhomx iċ-ċentru tal-attività tal-lokalità fejn imorru n-nies fuq bażi regolari." Fir-rigward tal-knejjes, huwa jinkwieta li l-flus mill-bejgħ tal-assi mhuwiex se jdum daqskemm qed jaħsbu l-mexxejja, “u llum jew għada se jerġgħu jispiċċaw fejn kienu fil-bidu." Huwa żied li l-knejjes jistgħu jiġu sostitwiti b’blokok tal-appartamenti b’kondominji mimlijin bit-tip ta’ nies li mhux se jgħinu l-bqija tas-santwarji tal-lokalità. "Il-maġġoranza kbira ta’ nies li jixtru kondominji f’dan il-bini jkunu karnaġġjon abjad," huwa qal, “u b’hekk, mhumiex se jiddejqu meta tasal il-ġurnata li jinħalqu għal dawn il-knejjes għaliex probabbli ħafna minn dawn in-nies li jidħlu jgħixu f’dawn il-kondominji mhux se jsiru membri ta’ dawn il-knejjes.” Iż-żewġ knejjes inbnew minn kongregazzjonijiet ta’ nies ta’ karnaġġjon abjad qabel ma Harlem sar metropoli ta’ nies ta’ karnaġġjon abjad - Metropolitan Community fl-1870, St.Martin’s għaxar snin wara. Il-Kongregazzjoni Methodist oriġinali ta’ nies ta’ karnaġġjon abjad telqet fis-snin 30. Kongregazzjoni ta’ nies ta’ karnaġġjon iswed li kienet qed tipprattika r-reliġjon fil-qrib ħadet it-titolu għall-bini. St. Martin's ittieħed minn kongregazzjoni ta’ nies ta’ karnaġġjon iswed taħt ir-Rev. John Howard Johnson, li mexxa bojkott ta’ bejjiegħa bl-imnut f’125 Street, triq prinċipali għax-xiri f'Harlem, li rreżistew il-kiri lil jew il-promozzjoni ta' nies ta’ karnaġġjon iswed. Nar fl-1939 ħalla l-bini bi ħsara gravi, imma hekk kif il-parruċċani ta’ Father Johnson għamlu pjanijiet biex jibnuh mill-ġdid, ikkummissjonaw il-carillon. Rev. David Johnson, it-tifel ta’ Father Johnson's u s-suċċessur ta’ St. Martin’s, kien kburi meta sejjaħ lill-carillon “il-qniepen tal-poplu." L-esperta li daqqet il-carillon f’Lulju sejjħitlu xi ħaga oħra: "Teżor kulturali" and "strument storiku uniku." L-esperta, Tiffany Ng tal-Università ta’ Michigan, nnotat ukoll li kienet l-ewwel carillon fid-dinja li kellha mużiċist ta’ karnaġġjon iswed, Dionisio A. Lind, li mexa għall-carillon akbar fil-Knisja ta’ Riverside 18-il sena ilu. Mr. Merriweather qali li St. Martin's ma biddlitux ma’ xi ħadd ieħor. Dak li ġara f’St. Martin's matul dawn l-aħħar ftit xhur kien storja kkumplikata ta’ periti u kuntratturi, xi wħud imdaħħla mill-mexxejja tal-knisja lajċi, oħrajn mid-djoċesi Episkopali. Il-‘vestry’ - il-korp governattiv tal-parroċċa, magħmul minn mexxejja lajċi - kiteb id-djoċesi f'Lulju bi tħassib li d-djoċesi “se tfittex tgħaddi l-ispejjeż” lill-vestry, għalkemm il-vestry ma kienx involut biex jqabbad il-periti u l-kuntratturi li bagħatu mid-djoċesi. Uħud mill-parruċċani ilmentaw dwar nuqqas ta’ trasparenza min-naħa tad-djoċesi. Il-kelb il-baħar iweġġa’ lil tifel ta' 13-il sena waqt għadsa għall-awwista f’California Kelb il-baħar attakka u weġġa’ tifel ta’ 13-il sena is-Sibt waqt li kien qed jogħdos għall-awwista f’California f’jum il-ftuħ tal-istaġun tal-awwista, qalu l-uffiċjali. L-attakk sar ftit qabel is-7 ta’ filgħodu fejn Beacon’s Beach f’Encinitas. Chad Hammel qal lil KSWB-TV f’San Diego li kien qed jogħdos mal-ħbieb għal madwar nofs siegħa is-Sibt filgħodu meta sema’ lit-tifel jgħajjat għall-għajnuna u mbagħad mar fejh ma’ grupp biex jgħin biex jiġbdu barra mill-ilma. Hammel qal li għall-ewwel ħaseb li kien l-eċitament ta’ wara li taqbad awwista, iżda imbagħad “irrealizza li kien qed jgħajjat, ‘Gidimni! Gidimni!' Qattgħalu u fetaħlu l-klavikola kollha," Hammel qal li rrealizza l-mument li wasal fejn it-tifel. "Għajjatt sabiex kulħadd joħroġ mill-ilma: 'Hemm kelb il-baħar fl-ilma!'" żied Hammel. Ħadu lit-tifel permezz ta’ ħelikopter sa Rady Children's Hospital f’San Diego fejn jinsab f’kundizzjoni kritika. L-ispeċi tal-kelb il-baħar responsabbli għall-attakk ma kinitx magħrufa. Il-Lifeguard Capt. Larry Giles qal f’laqgħa mal-midja li kelb il-baħar intlemaħ fiż-żona ftit tal-ġimgħat qabel, iżda ġie ddeterminat li ma kienx speċi ta’ kelb il-baħar perikoluża. Giles żied li l-vittma ġarrbet ġrieħi trawmatiċi fil-parti ta’ fuq tat-torso. Uffiċjali għalqu l-aċċess għall-bajja minn Ponto Beach f’Casablad sa Swami's f’Ecinitas għal 48 siegħa għal finijiet ta’ investigazzjoni u sigurtà. Giles innota li hemm iktar minn 135 speċi ta’ klieb il-baħar fiż-żona, iżda ħafna minnhom mhumiex ikkunsidrati perikolużi. Il-pjanijiet ta’ Sainsbury's jidħlu fis-suq tas-sbuħija tar-Renju Unit Sainsbury's qed jikkompeti kontra Boots, Superdrug u Debenhams b’kurrituri ta’ xkaffi simili għal dawk ta’ ‘department store’ ta’ prodotti tas-sbuħija mgħammra b’assistenti speċjalisti. Bħala parti minn dħul sostanzjali fis-suq tas-sbuħija ta’ £2.8 biljun tar-Renju Unit, li qed ikompli jikber waqt li l-bejgħ tal-ħwejjeġ u l-oġġetti għall-użu domestiku jonqos, il-kurituri akbar bil-prodotti tas-sbuħija se jiġu ttestjati fi 11-il ħanut madwar il-pajjiż u l-idea se tixxerred f’aktar ħwienet is-sena d-dieħla jekk tkun ta’ suċċess. L-investiment fis-sbuħija ġie wara li s-supermarkets kienu qed ifittxu modi kif jużaw l-ispazju fuq l-ixkafef li darba kien jintuża għal TVs, microwaves u oġġetti għall-użu domestiku. Sainsbury's qal li se jirdoppja l-ammont tal-oġġetti tas-sbuħija li qed joffri sa 3000 oġġett, inklużi ditti bħal Revlon, Essie, Tweezerman u Dr. PawPaw għall-ewwel darba. Firxiet ta’ prodotti eżistenti minn L'Oreal, Maybelline u Burt's Bees se jkollhom iktar spazju b’żoni tad-ditta simili għal dawk li jinsabu fil-ħwienet bħal Boots. Is-supermarket se jniedi mill-ġdid ukoll il-firxa ta’ makeup ta’ Boutique tiegħu sabiex il-maġġoranza tal-prodotti jkunu tajbin għall-vegani - xi ħaġa li qed tintalab dejjem aktar minn xerrejja iżgħar. Barra minn hekk, il-bejjiegħ bl-imnut tal-fwieħa Fragrance Shop se jeżamina konċessjonijiet f'żewġ ħwienet ta’ Sainsbury’s, li l-ewwel wieħed fetaħ fi Croydon, f'Londra ta’ isfel, il-ġimgħa l-oħra, filwaqt li t-tieni fetaħ f’Selly Oak, Birmingham, aktar tard din is-sena. Ix-xiri online u bidla lejn ix-xiri b’ammonti żgħar ta' ikel kuljum fil-ħwienet tal-konvenjenza lokali jfisser li s-supermarkets qed ikollhom jagħmlu aktar biex jipperswadu lin-nies biex jixtru minn hemm. Mike Coupe, il-kap eżekuttiv ta’ Sainsbury's, qal li l-ħwienet se jidhru dejjem iktar bħal ‘department stores’ hekk kif il-katina tas-supermarkets tipprova tiġġieled kontra l-ħwienet li jiskontaw il-prezzijiet Aldi u Lidl b'aktar servizzi u prodottu mhux tal-ikel. Sainsbury's ilu jpoġġi l-ħwienet ta’ Argos f’mijiet ta’ ħwienet u introduċa wkoll numru ta’ Habitats peress li xtara ż-żewġ ktajjen sentejn ilu, li jgħid li saħħaħ il-bejgħ tal-merċa u għamel l-akkwisti aktar ta’ profitt. It-tentattiv preċedenti tas-supermarket li jġedded id-dipartimenti tas-sbuħija u tal-ispiżerija tiegħu ma rnexxiex. Sainsbury's ittestjaw impriża konġunta ma’ Boots fil-bidu tas-snin 2000, iżda r-rabta intemmet wara ġlieda dwar kif jinqasam id-dħul mill-ħwienet tal-ispiżjar fis-supermarkets tiegħu. L-istrateġija l-ġdida ddaħlet wara li Sainsbury's biegħ in-negozju tal-ispiżerija b’281 ħanut lil Celesio, is-sid tal-katina Lloyds Pharmacy, għal £125 miljun, tliet snin ilu. Qal li Lloyds se jkollu rwol fil-pjan, billi żied firxa estiża ta’ ditti tal-kura tal-ġilda lussużi inklużi La Roche-Posay u Vichy f’erba’ ħwienet. Paul Mills-Hicks, id-direttur kummerċjali ta’ Sainsbury’s, qal: "Ittrasformajna d-dehra u s-sensazzjoni tal-kurituri tas-sbuħija tagħna għat-titjib tal-ambjent għall-klijenti tagħna. Investejna wkoll f’kollegi li ġew imħarrġa b’mod speċjali li se jkunu disponibbli biex joffru l-pariri. Il-firxa ta’ ditti tagħna tfasslet biex tkun xierqa għal kull ħtieġa u l-ambjent li jiġbdek u l-pożizzjonijiet konvenjenti tal-ħwienet ifissru li sirna destinazzjoni tal-prodotti tas-sbuħija ta’ interess li jisfida l-mod antik ta’ xiri." Peter Jones 'irrabbjat ħafna' wara li Holly Willoughby tikkanċella ftehim ta’ £11-il miljun Il-personalità ta’ Dragons Den Peter Jones 'irrabjat ħafna' wara li l-preżentatriċi tat-televiżjoni TV Holly Willoughby ikkanċellat ftehim ta’ £11-il miljun man-negozju tad-ditta tal-istil tal-ħajja tiegħu biex tiffoka fuq il-kuntratti l-ġodda tagħha ma’ Marks and Spencer u ITV Willoughby ma għandhiex ħin għad-ditta ta’ prodotti tad-dar u aċċessorji tagħhom, Truly. In-negozju tal-par ġie mqabbel mad-ditta ta’ Gwyneth Paltrow, Goop. Il-preżentatriċi ta’ This Morning, 37, dehret fuq Instagram sabiex tħabbar li se titlaq. Holly Willoughby ħalliet lil personalità ta’ Dragons” Den Peter Jones irrabjat ħafna minħabba li kkanċellat milli tkun parti min-negozju tagħhom ta’ ditta tal-istil tal-ħajja li jrendi ħafna flus fl-aħħar minuta - biex tiffoka fuq il-kuntratti l-kbar tagħha ma’ Marks & Spencer u ITV. Is-sorsi jgħidu li Jones kien "irrabjat ħafna" meta l-personalità tat-televiżjoni popolari ħafna ammettiet waqt laqgħa b’tensjoni nhar it-Tlieta fil-kwartieri ġenerali tan-negozju enromi tiegħu f’Marlow, Buckinghamshire, li l-ftehimiet l-ġodda tagħha - b’valur ta’ sa £1.5 miljuni - fissru li ma baqalhiex ħin biżżejjed biex tiddedikah lid-ditta tagħhom ta’ prodotti tad-dar u aċċessorji, Truly. In-negozju ġie mqabbel mad-ditta ta’ Gwyneth Paltrow Goop u kien maħsub li se jirdoppja l-ġid stmat ta’ Willoughby ta’ £11-il miljun. Hekk kif Willoughby, 37, dehret fuq Instagram biex tħabbar li kienet se titlaq minn ma’ Truly, Jones telaq mill-Gran Brittanja u mar lejn waħda mill-villeġġaturi privati tiegħu. Sors qal: "Truly kienet bil-bosta l-ewwel prijorità ta’ Holly. Kienet se tkun il-futur tagħha fit-tul li kien se jimlilha l-ftit deċennji li ġejjin. Id-deċiżjoni tagħha li titlaq ħalliet lil kulħadd kompletament mistagħġeb. Ħadd ma seta’ jemmen x’kien qed jiġri nhar it-Tlieta, it-tnedija kienet kważi waslet. Hemm maħżen mimli prodottu fil-kwartieri ġenerali ta’ Marlow li huma lesti għall-bejgħ." L-esperti jemmnu li t-tluq tal-preżentatriċi ta’ This Morning, li tinsab fost il-personalitajiet tal-Gran Brittanja li jġibu profitt, jista’ jfisser spiża ta’ miljuni għall-kumpanija minħabba investiment kbir f’prodotti minn imħaded u xemgħat sal-ħwejjeġ u prodotti tad-dar, u l-potenzjal għal aktar dewmien sat-tnedija tagġha. U jista’ jfisser tmiem ta’ ħbiberija twila. Omm ta’ tliet itfal, Willoughby u r-raħel tagħha Dan Baldwin ilhom ħbieb sew ma’ Jones u l-mara tiegħu Tara Capp għal għaxar snin. Willoughby stabilixxiet Truly ma’ Capp fl-2016 u Jones, 52, daħal magħhom bħala president chairman f’Marzu. Il-koppji jsiefru flimkien u Jones għandu sehem ta’ 40 fil-mija fil-kumpanija tal-produzzjoni tat-televiżjoni ta’ Baldwin. Willoughby għandha ssir ambazzatrċi tad-ditta ta’ M&S u se tieħu post Ant McPartlin bħala preżentatriċi ta’ I'm A Celebrity ta’ ITV. Ilbieraħ filgħaxija, sors viċin ta’ Jones qal "Aħna ma nikkummentawx dwar l-affarijiet ekonomiċi tiegħu." Laqgħa diffiċli 'iżda imbagħad sibna l-imħabba' Huwa ċċajta dwar kritika li se jaqla mill-midja tal-aħbarijiet talli għamel kumment li xi nies jikkunsidraw “mhux presidenzjali”u talli kien daqshekk pożittiv dwar il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq. Għaliex ċeda daqshekk il-President Trump? Trump qal b’vuċi li timita dik ta’ “preżentatur tal-aħbarijiet". "Ma ċedejt xejn." Huwa nnota li Kim huwa interessat f’laqgħa oħra wara li Trump ftaħar li l-laqgħa inizjali tagħhom f’Singapor f’Ġunju kienet pass kbir lejn id-denuklearizzazzjoni tal-Korea ta’ Fuq. Iżda waqfu n-negozjati tad-denuklearizzazzjoni. Aktar minn tliet xhur wara s-summit ta’ Ġunju f’Singapor, l-aqwa diplomatiku tal-Korea ta’ Fuq, Ri Yong Ho, qal lill-mexxejja tad-dinja, nhar is-Sibt, fl-Assemblea Ġenerali, li l-Korea ta’ Fuq ma tarax "rispons korrispondenti" mill-Istati Uniti għall-passi bikrija tad-diżarm tal-Korea ta’ Fuq. Minflok, innota, l-Istati Uniti qed ikomplu bis-sanzjonijiet immirati biex iżommu l-pressjoni. Trump ħa fehma ħafna aktar ottimista fid-diskors tal-manifestazzjoni tiegħu. Huwa qal, "Aħna mexjin tajjeb mal-Korea ta’ Fuq". "Konna se nidħlu f’gwerra mal-Korea ta’ Fuq. Miljuni ta’ persuni kienu jinqatlu. Issa għandna din ir-relazzjoni tajba ħafna." Huwa qal li l-isforzi tiegħu biex itejjeb ir-relazzjonijiet ma’ Kim ġabu riżultati pożittivi - it-tmiem tat-testijiet tar-rokits, l-għajnuna fil-ħelsien tal-ostaġġi u r-ritorn tal-veterani Amerikani li kien baqa’ lura d-dar. U hu ddefenda l-approċċ mhux tas-soltu tiegħu waqt li tkellem dwar ir-relazzjonijiet ma’ Kim. "Huwa faċli ħafna li tkun presidenzjali, iżda minflok li jkollna 10,000 persuna barra li qed tipprova tidħol f’din l-arena mimlija bin-nies, kien ikollna madwar 200 persuna bil-wieqfa hemmhekk," qal Trump, hu u jipponta lejn il-folla direttament quddiemu. Tsunami u Terremot fl-Indoneżja Jeqirdu Gżira, Joqtlu Mijiet tan-Nies Fil-konsegwenzi tat-terremot ta’ Lombok, per eżempju, organizzazzjonijiet mhux governattivi barranin ġew infurmati li ma kinux meħtieġa. Anki wara li aktar minn 10 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ Lombok kellhom jiċċaqalqu minn darhom, ma ġie ddikjarat l-ebda diżastru nazzjonali, prerekwiżit biex tiġi katalizzata l-għajnuna internazzjonali. "Sfortunatament, f’ħafna każijiet, kienu ċari ħafna li ma kinux qed jitolbu assistenza internazzjonali, b’hekk hija ta’ sfida," qalet Ms. Sumbung. Filwaqt li Save the Children qed torganizza tim biex jivvjaġġa lejn Palu, mhijiex ċara jekk persunal barrani jistax jopera fuq il-post. Mr. Sutopo, il-kelliem tal-aġenzija tad-diżastri nazzjonali, qal li l-uffiċjali Indoneżjani kienu qed jivvalutaw is-sitwazzjoni f’Palu biex jaraw jekk l-aġenziji internazzjonali jistgħux jitħallew jikkontribwixxu għall-isforza tal-għajnuna. Meta jitqiesu t-terremoti li jseħħu fl-Indoneżja ta’ spiss, il-pajjiż għadu mhux ippreparat sew għar-rabja kbira tan-natura. Filwaqt li kenn mit-tsunamis ġie mibni f’Aceh, ma tantx tarahom mal-kosta. In-nuqqas li jidher ta’ sirena ta’ twissija ta’ tsunami f’Palu, minkejja li ħarġet twissija, x'aktarx ikkontribwixxa għat-telf ta ‘ ħajjiet. Fl-aħjar żminijiet, l-ivvjaġġar bejn il-gżejjer numerużi tal-Indoneżja huwa ta’ sfida. Id-diżastri naturali jagħmlu l-loġistika aktar ikkumplikata. Vapur tal-isptar kien stazzjonat f’Lombok għall-kura tal-vittmi qiegħed fi triqtu lejn Palu, iżda se jdum tal-inqas tliet ijiem biex jasal fuq il-post tad-diżastru l-ġdid. Il-President Joko Widodo għamel it-titjib tal-infrastruttura li qed taqa’ biċċiet tal-Indoneżja, ċ-ċentru tal-kampanja elettorali tiegħu, u nefaq ħafna flus fit-toroq u l-ferroviji. Iżda l-amministrazzjoni tas-Sur Joko bagħtiet minħabba n-nuqqas ta’ fondi hekk kif jiffaċċja l-elezzjoni tiegħu mill-ġdid is-sena d-dieħla. Is-Sur Joko qed jiffaċċja wkoll pressjoni minn tensjonijiet settarji li għadhom fl-Indoneżja, fejn il-membri tal-maġġoranza Musulmana adottaw forma aktar konservattiva ta’ din il-fidi. Aktar minn 1,000 persuna inqatlu u għexieren ta’ eluf kellhom jiċċaqalqu minn darhom hekk kif gangs Insara u Musulmani ġġieldu fit-triq, bl-użu ta’ ‘machetes’, qaws u vleġeġ u tipi ta’ armi oħra. Ara: Daniel Sturridge ta’ Liverpool iġib il-punti ndaqs fl-aħħar minuta vs. Chelsea Daniel Sturridge salva lil Liverpool minn telfa fil-Premier League kontra Chelsea b’‘goal’ fid-89 minuta nhar is-Sibt ġewwa Stamford Bridge f’Londra. Sturridge irċieva l-ballun minn Xherdan Shaqiri filwaqt li kien 27 metru ‘l bogħod mil-lasta ta’ Chelsea bit-tim tiegħu li kien qed jitlef 1-0. Laqat il-ballun ftit lix-xellug tiegħu qabel ma spara l-ballun ġol-lasta. Il-ballun tar ‘l fuq ħafna mill-kaxxa hekk kif spiċċa daħal fin-naħa tal-lemin ta’ fuq tax-xibka. Eventwalment, il-ballun niżel wara Kepa Arrizabalaga, li qabeż biex jipprova jilqgħu, u waqa’ ġox-xibka. "Kont qed nipprova nidħol f’dik il-pożizzjoni, biex nidħol għall-ballun u plejers bħal Shaq dejjem jibgħatuh ‘l quddiem kemm jista’ jkun, allura ppruvajt nagħti ħin lili nnifsi kemm jista’ jkun," Sturridge qal lil LiverpoolFC.com. "Rajt lil Kante ġej fuqi u missejt il-ballun darba u ma ħsibtx fuqha ħafna u ppruvajt nispara l-ballun." Chelsea kienu qed jirbħu 1-0 sa nofs il-logħba wara li ġabu ‘goal’ fil-25 minuta mill-plejer tajjeb ħafna Belġjan Eden Hazard. L-istriker ta’ Chelsea qassam il-ballum lura lil Mateo Kovacic, qabel ma telaq jiġri lejn in-nofs tal-grawnd u imbagħad daħal malajr fin-nofs ta’ Liverpool. Kovacic qassamlu l-ballun malajr f’nofs il-grawnd. Imbagħad spara l-ballun b’mod sabiħ ħafna, li wassal lil Hazard ġewwa l-kaxxa. Hazard ġera aktar mill-plejers fid-difiża u bagħat il-ballun ġox-xibka bis-sieq ix-xellugija u għadda minn fejn Alisson Becker ta’ Liverpool. Liverpool jiġġieldu kontra Napoli fl-istadju tal-gruppi taċ-Champions League fit-3 ta’ wara nofsinhar nhar l-Erbgħa li ġej ġewwa Stadio San Paolo f’Napli, l-Italja. Chelsea jilgħabu kontra Videoton fl-Europa League tal-UEFA fit-3 ta’ wara nofsinhar nhar il-Ħamis li ġej f’Londra. In-numru ta’ mwiet fit-tsunami tal-Indoneżja jitla’ għal 832 In-numru ta’ mwiet fit-tsunami tal-Indoneżja tela’ għal 832, qalet l-aġenzija tad-diżastri tal-pajjiż kmieni nhar il-Ħadd. Ħafna nies ġew rrappurtati maqbuda taħt it-tifrik tal-bini li waqa’ minħabba t-terremot ta’ 7.5 li seħħ nhar il-Ġimgħa u kkawża mewġ għolja sa 20 pied, qal kelliem mill-aġenzija Sutopo Purwo Nugroho f’konferenza tal-aħbarijiet. Il-belt ta’ Palu, li għandha aktar minn 380,000 persuna, kienet mimlija tifrik mill-bini li waqa’. Il-pulizija arrestat raġel, 32, fuq suspett ta’ qtil wara li mara inqatlet b’sikkina Tnediet investigazzjoni ta’ qtil wara li nstab il-ġisem ta’ mara f’Birkenhead, Merseyside dalgħodu. Il-mara ta’ 44 sena nstabet fit-7.55 ta’ dalgħodu b’feriti minn sikkina f’Grayson Mews f’John Street, b’raġel ta’ 32 sena li ġie arrestat fuq suspett ta’ qtil. Il-pulizija ħeġġet lin-nies fiż-żona li raw jew semgħu xi ħaġa biex jitkellmu. Spettur investigattiv Brian O'Hagan qal: 'L-investigazzjoni tinsab fl-istadji tal-bidu iżda nappella lil kull min kien fil-viċinanzi ta’ John Street f'Birkenhead li ra jew sema' xi ħaġa suspettuża biex jikkuntattjana. Nixtieq nappella wkoll lil kulħadd, partikolarment lis-sewwieqa tat-taksis, li jista’ jkun qabad xi ħaġa fuq il-filmati bid-dashcam biex jikkuntattjana billi jista’ jkollu informazzjoni li hija vitali għall-investigazzjoni tagħna.' Kelliem tal-pulizija kkonferma li l-mara li nstab il-ġisem tagħha hija minn Birkenhead u nstabet ġewwa proprjetà. Illum wara nofsinhar ħbieb li jaħsbu li jafu l-mara waslu fuq il-post biex jistaqsu mistoqsijiet dwar fejn instabet dalgħodu. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin billi l-pulizija qalu li qegħdin fil-proċess li jinfurmaw lill-qraba tal-vittma. Sewwieq tat-taksi li jgħix fi Grayson Mews għadu kemm ipprova jerġa’ jidħol fl-appartament tiegħu imma qed jiġi infurmat mill-pulizija li ħadd ma għandu permess jidħol ġewwa jew joħroġ ‘l barra mill-bini. Ma kellux kliem meta sar jaf x’ġara. Ir-residenti qed jiġu infurmati issa li baqalhom sigħat sakemm jingħataw il-permess li jerġgħu jidħlu ‘l ġewwa. Uffiċjal tal-pulizija nstema’ jgħid lil raġel wieħed li ż-żona kollha qed tiġi kkunsidrata bħala post tad-delitt. Mara dehret fuq il-post bid-dmugħ f’għajnejha. Hija tibqa’ tirrepeti 'hija xi ħaġa orribbli'. Fis-2 ta’ wara nofsinhar kien hemm żewġ vannijiet tal-pulizija ġewwa ż-żona magħluqa u vann ieħor eżatt barra. Numru ta’ uffiċjali tal-pulizija kienu ġewwa ż-żona magħluqa jimmonitorjaw l-blokka tal-appartamenti. Kulħadd li għandu informazzjoni huwa mitlub jibgħat messaġġ dirett lil @MerPolCC, iċempel 101 jew jikkuntattja Crimestoppers b’mod anonimu fuq 0800 555 111 u jikkwota log 247 tat-30 ta’ Settembru. L-istatwa tal-Parlament ta’ Cromwell issir l-aħħar monument milqut mill-argument dwar il-‘kitba mill-ġdid tal-istorja’ It-tneħħija tagħha tkun forma ta’ ġustizzja xierqa għall-qerda b’mod simili għall-dak tat-Taliban, ta’ ħafna mill-artefatti reliġjużi u kulturali Ingliżi mwettqa mis-segwaċi ‘Puritan’ fanatiċi tiegħu. Iżda s-Soċjetà Cromwell iddeskriviet is-suġġeriment tas-Sur Crick bħala "miġnun" u "tentattiv biex terġa tinkiteb l-istorja." John Goldsmith, il-president tas-Soċjetà Cromwell, qal: "Kien inevitabbli fid-dibattitu preżenti dwar it-tneħħija ta’ statwi li l-figura ta' Oliver Cromwell barra l-Palazz ta’ Westminster kienet se ssir mira. L-‘iconoclasm’ tal-gwerer ċivili Ingliżi la kienet ordnata u lanqas imwettqa minn Cromwell. Forsi l-Cromwell l-ħażin kien jiġi sagrifikat għall-azzjonijiet tal-antenat tiegħu Thomas fis-seklu preċedenti. Ir-rappreżentazzjoni eċċellenti ta’ Sir William Hamo Thorneycroft ta' Cromwell hija evidenza ta’ opinjoni tas-seklu 19 u parti mill-istorjografija ta' figura li ħafna jemmnu li għadha ta’ min jiċċelebraha. Is-Sur Goldsmith qal lis-Sunday Telegraph: "Cromwell huwa meqjus minn ħafna, forsi aktar fl-aħħar tas-seklu 19 milli llum, bħala difensur tal-parlament kontra l-pressjoni esterna, fil-każ tiegħu, naturalment, il-monarkija. Jekk din hijiex rappreżentazzjoni kompletament preċiża hija s-suġġett ta’ dibattitu storiku kontinwu. Dak li huwa ċert hu li l-kunflitt tan-nofs tas-seklu 17 ifforma l-iżvilupp sussegwenti tan-nazzjon tagħna, u Cromwell huwa figura individwali li tintgħaraf li tirrappreżenta naħa waħda ta' dik il-qasma. Il-kisbiet tiegħu bħala ‘Lord Protector’ jistħoqqilhom ukoll li jiġu ċċelebrati u kkomemorati." Ħanżir Qattiel Jattakka u Joqtol Bidwi Ċiniż Bidwi ġie attakkat u maqtul minn ħanżir f'suq fil-Lbiċ taċ-Ċina, skont ir-rapporti tal-midja lokali. Ir-raġel, identifikat biss bil-kunjom tiegħu "Yuan," instab mejjet b’arterija maqtugħa, mgħotti bid-demm ħdejn maqjel fis-suq ta’ Liupanshui fil-provinċja ta’ Guizhou, irrapporta s-South China Morning Post. Bidwi tal-ħnieżer jipprepara biex jinjetta l-vaċċini fil-ħnieżer f‘hoggery’ fit-30 ta’ Mejju 2005 f’Xining tal-Provinċja ta’ Qinghai, iċ-Ċina. Allegatament, ivvjaġġa mal-kuġin tiegħu mill-provinċja viċin ta’ Yunnan l-Erbgħa biex ibiegħ 15-il ħanżir fis-suq. L-għada filgħodu, il-kuġin tiegħu sabu mejjet, u skopra bieb għall-maqjel tal-ħnieżer fil-viċin miftuħ. Qal li ġol-maqjel kien hemm ħanżir bid-demm f’ħalqu. Eżami forensiku kkonferma li l-ħanżir ta’ 250 kg kien attakka l-bidwi u qatlu, skont ir-rapport. "Saqajn kuġinuwi kienu mdemmin u mmutilati,"qal il-kuġin, li rreferew għalih bil-kunjom tiegħu "Wu," kif ikkwotat mill- Guiyang Evening News. Il-filmati ta’ kamera tas-sigurtà wrew lil Yuan dieħel fis-suq fil-4.40 ta’ filgħodu l-Ħamis biex jitma’ l-ħnieżer tiegħu. Il-ġisem tiegħu nstab madwar siegħa wara. L-annimal li qatel lil Yuan ma kienx ta’ Yuan jew ta’ kuġinuh. Maniġer tas-suq qal lill-Evening News li l-ħanżir ġie maqful biex ma jattakkax lil ħaddieħor, waqt li l-pulizija ġabret evidenza fuq il-post. Il-familja ta’ Yuan u l-awtoritajiet tas-suq qed jinnegozjaw kumpens għall-mewt tiegħu. Minkejja li huma rari, każijiet ta’ ħnieżer li jattakkaw lin-nies ġew irreġistrati qabel. fl-2016, ħanżir attakka lil mara u lir-raġel tagħha fir-razzett tagħhom f’Massachusetts, u r-raġel spiċċa weġġa’ b’mod kritiku. Għaxar snin qabel, ħanżir ta’ 295 kg żamm bidwi minn Wales mat-trattur tiegħu sakemm keċċiet l-annimal il-mara tiegħu. Wara li lħnieżer ta’ bidwi minn Oregon attakkawh u kieluh fl-2012, bidwi minn Manitoba farmer qal lil CBC News li l-ħnieżer normalment ma jkunux aggressivi iżda t-togħma tad-demm tista’ taġixxi bħala "kawża." "Ikunu qed jilagħbu. Huma jigdmu, huma kurjużi ħafna ... ma għandhomx intenzjoni li jweġġgħuk. Biss int trid turihom l-ammont xieraq ta’ rispett," huwa qal. Il-fdalijiet tal-Uragan Rosa se jġibu xita qawwija mifruxa fix-Xlokk tal-Istati Uniti Kif ġie mbassar, l-Uragan Rosa qed jiddgħajjef hekk kif jimxi fuq l-ilmijiet aktar kiesħa tal-kosta tat-tramuntana tal-Messiku. Madankollu, Rosa se ġġib xita ta’ għargħar madwar it-tramuntana tal-Messiku u fix-xlokk tal-Istati Uniti fil-jiem li ġejjin. Rosa ġab riħ ta’ 85 mph, Uragan tal-Kategorija 1, fil-5 ta’ filgħodu fil-ħin tal-Lvant il-Ħadd, u kien jinsab 385 mil fid-direzzjoni tal-Lbiċ ta’ Punta Eugenia, il-Messiku. Rosa huwa mistenni li jimxi lejn it-tramuntana nhar il-Ħadd. Sadanittant, qed jifforma ‘trough’ fuq l-Oċean Paċifiku u huwa miexi lejn il-Lvant lejn il-Kosta tal-Punent tal-Istati Uniti. Hekk kif Rosa qed joqrob lejn il-peniżola Baja California nhar it-Tnejn bħala maltempata tropikali se tibda timbotta umdità tropikali qawwija fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn il-Lbiċ tal-Istati Uniti Nhar it-Tnejn, Rosa se jġib sa 10 pulzieri ta’ xita f'partijiet tal-Messiku. Imbagħad, umdità tropikali li tinteraġixxi mat-‘trough’ li qed joqrob toħloq xita qawwija mifruxa fix-Xlokk fil-jiem li ġejjin. Lokalment, minn 1 sa 4 pulzieri ta’ xita se jikkawżaw għargħar ta’ malajr perikoluż, flussi ta' fdalijiet u possibilita’ ta’ valangi fid-deżert. Umdità tropikali qawwija se tikkawża li r-rati ta’ xita joqorbu minn 2 sa 3 pulzieri fis-siegħa f’partijiet, speċjalment f'partijiet tan-Nofsinhar ta' Nevada u Arizona. Minn 2 sa 4 pulzieri ta’ xita huma mistennija f'partijiet tal-Lbiċ, speċjalment fuq biċċa kbira mill-Arizona. L-għargħar ta’ malajr huwa possibbli b'kundizzjonijiet li jiddeterjoraw malajr minħabba l-karattru mxerred tax-xita tropikali. Ma tkun idea tajba xejn li wieħed joħroġ fid-deżert bil-mixi bit-theddida ta’ xita tropikali. Xita tqila tista’ tikkawża li l-‘canyons’ isiru xmajjar perikolużi u l-maltempati se jġibu irjieħ li jonfħu ħafna lokali u trab. It-‘trough’ se jġib xi ftit xita għal partijiet tal-kosta tan-Nofsinhar ta’ California. Huma possibbli totali ta’ xita ta’ aktar minn nofs pulzier, li jista’ jikkawża flussi żgħar ta' tifrik u toroq li jiżolqu. Din tkun l-ewwel xita tar-reġjun tal-istaġun tax-xita tagħhom. Xi dulluvji ta’ xita tropikali mferrxa jibdew jersqu lejn Arizona tard il-Ħadd u kmieni t-Tnejn, qabel ma x-xita ssir aktar mferrxa tard it-Tnejn u t-Tlieta. Xita qawwija tinfirex f’Four Corners nhar it-Tlieta u ddum sal-Erbgħa. F’Ottubru jista’ jkun hemm xi tibdil qawwi fit-temperatura madwar l-Istati Uniti hekk kif jiksaħ l-Artiku, imma ż-żoni tropikali jibqgħu pjuttost sħan. Xi kultant dan iwassal għal bidliet drammatiċi fit-temperatura fuq distanzi qosra. Se jkun hemm eżempju kbir ta’ differenzi drammatiċi fit-temperatura miċ-Ċentru tal-Istati Uniti nhar il-Ħadd. Hemm kważi differenza fit-temperatura ta’ 20 grad bejn Kansas City, Missouri, u Omaha, Nebraska, u bejn St Louis u Des Moines, Iowa. Matul il-jiem li ġejjin, is-sħana tas-sajf li tibqa’ se tipprova tiżviluppa u tespandi mill-ġdid. Biċċa kbira mill-Amerika Ċentrali u tal-Lvant hija mistennija li tesperjenza bidu sħun f’Ottubru b’temperaturi fit-80s mifruxa mill-Pjanuri tan-Nofsinhar sa partijiet tal-Grigal. New York City tista’ titla’ sa 80 grad nhar it-Tlieta, li jkun bejn wieħed u ieħor 10 gradi ogħla mill-medja. It-tbassir klimatiku tagħna fuq żmien twil qed jindika possibiltajiet għoljin għal temperaturi ‘l fuq mill-medja għall-Lvant tal-Istati Uniti matul l-ewwel nofs ta’ Ottubru. Aktar minn 20 miljun persuna raw is-seduta ta’ Brett Kavanaugh Aktar minn 20 miljun persuna raw ix-xhieda ferm interessanti ta’ nhar il-Ħamis tal-kandidat nominat tal-Qorti Suprema Brett Kavanaugh u l-mara li akkużatu li kkommetta attakk sesswali li allegatament seħħ fis-snin tmenin, Christine Blasey Ford, fuq sitt netwerks tat-televiżjoni. Sadanittant, il-ġlieda politika kompliet, bix-xandara li interrompew l-ipprogrammar regolari bl-aħbar xokkanti tal-aħħar minuta ta’ nhar il-Ġimgħa: ftehim imfassal mis-Senatur ta’ Arizona Jeff Flake għall-FBI biex iwettaq investigazzjoni ta’ ġimgħa tal-akkużi. Ford qalet lill-Kumitat tal-Ġudikatura tas-Senat li hija ċerta 100 fil-mija li Kavanaugh babasha meta kien taħt l-influwenza tal-alkoħol u pprova jneħħilha l-ħwejjeġ meta kienu festin tal-livell tal-iskola post-sekondarja. Kavanaugh, f'xhieda b’passjoni, qal li hu 100 fil-mija ċert li dan ma seħħx. Huwa probabbli li iktar minn 20.4 miljun persuna rrappurtati minn Nielsen nhar il-Ġimgħa rawha. il-kumpanija kienet qed tgħodd il-medja tal-ammont ta’ telespettaturi fuq CBS, ABC, NBC, CNN, Fox News Channel u MSNBC. Il-figuri ma kinux immedjatament disponibbli għal netwerks oħra li wrewha, inklużi PBS, C-SPAN u l-Fox Business Network. U Nielsen ġeneralment isib diffikultà biex jikkalkula kemm hemm telespettaturi minn uffiċċji. Biex tpoġġi dan fil-perspettiva, huwa daqs ta’ udjenza simili għal dak għal-logħba deċiżiva tal-futbol jew għall-Academy Awards. Fox News Channel, li l-opinjonisti tiegħu appoġġaw bil-qawwa l-ħatra ta’ Kavanaugh, kien fuq ta’ quddiem min-netwerks kollha b'medja ta' 5.69 miljun telespettatur matul is-seduta li damet ġurnata sħiħa, qal Nielsen. ABC kien eżatt warajh b’3.26 miljun telespettatur. CBS kellu 3.1 miljun, NBC kellu 2.94 miljun, MSNBC kellu 2.89 miljun u CNN kellu 2.52 miljun, qal Nielsen. L-interess baqa’ għoli wara s-seduta. Flake kien il-figura ċentrali fid-drama ta’ nhar il-Ġimgħa. Wara li l-uffiċċju Repubblikan moderat ħareġ dikjarazzjoni li kien se jivvota favur Kavanaugh, inqabdu dawk li pprotestaw mill-kameras ta’ CNN u CBS nhar il-Ġimgħa filgħodu u kienu qed jgħajjtu miegħu hekk kif ipprova jitla’ fil-lift għal seduta tal-Kumitat tal-Ġudikatura. Huwa baqa’ hemm bil-wieqfa b’għajnejh iħarsu l-isfel għal bosta minuti hekk kif kien qed jiġi kkritikat b’mod aggressiv, f’xandira diretta fuq CNN. "Qiegħda bil-wieqfa hawn quddiemek jien," qalet mara. "Taħseb li qed jgħid il-verità lil pajjiż? Qalulu "għandhek is-setgħa meta ħafna nisa ma għandhom xejn."" Flake qal li l-uffiċju tiegħu ħareġ dikjarazzjoni u qal, qabel ma ngħalqu l-bibien tal-lift, li se jkollu iktar xi jgħid fis-seduta tal-kumitat. In-netwerks bil-kejbil u tax-xandir kollha kienu qed ixandru dirett, sigħat wara, meta l-Kumitat tal-Ġudikatura kellu jivvota biex javvanza n-nomina ta’ Kavanaugh għas-Senat bis-sħiħ għal vot. Iżda Flake qal li kien se jagħmel hekk biss bil-fehim li l-FBI kien se jinvestiga l-allegazzjonijiet kontra l-persuna nominata fil-ġimgħa ta’ wara, li l-minoranzi Demokratiċi ilhom iħeġġu. Flake kien konvint parzjalment minn konverżazzjonijiet mal-ħabib tiegħu, is-Senatur Demokratiku Chris Coons. Wara konverżazzjoni ma’ Coons u ma’ bosta senaturi wara, Flake ħa d-deċiżjoni tiegħu. Id-deċiżjoni ta’ Flake kellha s-setgħa, għax kien evidenti li r-Repubblikani ma kienx se jkollhom il-voti biex japprovaw lil Kavanaugh mingħajr l-investigazzjoni. Il-President Trump fetaħ investigazzjoni tal-FBI dwar l-allegazzjonijiet kontra Kavanaugh. Il-Prim Ministru Ingliż May takkuża lill-kritiċi li qegħdin “jieħdu vantaġġ mill-politika” fuq Brexit Il-Prim Ministru Theresa May akkużat lill-kritiċi tal-pjanijiet tagħha li titlaq mill-Unjoni Ewropea li qegħdin “jieħdu vantaġġ” mill-politika u jdgħajjfu l-interess nazzjonali f’intervista mal-gazzetta Sunday Times. Il-Prim Ministru tal-Gran Brittanja Theresa May waslet għall-Konferenza tal-Partit Konservattiv f’Birmingham, il-Gran Brittanja, fis-29 ta’ September 2018. F'intervista oħra wara waħda magħha fuq il-paġna ta’ quddiem tal-gazzetta, l-eks ministru tagħha għall-affarijiet barranin Boris Johnson ippressa l-attakk tiegħu tal-hekk imsejjaħ Pjan ‘Chequers’ għal Brexit, u qal li proposta li l-Gran Brittanja u l-UE għandhom jiġbru t-tariffi ta’ xulxin kienet "kompletament miġnuna. " L-isparar fuq Wayde Sims: Il-pulizija tarresta lis-suspettat Dyteon Simpson wara l-mewt tal-plejer ta’ LSU Il-pulizija arrestat persuna suspettata fl-isparar li qatel lil Wayde Sims, plejer tal-basketball ta’ LSU ta’ 20 sena. Dyteon Simpson, 20, ġie arrestat u mdaħħal il-ħabs fuq akkuża ta’ qtil tat-tieni grad, qal id-Dipartiment tal-Pulizija ta' Baton Rouge. L-uffiċjali ħarġu filmat tal-konfrontazzjoni bejn Sims u Simpson, u l-pulizija qalu li Sims tilef n-nuċċali tiegħu waqt il-ġlieda. Il-pulizija rkupraw in-nuċċali minn fuq il-post u qalu li sabu d-DNA tas-Simpson fuqhom, jirrapporta l-affiljat tas-CBS, WAFB. Wara li interrogat lil Simpson, il-pulizija qalet li ammetta li spara u qatel lil Wayde. Il-bond tiegħu ġie stabbilit għal $ 350,000, jirrapporta l-Advocate. L-uffiċċju tal-koroner tal-Parroċċa ta’ East Baton Rouge huwa ħareġ rapport preliminari nhar il-Ġimgħa, li qal li l-kawża tal-mewt hija dannu minn pistola mir-ras għall-għonq. Id-dipartiment qed jagħti l-kreditu lit-task force tal-klandestini tal-Pulizija tal-Istat ta’ Louisiana, il-laboratorju tal-kriminalità tal-pulizija tal-istat, il-pulizija tas-Southern University u ċ-ċittadini taż-żona biex jassistu fl-investigazzjoni li wasslet għall-arrest. Id-direttur tal-atletika tal-LSU Joe Alleva rringrazzja lill-infurzar tal-liġi taż-żona għad- "diliġenza u t-tfittxija tal-ġustizzja." Sims kellu 20 sena. L-attakkant li kien twil 2 metri, trabba f’Baton Rouge, fejn missieru, Wayne, kien ukoll plejer tal-basketball għal-LSU. Kellu medja ta’ 5.6 punti u 2.6 ‘rebounds’ kull logħba fl-istaġun li għadda. Il-Ġimgħa filgħodu, il-kowċ tal-basketball tal-LSU Will Wade qali li t-tim jinsab "mitluf" u "taħt xokk” wara l-mewt ta’ Wayde. "Dan huwa dak li tinkwieta fuqu l-ħin kollu," qal Wade. Vulkan jarmi l-irmied fuq Mexico city Irmied li qed jintrema mill-vulkan Popocatepetl laħaq l-inħawi tan-Nofsinhar tal-kapitali tal-Messiku. Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Prevenzjoni tad-Diżastri wissa lill-Messikani biex jibqgħu 'l bogħod mill-vulkan wara li l-attività fil-kratier żdiedet u ġew irreġistrati 183 emissjoni tal-gass u l-irmied fi żmien 24 siegħa. Iċ-ċentru kien qed jimmonitorja diversi ħsejjes u ċaqliq tettoniku. Stampi fuq il-midja soċjali wrew saffi irqaq tal-irmied li ksew il-windscreens tal-karozzi fil-viċinanzi ta’ Mexico City bħal Xochimilco. Fiżiċisti tal-ġeografija nnutaw żieda fl-attività fil-vulkan li jinsab 45 mil (72 kilometru) fix-xlokk tal-kapitali wara terremot ta’ 7.1 fiċ-ċentru tal-Messiku f’Settembru tal-2017. Il-vulkan magħruf bġala "Don Goyo" ilu attiv mill-1994. Il-pulizija jkollhom kunflitt ma’ separatisti mill-Katalonja qabel l-anniversarju tal-vot tal-indipendenza Sitt persuni ġew arrestati f'Barċellona nhar is-Sibt wara li dimostranti favur l-indipendenza kellhom kunflitt mal-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, u hekk kif eluf ingħaqdu mad-dimostrazzjonijiet tar-rivali biex jimmarkaw l-ewwel anniversarju tal-vot ta’ polarizzazzjoni tal-Katalonja dwar is-seċessjoni. Grupp favur is-separatisti b’wiċċhom mgħotti li nżammu lura mill-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet waddbulhom il-bajd u ż-żebgħa tat-trab, u ħolqu sħaba ta’ trab skura fit-toroq li ġeneralment ikunu mimlija bit-turisti. Kien hemm ġlied żgħir ukoll matul il-ġurnata u l-pulizija kellha tuża l-lembubi biex tikkontrolla l-ġlied. Fuq perjodu ta’ bosta sigħat, gruppi favur l-indipendenza kienu qed jagħjtu "Ma ninsewx, ma niskużawx" iġġieldu kontra dimostranti unjonisti li kienu qed jgħajtu, "Spanja Għal Dejjem." Erbatax-il persuna rċevew kura għal korrimenti minuri li rċivew fil-protesti, irrappurtat l-istampa lokali. Tensjonijiet baqgħu għoljin fir-reġjun li jrid l-indipendenza sena wara r-referendum tal-1 ta’ Ottubru meqjus bħala illegali minn Madrid iżda li jiġi ċċelebrat minn separatisti mill-Katalonja. Il-votanti għażlu b’distakk kbir li jsiru indipendenti, għalkemm il-parteċipazzjoni kienet baxxa b’dawk li huma kontra s-seċessjoni li għamlu bojkott kbir kontra l-vot. Skont l-awtoritajiet tal-Katalonja, kważi 1000 persuna indarbu s-sena l-oħra wara li l-pulizija ppruvat twaqqaf li jsir il-vot fl-istazzjonijiet tal-votazzjoni fir-reġjun kollu fi ġlied vjolenti. Gruppi favur l-indipendenza kienu kkampjaw matul il-lejl nhar il-Ġimgħa biex jipprevjenu dimostrazzjoni b'appoġġ għall-pulizija nazzjonali. Id-dimostrazzjoni saret iżda kellha tieħu rotta differenti. Narcis Termes, 68, elettriċista li attenda l-protesta separatista m’ martu qal li ma baqalux tama fil-prospetti li Katalonja tikseb l-indipendenza. "Is-sena l-oħra għexna wieħed mill-isbaħ mumenti tagħna. Rajt lil ommi u lil missieri jibku bil-ferħ li setgħu jivvutaw iżda issa weħilna," huwa qal. Minkejja li kellhom rebħa vitali u dejqa fl-elezzjonijiet reġjonali f'Diċembru li għadda, l-partiti favur l-indipendenza tal-Katalonja qed jbagħtu biex iżommu l-momentum dis-sena b'ħafna mill-aqwa mexxejja tagħhom magħrufa jew fl-eżilju li ddeċidew huma stess jew f'detenzjoni u qed jistennew il-proċess minħabba r-rwol li kellhom fl-organizzazzjoni tar-referendum u d-dikjarazzjoni sussegwenti ta’ indipendenza. Joan Puig, mekkanik ta’ 42 sena li kien qed jirreġistra l-protesta fuq it-telefon tiegħu f’appoġġ għall-pulizija, qal li l-kunflitt kien ikkawżat minn politiċi taż-żewġ naħat. "Qed ikun hemm aktar u aktar tensjoni," huwa qal. Nhar is-Sibt, Oriol Junqueras, wieħed mid-disa’ mexxejja tal-Katalonja li qiegħed il-ħabs qabel il-proċess mill-aħħar tas-sena l-oħra, ħabbar li se jikkontesta fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew is-sena d-dieħla. "Billi noħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet Ewropej huwa l-aħjar mod biex niddenunzja r-regressjoni fil-valuri demokratiċi u r-repressjoni li rajna mill-gvern Spanjol," huwa qal. Londonderry: Irġiel arrestati wara li karozza daħlet ġo dar bis-saħħa Tliet irġiel, ta’ 33, 34 u 39 sena, ġew arrestati wara li karozza daħlet aktar minn darba bis-saħħa ġo dar f’Londonderry. L-inċident seħħ f’Ballynagard Crescent nhar il-Ħamis għall-ħabta tas-19:30 BST. Spettur investigattiv Bob Blemmings qal li l-ħsara kienet ikkawżata lill-gradi u lill-bini nnifsu. Seta’ ġie użat ukoll ‘crossbow’ biex jisparaw lejn il-karozza f’xi mument. Goal’ ta’ Menga jrebbaħ logħba 1-0 għal Livingston kontra Rangers L-ewwel ‘goal’ ta’ Dolly Menga's għal Livingston rebbaħ il-logħba Livingston, li ġie promoss, bellaħ lil Rangers u b’hekk Steven Gerrard tilef għat-tieni darba biss f’18-il logħba bħala kowċ tal-‘club’ ta’ Ibrox. L-isparatura tal-ballun ta’ Dolly Menga's għamlet id-differenza kollha hekk kif in-naħa ta’ Gary Holt ġiet indaqs fil-punti ma’ Hibernian fit-tieni post. In-naħa ta’ Gerrard baqgħet ma rebħitx darba barra mill-grawnd tagħha fil-Premiership f’dan l-istaġun u l-Ħadd li ġej se tilgħab kontra Hearts, li qiegħdin l-ewwel u li qegħda warajhom bi tmien punti. Qabel dik il-logħba, Rangers se jilagħbu kontra Rapid Vienna fil-grawnd tagħhom fl-Europa League nhar il-Ħamis. Filwaqt li Livingston ikomplu ma jkollhomx telfa fid-diviżjoni f’sitt logħbiet, bil-kowċ prinċipali Holt li għadu ma tilifx logħba minn mindu ġie minflok Kenny Miler ix-xahar li għadda. Livingston jitilfu opportunitajiet kontra viżitaturi goffi It-tim ta’ Holt messu ilu li kien qed jirbaħ qabel ma kellu ‘goal’, bl-istil dirett tal-logħob tiegħu li kien qed jikkawża ħafna problemi għal Rangers.. Scott Robinson irnexxilu jgħaddi iżda qassam il-ballun quddiem il-lasta, imbagħad Alan Lithgow seta’ biss jqassam il-ballun b’bod wiesgħa wara li żżerżaq biex wasal biex jirċievi l-ballun mid-daqqa ta’ ras mingħand Craig Halkett ħdejn il-lasta. Dawk li kienu qed jilagħbu fil-grawnd tagħhom stess kienu kuntenti jħallu lil Rangers jilagħbu quddiemhom, għaliex kienu jafu li kienu lill-viżitaturi setgħu jtuhom il-problemi f’ċerti mumenti. U dak kien il-mod li bih wasal il-‘goal’ kruċjali. Rangers ħallew ‘free-kick’ jidħol u Livingston ħadu l-opportunià, Declan Gallagher u Robinson ħadmu flimkien biex jgħinu lil Menga, li mess il-ballun u daħħlu ġol-lasta miċ-ċentru tal-kaxxa. Sa dak il-mument, Rangers kienu qed jiddominaw il-pussess tal-ballun, iżda kienu qed isibu d-difiża tat-tim li kienu qed jilagħbu fil-grawnd tagħhom stess, mhux penetrabbli, u l-‘goalkeeper’ Liam Kelly ma tantx kellu nkwiet, Dak l-istil ta’ logħob kompla anke fit-tieni nofs tal-logħba, iżda Alfredo Morelos ġiegħel lil Kelly jilqa’ l-ballun. Scott Pittman ma rnexxilux isib ‘goal’ minħabba l-‘goalkeeper’ ta’ Rangers Allan McGregor u Lithgow spara l-ballun b’mod wiesgħa wara li qassamlu plejer ieħor ta’ Livingston. Blalen kienu l-ħin kollu deħlin fil-kaxxa ta’ Livingston u tneħħew dejjem mill-plejers tagħhom, filwaqt li żewġ talbiet għal ‘penalty’ - wara t-tentattiv ta’ Halkett fuq is-sostitut Glenn Middleton, u oħra wara li l-ballun intmess mill-idejn ta’ plejer - ġew rifjutati. Fenomenali’ minn Livingston - analiżi Alasdair Lamont ta’ BBC Scotland ġewwa l-Arena Tony Macaroni Prestazzjoni u riżultat fenomenali għal Livingston. Għal raġel, kienu eċċellenti, komplew jaqbżu l-aspettattivi fuq din it-trajettorja tiela’ ‘l fuq. L-istil tal-logħob u l-persunal tagħhom ma tantx inbiddlu mir-ritorn għall-ġlieda ewlenija, iżda l-aktar kreditu għandu jmur lil Holt għall-mod kif għaqqad it-tim minn mindu wasal hu. Huwa kellu ħafna eroj. Il-kap Halkett kien kbir ħafna fil-logħob tiegħu, billi organizza difiża organizzata tajjeb immens, filwaqt li Menga żamm lil Connor Goldson u lil Joe Worrall b’seba’ għajnejn. Madankollu, Rangers kellhom nuqqas ta’ ispirazzjoni. Għalkemm kienu qed jilgħabu tajjeb ħafna f’ċerti mumenti taħt Gerrard, kien hemm nuqqas ta’ standards sew did-darba. L-aħħar opportunità tagħhom bil-ballun ma kinitx tajba - darba biss irnexxilhom jifirdu d-difiża tat-tim li kien qed jilgħab fil-grawnd tiegħu stess - u huwa sinjal għal Rangers, li jsibu ruħhom fin-nofs tal-klassifika. Erdogan irċieva reazzjonijiet differenti f'Cologne Nhar is-Sibt (id-29 ta’ Settembru) kien hemm persuni jidħqu u sema blu hekk kif il-mexxejja tat-Turkija u l-Ġermanja ltaqgħu għall-kolazzjon f’Berlin. Hija l-aħħar ġurnata taż-żjara kontroversjali tal-President Erdogan fil-Ġermanja - bl-għan li jissewwew ir-relazzjonijiet ta’ bejn l-alleati tan-NATO. Huma ma qablux dwar kwistjonijiet inklużi d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-istampa u d-dħul tat-Turkija fl-UE. Erdogan imbagħad telaq lejn Cologne biex jiftaħ moskea ġdida enormi. Il-belt għandha l-akbar popolazzjoni Torka barra t-Turkija. Il-Pulizija kkwotat raġunijiet ta’ sigurtà biex timblokka folla kbira ta’ 25,000 persuna milli tinġabar quddiem il-moskea, imma ħafna persuni li jappoġġawh tfaċċaw fil-viċin biex jaraw il-president tagħhom. Mijiet ta’ dimostranti kontra Erdogan - ħafna minnhom Kurdi - semmew ukoll leħenhom, billi kkundannaw il-politiki ta’ Erdogan u d-deċiżjoni tal-gvern Ġermaniż li jilqgħu fil-pajjiż. Il-protesti kontra xulxin jirriflettu s-separazzjoni ta’ viżitatur li huwa eroj għal ċerti Torok Ġermaniżi u maħsub li huwa ‘autocrat’ minn oħrajn. Ħabta fit-triq f’Deptford: Ċiklist imut f'ħabta ma’ karozza Ċiklist miet f’ħabta li involviet karozza f’Londra. Il-ħabta seħħet viċin tal-intersezzjoni ta’ Bestwood Street u Evelyn Street, triq traffikuża f’Deptford, fix-xlokk tal-belt, għall-ħabta tal-10:15 BST. Is-sewwieq tal-karozza waqaf u attendew il-paramediċi, iżda r-raġel miet fuq il-post. Din il-ħabta ġrat ftit xhur wara ċiklist ieħor miet wara li laqtitu karozza u baqgħet sejra f’Childers Street, madwar mil ‘l bogħod mill-ħabta ta’ nhar is-Sibt li għadda. Il-Pulizija Metropolitana qalet li l-uffiċjali kienu qegħdin jaħdmu biex jidentifikaw ir-raġel u jinfurmaw lill-qraba tiegħu. Għeluq tat-toroq u devjazzjonijiet tal-karozzi tal-linja huma fis-seħħ u sewwieqa ngħataw parir biex jevitaw iż-żona. Il-Ħabs ta’ Long Lartin: Sitt uffiċjali jindarbu f’diżordni Sitt uffiċjali tal-ħabs indarbu wara disturb f’ħabs tal-irġiel ta’ sigurtà għolja, qalu mill-Uffiċċju tal-Ħabs. Id-diżordni bdiet f’HMP Long Lartin f’Worcestershire għall-ħabta tad-09:30 BST nhar il-Ħadd u għadha għaddejja. Uffiċjali speċjalizzati "Tornado" iddaħħlu biex jindirizzaw id-disturb, li jinvolvi tmien priġunieri u li jinsab f'waħda mis-sezzjonijiet. L-uffiiċjali ngħataw kura għal korrimenti minuri f’wiċċhom fuq il-post. Kelliem tas-Servizz tal-Ħabs qal: "Persunal tal-ħabs imħarreġ b'mod speċjali ġie skjerat biex jindirizza inċident li għadu għaddej f’HMP Long Lartin. Sitt membri tal-persunali ngħataw kura għall-korrimenti. Aħna ma nittollerawx il-vjolenza fil-ħabsijiet tagħna, u aħna nkunu ċari li dawk responsabbli se jiġu riferuti lill-pulizija u jistgħu jqattgħu aktar żmien il-ħabs." HMP Long Lartin għandu iktar minn 500 priġunier, inklużi wħud minn dawk li wettqu reati l-aktar perikolużi fil-pajjiż. F'Ġunju ġie rrappurtat li l-gvernatur tal-ħabs irċieva kura fl-isptar wara li ġie attakkat minn priġunier. U f'Ottubru tas-sena l-oħra l-uffiċjali ta’ kontra l-irvellijiet ġew imsejħa lill-ħabs biex jindirizzaw disturb serju li fih il-persunal ġie attakkat bil-blalen tal-‘pool’. L-Uragan Rosa Jhedded lil Phoenix, Las Vegas, Salt Lake city bl-Għargħar ta’ Malajr (Żoni ta' Nixfa jistgħu Jibbenefikaw) Huwa rari li dipressjoni tropikali tolqot lil Arizona, imma dan x'aktarx se jseħħ kmieni l-ġimgħa d-dieħla hekk kif l-enerġija li baqa’ tal-Uragan Rosa timxi mill-Lbiċ tad-Deżert, li twassal għal riskji ta' għargħar ta’ malajr. Is-Servizz Nazzjonali tat-Temp diġà stabilixxa għassa għall-għargħar ta’ malajr għat-Tnejn u t-Tlieta għal minn Arizona tal-Punent san-Nofsinhar u l-Lvant ta’ Nevada, California tax-Xlokk u Utah, inklużi l-ibliet ta’ Phoenix, Flagstaff, Las Vegas, u Salt Lake City. Rosa hija mistennija li tgħaddi f’linja dritta minn fuq Phoenix nhar it-Tlieta, u toqrob tard it-Tnejn bix-xita. Is-Servizz Nazzjonali tat-Temp Phoenix innota f'tweet li "għaxar ċikluni tropikali biss żammew status ta’ maltemp tropikali jew ta’ dipressjoni f’distanza ta’ 200 mil minn Phoenix mill-1950"! Katrina (1967) kien uragan f’distanza ta’ 40 mil mill-fruntiera ta’ AZ." L-aħħar mudelli taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Uragani jbassru minn 2 sa 4 pulzieri ta’ xita, b'ammonti iżolati sa 6 pulzieri fil-Mogollon Rim ta' Arizona. Żoni oħra tal-Lbiċ tad-Deżert inklużi r-Rockies ċentrali u l-Great Basin x'aktarx ikollhom minn pulzier sa 2 pulzieri, b'totali iżolati possibbli sa 4 pulzieri. Għal dawk li huma f'riskju ta’ għargħar ta’ malajr, ix-xita ta' Rosa tista’ tkun ħaġa pożittiva peress li r-reġjun huwa milqut min-nixfa. Għalkemm l-għargħar hija kwistjoni serja ħafna, ftit minn din ix-xita x'aktarx ikun ta’ benefiċċju peress li n-naħa tal-Lbiċ bħalissa qed tesperjenza kundizzjonijiet ta' nixfa. Skont l-apparat li jimmonitorja n-nixfa, ftit aktar minn 40 fil-mija ta’ Arizona qed tesperjenza, tal-inqas, nixfa estrema, it-tieni l-ogħla kategorija,” irrappurtaw minn weather.com. L-ewwel, ir-rotta tal-Uragan Rosa twasslu biex imiss il-peniżola ta’ Baja California tal-Messiku. Rosa, li se tkun għadha uragan qawwi ħafna il-Ħadd filgħodu b’irjieħ massimi ta' 85 mil fis-siegħa, se tinsab 385 mil fin-nofsinhar ta’ Punta Eugenia, il-Messiku u se timxi lejn it-tramuntana bi 12-il mil fis-siegħa. Il-maltempata qed tiltaqa’ ma’ ilmijiet aktar kiesħa fil-Paċifiku u għalhekk titlef il-qawwa. B’hekk, huwa mistenni li tmiss mal-Messiku bil-qawwa ta’ maltempata tropikali nhar it-Tnejn wara nofsinhar jew kmieni filgħaxija. Ix-xita f'partijiet tal-Messiku tista’ tkun qawwija, u dan joħloq riskju sinifikanti ta' għargħar. "Total ta’ xita ta’ minn 3 sa 6 pulzieri huma mistennija minn Baja California lejn il-majjistral ta’ Sonora, b'possibilità ta’ mhux aktar minn 10 pulzieri,” irrappurtaw minn weather.com. Imbagħad Rosa se timxi lejn it-tramuntana madwar il-Messiku bħala maltempata tropikali qabel ma tasal mal-fruntiera ta’ Arizona fis-sigħat bikrin ta' filgħodu ta’ nhar it-Tlieta bħala dipressjoni tropikali, u mbagħad se timxi minn Arizona u lejn in-Nofsinhar ta’ Utah sa tard filgħaxija nhar it-Tlieta. "Il-periklu ewlieni mistenni minn Rosa jew mill-fdalijiet tagħha huwa xita qawwija ħafna f'Baja California, fil-majjistral ta’ Sonora, u fid-deżert tal-lbiċ tal-Istati Uniti,” qalu miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Uragani. Din ix-xita hija mistennija li tipproduċi għargħar ta’ malajr perikoluż għall-ħajja u flussi ta’ tifrik fid-deżerti, u valangi fit-terren muntanjuż. Attakk f’Midsomer Norton: Erba’ arrestati wara attentati ta' qtil Tliet adolexxenti u raġel ta’ 20 sena ġew arrestati fuq suspett ta' attentat ta’ qtil wara li nstab tifel adolexxenti ta’ 16-il sena b’feriti minn sikkina f’Somerset. It-tifel adoloxxenti nstab imweġġa’ f’Excelsior Terrace fiż-żona ta’ Midsomer Norton, għall-ħabta tal-04:00 BST nhar is-Sibt. Ħaduh l-isptar fejn jibqa’ f'kundizzjoni "stabbli". Adolexxenti ta’ 17-il sena, tnejn ta’ 18-il sena u raġel ta’ 20 sena ġew arrestati matul il-lejl fiż-żona ta’ Radstock, Avon, qalet il-Pulizija ta’ Somerset. L-uffiċjali appellaw għal kull min jista’ jkollu xi filmat miġbud mill-mowbajl ta’ dak li ġara biex jitkellem. Trump qal li Kavanaugh ‘bagħta l-ħdura u r-rabja' tal-Partit Demokratiku "Vot għall-Imħallef Kavanaugh huwa vot biex jiġu rrifjutati t-tattiċi bla ħniena u xokkanti tal-Partit Demokratiku,” qal Trump waqt manifestazzjoni f’Wheeling, West Virginia. Trump qal li Kavanaugh ‘bagħta l-ħdura u r-rabja' tal-Partit Demokratiku waqt il-proċess tan-nomina tiegħu. Kavanaugh xehed quddiem il-Kungress nhar il-Ħamis, bil-qawwa u bl-emozzjoni ċaħad allegazzjoni minn Christine Blasey Ford li hu attakkaha sesswalment deċennji ilu meta kienu adoloxxenti. Ford xehdet ukoll waqt is-seduta dwar l-allegazzjoni tagħha. Is-Sibt, il-President qal li, dakinhar, il-"poplu Amerikan ra l-bravura u l-kwalità u l-kuraġġ" ta’ Kavanaugh. "Vot li jikkonferma lill-Imħallef Kavanaugh huwa vot li jikkonferma lil wieħed mill-imħuħ legali l-aktar li wettqu ta’ żmienna, ġurist b'rekord ta' servizz pubbliku impekkabbli", huwa qal lill-folla ta’ partitarji ta' West Virginia. Il-President irrefera b’mod indirett għan-nomina ta’ Kavanaugh filwaqt li tkellem dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni Repubblikana fl-elezzjonijiet ta' nofs it-terminu. "Ninsabu ħames ġimgħat ‘il bogħod minn waħda mill-aktar elezzjonijiet importanti ta’ ħajjitna. Minix nikkontesta, iżda fil-verità, qed nikkontesta," huwa qal. "Għalhekk qiegħed niġri ma’ kullimkien niġġieled għal kandidati tajbin ħafna." Trump argumenta li d-Demokratiċi għandhom missjoni li "jirreżistu u jostakolaw." L-ewwel vot proċedurali ewlieni ġewwa s-Senat dwar in-nomina ta’ Kavanaugh huwa mistenni li jseħħ mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, qal assistent superjuri tat-tmexxija tal-GOP lil CNN. Mijiet inqatlu mit-terremot Indoneżjan, mit-tsunami, bin-numru ta’ mwiet li jidher li qed jiżdied Mill-inqas 384 persuna inqatlu, ħafna ġġarrew hekk kif mewġ enormi niżel bis-saħħa fuq bajjiet, wara li terremot kbir u tsunami laqtu l-gżira Indoneżjana ta’ Sulawesi, l-awtoritajiet qalu nhar is-Sibt. Mijiet ta’ persuni nġabru għal festival fuq il-bajja fil-belt ta' Palu nhar il-Ġimgħa meta mewġ għoli sa sitt metri (18-il pied) niżel bis-saħħa fuq l-art x’ħin beda jidlam, filwaqt li ħafna ġġarrew u mietu u nqered kollox li kien fin-nofs. It-tsunami seħħ wara terremot ta’ qawwa ta’ 7.5. "Meta ħarġet it-theddida tat-tsunami l-bieraħ, in-nies kienu għadhom qed jagħmlu l-attivitajiet tagħhom fuq il-bajja u ma qamux biex jiġru immedjatament u spiċċaw vittmi,” qal Sutopo Purwo Nugroho, il-kelliem għall-aġenzija tal-Indoneżja għal-mitigazzjoni tad-diżastri BNPB waqt briefing f'Jakarta. "It-tsunami ma tfaċċax waħdu, ġibed karozzi, zkuk, djar, laqat kollox li kien hemm fuq l-art,” qal Nugroho, u żied li t-tsunami kien ivvjaġġa tul il-baħar miftuħ b'veloċitajiet ta’ 800 kph (497 mph) qabel ma laqat ix-xatt. Xi nies telgħu s-siġar biex jaħarbu mit-tsunami u baqgħu ħajjin, huwa qal. Madwar 16,700 persuna ġew evakwati għal 24 ċentru f'Palu. Ritratti mill-ajru li ħarġu mill-aġenzija tad-diżastri wrew ħafna bini u ħwienet meqruda, pontijiet li dawru fuqhom infushom u waqgħu u moskea mdawra bl-ilma. Skossi qawwija baqgħu jriegħdu l-belt ta’ mal-kosta nhar is-Sibt. Is-serje ta’ terremoti nħassu f'żona b'2.4 miljun persuna. L-Aġenzija tal-Indoneżja għall-Valutazzjoni u l-Applikazzjoni tat-Teknoloġija (BPPT) qalet fid-dikjarazzjoni li l-enerġija li ħarġet mit-terremot enormi tal-Ġimgħa kienet madwar 200 darba aktar qawwija mill-bomba atomika li waqgħet fuq Hiroshima fit-Tieni Gwerra Dinjija. Qalu li l-ġeografija tal-belt, li tinsab fit-tarf ta’ bajja twila u dejqa, setgħet kabbret id-daqs tat-tsunami. Nugroho ddeskriva l-ħsara bħala "estensiva" u qal li eluf ta’ djar, sptarijiet, ċentri kummerċjali u lukandi kienu waqgħu. L-iġsma ta’ xi vittmi nstabu maqbuda taħt it-tifrik ta' bini li waqa’, huwa qal, filwaqt li żied li 540 persuna ndarbu u 29 kienu għadhom neqsin. Nugroho qal li d-diżgrazzji u l-ħsara jistgħu jkunu akbar tul ill-kosta 300 km (190 mil) lejn it-tramuntana ta’ Palu, żona msejħa Donggala, li hija aktar viċin l-epiċentru tat-terremot. Komunikazzjonijiet "kienu totalment bagħtuti u mingħajr informazzjoni" minn Donggala, qal Nugroho. Hemm aktar minn 300,000 persuna li jgħixu hemm,” qalu mis-Salib l-Aħmar fi stqarrija, u żiedu li l-persunal u l-voluntiera tagħhom kienu qed imorru lejn iż-żoni affettwati. "Din diġà hija traġedja, imma tista’ tmur għall-agħar,” huma qalu. Nhar is-Sibt, l-aġenzija ġiet ikkritikata ħafna minħabba li ma infurmatx li tsunami laqat lil Palu, għalkemm uffiċjali qalu li l-mewġ kien wasal fiż-żmien li nħarġet it-twissija. F’filmat tad-dilettanti kondiviż fuq il-midja soċjali, raġel fuq is-sular ta’ fuq ta’ bini jista’ jinstema' jgħajjat twissijiet b’ansjetà għat-tsunami li kien qed joqrob lin-nies fit-triq ta’ taħt. Fi ftit minuti ammont enormi ta’ ilma niżel bis-saħħa fuq ix-xatt, u ġarr miegħu l-bini u l-karozzi. Reuters ma setax jawtentika l-filmati immedjatament. It-terremot u t-tsunami kkawżaw qtugħ qawwi tad-dawl li naqqas il-komunikazzjonijiet madwar Palu u agħmilha diffiċli għall-awtoritajiet li jikkoordinaw l-isforzi ta' salvataġġ. L-awtoritajiet qalu li l-militar beda jibgħat ajruplani tal-merkanzija bl-għajnuna minn Jakarta u minn bliet oħra, iżda l-evakwati xorta għad għandhom bżonn ta’ ikel u ħtiġijiet bażiċi oħra. L-ajruport tal-belt infetaħ mill-ġdid biss għall-isforzi ta’ għajnuna u se jibqa’ magħluq sa Ottubru. Kien skedat li l-President Joko Widodo jżur iċ-ċentri ta’ evakwazzjoni f’Palu nhar il-Ħadd. In-numru ta’ mwiet jaqbeż sew it-800. Hija sitwazzjoni gravi ħafna. Filwaqt li l-persunal ta’ World Vision's minn Donggala waslu qawwijin u sħaħ fil-belt ta’ Palu, fejn l-impjegati qegħdin jistkennu ġew shelters tat-tarpolin armati fil-bitħa tal-uffiċċju tagħhom, huma għaddew minn fejn xeni ta’ devastazzjoni fit-triqthom ‘l hemm, qal is-Sur Doseba. Huwa qal, "Qaluli li raw ħafna djar li nqerdu”. Hija sitwazzjoni gravi ħafna. Hekk kif gruppi tal-għajnuna bdew il-proċess mhux pjaċevoli ta’ għajnuna fid-diżastri, ftit minnhom ilmentaw dwar il-fatt li ħaddiema tal-għajnuna barranin b’kompetenzi profondi ma kinux qed jitħallew li jivvjaġġaw lejn Palu. Skont ir-regolamenti Indoneżjani, l-iffinanzjar, il-provvisti u l-persunal minn barra l-pajjiż jistgħu jibdew jidħlu biss jekk is-sit ta’ diżastru jiġi ddikjarat bħala żona ta’ diżastru nazzjonali. Dan għadu ma seħħx. "Għadu diżastru ta’ livell tal-provinċja," qalet Aulia Arriani, kelliema għas-Salib l-Aħmar Indoneżjan. "Ladarba l-gvern jgħid, "O.K., dan huwa diżastru nazzjonali," nistgħu ndaħħlu l-assistenza internazzjonali imma s’issa m’hemm l-ebda status." Mat-tieni lejl f’Palu wara t-terremot u t-tsunami tal-Ġimgħa, il-ħbieb u l-familja ta’ dawk li għadhom neqsin kienu għadhom bit-tama li l-maħbubin tagħhom kienu jkunu l-mirakli li jsebbħu din l-istorja ta’ diżastri naturali. Nhar is-Sibt, ħarġu tifel żgħir minn ġo drenaġġ. Nhar il-Ħadd, persuni li jwettqu salvataġġ ħelsu mara li kienet maqbuda taħt it-tifrik għal jumejn ħdejn ġisem ommha. Gendon Subandono, il-kowċ tat-tim nazzjonali Indoneżjan tal-Paragliding, kien ħarreġ tnejn mill-paragliders nieqsa għall-Asian Games, li spiċċaw kmieni dan ix-xahar fl-Indoneżja. Oħrajn minn dawk maqbuda fil-Lukanda Roa Roa, inkluż is-Sur Mandagi, kienu l-istudenti tiegħu. "Bħala persuna superjuri fil-qasam tal-paragliding, għandi piż emozzjonali tiegħi stess," huwa qal. Is-Sur Gendon irrakkonta kif, fis-sigħat wara li l-aħbar li waqgħet il-Lukanda Roa Roa ċċirkolat fost il-komunità tal-paragliding, huwa bagħat b’mod, iddisprat, messaġġi b’WhatsApp lill-kompetituri ta’ Palu, li kienu qed jieħdu sehem fil-festival fuq il-bajja. Il-messaġġi tiegħu, madankollu, immarkaw biss li telqu, iżda ma mmarkawx li waslu. "Naħseb li dak ifisser li l-messaġġi ma waslux," huwa qal. Ħallelin jieħdu $26,750 waqt li l-ATM kienet qed timtela mill-ġdid f’Newport on the Levee Nhar il-Ġimgħa filgħodu, ħallelin serqu $26,750 minn ħaddiem ta’ Brink’s li kien qed jimla ATM mill-ġdid f’Newport on the Levee, skont stqarrija tal-aħbarijiet mid-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Newport. Is-sewwieq tal-karozza kien qed jibattal ATM fil-kumpless tad-divertiment u kien qed jipprepara biex iwassal aktar flus, l-Ispettur Dennis McCarthy kiteb fl-istqarrija. Waqt li kien okkupat b’xogħlu, raġel ieħor "ġie jiġri minn wara l-impjegat ta’ Brink’s" u seraq borża tal-flus maħsuba għall-kunsinna. Skont l-istqarrija, ix-xhieda raw bosta persuni suspettati jaħarbu mix-xena, imma l-pulizija ma speċifikatx in-numru ta’ persuni involuti fl-inċident. Kull min għandu informazzjoni dwar l-identitajiet tagħhom għandu jikkuntattja lill-Pulizija ta’ Newport fuq 859-292-3680. Kanye West: Il-kantant tar-rap ibiddel ismu għal Ye Il-kantant tar-rap Kanye West qed ibiddel ismu - għal Ye. Waqt li ħabbar il-bidla fit-Twitter nhar is-Sibt, huwa qal: "Il-bniedem li kien magħruf qabel bħala Kanye West" West, 41, ġie mlaqqam Ye għal xi żmien u uża l-moniker bħala t-titolu għat-tmien album tiegħu, li ħareġ f'Ġunju. Il-bidla ssir qabel id-dehra tiegħu fuq Saturday Night Live, fejn hu mistenni li jniedi l-album il-ġdid tiegħu Yandhi. Huwa jieħu post il-kantanta Ariana Grande fuq il-programm li kkanċellat għal "raġunijiet emozzjonali," qal il-kreatur tal-programm. Minbarra li huwa abbrevjazzjoni tal-isem professjonali attwali tiegħu, West qabel qal li l-kelma għandha sinifikat reliġjuż għalih. "Nemmen li 'ye' hija l-aktar kelma wżata fil-Bibbja, u fil-Bibbja tfisser “int,’” qal West aktar kmieni din is-sena, waqt li kien qed jiddiskuti t-titolu tal-album tiegħu mal-preżentatur tar-radju Big Boy. "Allura jiena, int, jiena aħna, hija, aħna. Minn Kanye li jfisser ‘l-uniku wieħed’, għal Ye biss - sempliċiment riflessjoni ta’ dak għandna tajjeb, ħażin, dak li jħawwadna, kollox. L-album huwa aktar riflessjoni ta’ min aħna." Huwa wieħed minn numru ta’ kantanti tar-rap famużi li biddlu isimhom. Sean Combs kien magħruf bħala Puff Daddy, P. Diddy jew Diddy, iżda dis-sena ħabbar li jippreferi l-ismijiet Love u Brother Love. Bħala wieħed li kien jikkollabora ma’ West, JAY-Z, ukoll jinqeda bi jew mingħajr sing u ittri kapitali. AMLO tal-Messiku jwiegħed li ma jużax il-militari kontra l-persuni ċivili Il-President elett tal-Messiku Andres Manuel Lopez Obrador wiegħed li qatt ma juża forza militari kontra l-persuni ċivili hekk kif il-pajjiż javviċina l-50 anniversarju ta’ ritaljazzjoni mdemmija kontra l-istudenti. Lopez Obrador wiegħed nhar is-Sibt fil-Pjazza Tlatelolco li "qatt ma se juża l-militar biex jirrestrinġi l-poplu Messikan." It-truppi sparaw fuq dimostrazzjoni paċifika fil-pjazza fit-2 ta’ Ottubru 1968, u qatlu madwar 300 persuna fi żmien meta movimenti tal-istudenti tax-xellug kienu qed jiġu stabbiliti fl-Amerika Latina kollha. Lopez Obrador wiegħed li jappoġġa liż-żgħażagħ Messikani billi jagħti sussidji kull xahar lil dawk li jistudjaw u jiftaħ aktar universitajiet pubbliċi bla ħlas. Huwa qal li l-qgħad u nuqqas ta’ opportunitajiet edukattivi jiġbdu liż-żgħażagħ lejn gruppi kriminali. L-Istati Uniti għandhom jirdoppjaw il-fondi għall-I.A. Hekk kif iċ-Ċina qed issir aktar attiva fl-intelliġenza artifiċjali, l-Istati Uniti għandhom jirdoppjaw l-ammont li jonfqu fuq ir-riċerka f’dan il-qasam, jgħid l-investitur u l-prattikant tal-IA Kai-Fu Lee, li ħadem għal Google, Microsoft u Apple. Il-kummenti saru wara li diversi partijiet tal-gvern tal-Istati Uniti għamlu avviżi tal-IA, anke jekk hemm nuqqas ta’ strateġija formali tal-IA fl-Istati Uniti. Sadanittant, iċ-Ċina introduċiet il-pjan tagħha s-sena l-oħra: qed timmira li tkun l-ewwel fl-innovazzjoni tal-IA sal-2030. "L-irduppjar tal-baġit għal riċerka tal-IA jkun bidu tajjeb, peress li l-pajjiżi l-oħra kollha huma ħafna aktar lura mill-Istati Uniti, u aħna qed infittxu l-pass rivoluzzjonarju li jmiss fl-IA,” qal Lee. L-irduppjar tal-fondi jista’ jirdoppja l-possibilitajiet li l-kisba l-kbira tal-IA li jmiss se ssir fl-Istati Uniti, Lee qal lil CNBC f'intervista dil-ġimgħa. Lee, li l-ktieb tiegħu "AI Superpowers: China, Silicon Valley and the New World Order" ġie ppubblikat dan ix-xahar minn Houghton Mifflin Harcourt, huwa s-CEO ta’ Sinovation Ventures, li investiet f’waħda mill-kumpaniji tal-IA l-aktar prominenti fiċ-Ċina, Face++. Fis-snin tmenin fl-Università ta’ Carnegie Mellon, ħadem fuq sistema tal-IA li rebħet lill-plejer bl-ogħla klassifikazzjoni ta’ American Othello, u wara kien eżekuttiv ma’ Microsoft Research u l-president tal-fergħa ta’ Google fiċ-Ċina. Lee rrikonoxxa kompetizzjonijiet ta’ qabel tal-gvern Amerikan fit-teknoloġija bħar-Robotics Challenge tal-Aġenzija tal-Proġetti ta’ Riċerka Avvanzata tad-Difiża u staqsa meta se tkun dik li jmiss, sabiex jgħin biex jidentifika l-viżjonarji li jmiss. Lee qal li r-riċerkaturi fl-Istati Uniti ta’ spiss ikollhom jaħdmu ħafna sabiex jieħdu għotjiet mill-gvern. Lee qal, "Mhijiexx iċ-Ċina li qed tneħħi l-mexxejja akkademiċi; il-korporati qed jagħmlu dan,”. Fis-snin riċenti, Facebook, Google u kumpaniji teknoloġiċi oħra impjegaw persuni li jispiraw lill-oħrajn minn universitajiet biex jaħdmu fuq l-IA. Lee qal li l-bidliet fil-politika tal-immigrazzjoni jistgħu jgħinu wkoll lill-Istati Uniti biex issaħħaħ l-isforzi tagħhom fl-IA. Huwa qal, "Jiena nemmen li l-karta ħadra għandha tiġi offruta awtomatikament lil nies li għandhom Dottorat fl-IA". Il-Kunsill tal-Istat taċ-Ċina ħareġ il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali tal-Ġenerazzjoni li Jmiss f'Lulju tal-2017. Lee qal li l-Fondazzjoni Nazzjonali tax-Xjenza Naturali taċ-Ċina tipprovdi fondi lil persuni f'istituzzjonijiet akkademiċi simili għall-mod kif il-Fondazzjoni Nazzjonali tax-Xjenza u organizzazzjonijiet oħra tal-gvern joħorġu flus lir-riċerkaturi tal-Istati Uniti, iżda l-kwalità tax-xogħol akkademiku hija aktar baxxa fiċ-Ċina. Aktar kmien dis-sena, id-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti stabbilixxa Ċentru Konġunt tal-Intelliġenza Artifiċjali, li huwa maħsub biex jinvolvi sħab mill-industrija u l-akkademja, u l-White House ħabbret il-formazzjoni ta' Kumitat Magħżul għall-Intelliġenza Artifiċjali. U dax-xahar DARPA ħabbret investiment ta’ $2 biljuni f’inizjattiva li jisimha AI Next. Fir-rigward tal-NSF, bħalissa jinvesti aktar minn $100 miljun fis-sena fir-riċerka tal-IA. Sadanittant, il-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti li ppruvat toħloq Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali dwar l-Intelliġenza Artifiċjali ma rat l-ebda azzjoni f’bosta xhur. Il-poplu tal-Maċedonja jivvota f’referendum dwar jekk għandux jinbidel l-isem ta;-pajjiż Il-poplu tal-Maċedonja vvota f'referendum nhar il-Ħadd dwar jekk għandux jibdel isimha għal "Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq," pass li jsolvi tilwima li ilha għaddejja deċennji mal-Greċja li kienet imblukkat l-offerti ta' sħubija tagħha għall-Unjoni Ewropea u n-NATO. Il-Greċja, li għandha provinċja li jisimha Maċedonja, issostni li l-isem tal-ġara fit-tramuntana tagħha jirrappreżenta possibbiltà ta’ pussess tat-territorju tagħha u għamlet veto fuq id-dħul tagħha fin-NATO u l-UE. Iż-żewġ gvernijiet waslu f’ftehim f'Ġunju bbażat fuq l-isem il-ġdid propost, iżda l-avversarji nazzjonalisti jargumentaw li l-bidla ddgħajjef l-identità etnika tal-popolazzjoni tal-maġġoranza Slavi tal-Maċedonja. Il-President Gjorge Ivanov qal li mhux se jivvota fir-referendum u kampanja ta’ bojkott qajmet dubji dwar jekk il-parteċipazzjoni se tilħaq il-minimu ta' 50 fil-mija meħtieġ biex ir-referendum ikun validu. Il-mistoqsija fuq il-vot tar-referendum tinqara: "Inti favur is-sħubija f’NATO u fl-UE b’aċċettazzjoni tal-ftehim mal-Greċja." Dawk li jappoġġjaw il-bidla fl-isem, inkluż il-Prim Ministru Zoran Zaev, jargumentaw li hija konsegwenza raġonevoli biex il-Maċedonja tidħol f'korpi bħall-UE u NATO, wieħed mill-pajjiżi li ħiereġ mill-kollass tal-Jugoslavja. “Ġejt illum biex nivvota għall-futur tal-pajjiż, għaż-żgħażagħ fil-Maċedonja sabiex ikunu jistgħu jgħixu liberament taħt l-umbrella tal-Unjoni Ewropea għaliex tfisser ħajja aktar sigura għalina kollha,” qalet Olivera Georgijevska, 79, fi Skopje. Għalkemm mhux legalment vinkolanti, biżżejjed membri tal-parlament qalu li se jirrispettaw ir-riżultat tal-votazzjoni biex jagħmluh deċiżiv. Il-bidla fl-isem teħtieġ maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-parlament. Il-kummissjoni elettorali statali qalet li ma kien hemm l-ebda rapport ta’ irregolaritajiet sas-1 p.m. Madankollu, il-parteċipazzjoni kienet ta’ 16 fil-mija biss, meta mqabbla ma’ 34 fil-mija fl-aħħar elezzjoni parlamentari fl-2016 meta 66 fil-mija tal-votanti rreġistrati vvutaw. “Ġejt biex nivvota minħabba t-tfal tiegħi, il-post tagħna huwa fl-Ewropa,” qal Gjose Tanevski, 62, votant fil-kapitali, Skopje. Il-PM tal-Maċedonja Zoran Zaev, martu Zorica u ibnu Dushko vvutaw għar-referendum fil-Maċedonja dwar il-bidla fl-isem tal-pajjiż li jagħtih l-opportunità li jissieħeb f’NATO u fl-Unjoni Ewropea fi Strumica, il-Maċedonja fit-30 ta' Settembru 2018. Quddiem il-parlament fi Skopje, Vladimir Kavardarkov, 54, kien qed jarma palk żgħir u jipprepara siġġijiet quddiem it-tined armati minn dawk li se jagħmlu bojkott tar-referendum. "Aħna favur NATO u l-UE, imma rridu nidħlu b’mod kburi taħt il-kundizzjonijiet tagħna, mhux b’li jikkmanda ħaddieħor” qal Kavadarkov. "Aħna pajjiż fqir, imma aħna għandna dinjità tagħna. Jekk ma jaċċettawniex bħala l-Maċedonja, nistgħu nduru għal oħrajn bħaċ-Ċina u r-Russja u nagħmlu parti mill-integrazzjoni Ewro-Asja." Il-Prim Ministru Zaev jgħid li s-sħubija f’NATO se ġġib l-investiment meħtieġ ħafna lejn il-Maċedonja, li għandha rata ta’ qgħad ta’ aktar minn 20 fil-mija. "Nemmen li l-maġġoranza l-kbira se tkun favur għax aktar minn 80 fil-mija taċ-ċittadini tagħna huma favur l-UE u NATO," qal Zaev wara li vvota. Huwa qal li riżultat favur il-bidla tal-isem ikun "konferma tal-futur tagħna." Stħarriġ ippubblikat it-Tnejn li għadda mill-Istitut għar-Riċerka tal-Politika tal-Maċedonja qal li bejn 30 u 43 fil-mija tal-votanti se jieħdu sehem fir-referendum - ammont taħt dak tal-parteċipazzjoni meħtieġa. Stħarriġ ieħor, imwettaq minn Telma TV tal-Maċedonja, sab li 57 fil-mija ta’ dawk li rrispondew qed jippjanaw li jivvutaw nhar il-Ħadd. Minn dawk, 70 fil-mija qalu li se jivvutaw iva. Sabiex ir-referendum ikun ta’ suċċess, il-parteċipazzjoni għandha tkun 50 fil-mija u vot wieħed aktar. Jekk ir-referendum ma jirnexxiex, dan jirrapreżenta l-ewwel daqqa serja lill-politika tal-gvern favur l-ideoloġiji tal-Punent mill-mument li ħa l-kontroll f’idejh f'Mejju tas-sena l-oħra. Ara: Sergio Aguero, il-plejer ta’ Manchester City, jgħaddi mid-difiża kollha ta’ Brighton għall-‘goal’ Sergio Aguero u Raheem Sterling kissru d-difiża ta’ Brighton fir-rebħa 2-0 ta’ Manchester City nhar is-Sibt fl-Etihad Stadium f’Manchester, l-Ingilterra. Aguero għamel li l-‘goal’ tiegħu fil-65 minuta deher faċli ħafna. L-attakkant mill-Arġentina rċieva ballun minn nofs il-grawnd fil-bidu tas-sekwenza. Ġera minn bejn tliet difensuri ta’ Brighton qabel ma’ ġera għal ġo spazju miftuħ beraħ. Imbagħad Aguero sab lilu nnifsu mdawwar b’erba’ plejers b’flokkijiet ħodor. Iġġieled ma’ difensur wieħed qabel ma ħarab minn ħafna aktar mat-tarf tal-kaxxa ta’ Brighton. Imbagħad qassam il-ballun fuq ix-xellug tiegħu u sab lil Sterling. L-attakkant Ingliż mess il-ballun għall-ewwel darba fil-kaxxa biex jerġa’ jqassmu lil Aguero, li uża s-sieq tal-lemin biex idaħħal il-ballun fin-naħa tal-lemin tax-xibka billi għaddieh minn fejn il-goalkeeper ta’ Brighton Mathew Ryan. "Aguero qed ibagħti b’xi problemi f’saqajh," qal il-kowċ ta’ City Pep Guardiola lill-ġurnalisti. "Tkellimna dwar il-fatt li kien se jilgħab 55, 60 minuta. Hekk ġara. Kellna x-xorti tajba li għamel ‘goal’ f'dak il-mument." Iżda kien Sterling li ta l-vantaġġ inizjali lil Sky Blues fil-ġlieda tal-Premier League. Dak il-‘goal’ seħħ fid-29 minuta. Aguero rċieva l-ballun ‘l ġewwa ħafna fit-territorju ta’ Brighton f’dik l-azzjoni. Bagħat il-ballun dritt lil Leroy Sane man-naħa tax-xellug b’mod sabiħ ħafna. Sane mess il-ballun xi ftit qabel ma wassal lil Sterling fejn il-lasta. L-attakkant tal-iSky Blues mess ftit il-ballun u daħħlu fix-xibka eżatt qabel ma żżerżaq f’territorju li mhux suppost jidħol fih. City se jilgħabu kontra Hoffenheim fl-istadju tal-gruppi taċ-Champions League fis-12:55 p.m. nhar it-Tlieta f’Rhein-Neckar-Arena f’Sinsheim, il-Ġermanja. Scherzer irid jilgħab f’spoiler vs. Rockies Peress li Nationals ġew eliminati mill-possibbiltà li jikkompetu fil-logħba deċiżiva, ma kienx hemm raġuni li jagħmel sforz biex jerġa’ jibda. Iżda l-plejer tant kompettitiv Scherzer jispera li jkun jista’ jkun il-‘pitcher’ nhar il-Ħadd kontra il-Colorado Rockies, iżda biss jekk ikun hemm implikazzjonijiet li r-Rockies għandhom il-possibbiltà li jilgħabu fil-logħba deċiżiva, li qegħdin quddiem il-Los Angeles Dodgers fl-NL West b’logħba waħda. The Rockies irnexxilhom jiksbu possibbiltà li jkomplu jikkompetu b’rebħa 5-2 kontra n-Nationals il-Ġimgħa filgħaxija, iżda għadhom qed ifittxu jiksbu l-ewwel titolu tad-diviżjoni. "Minkejja li qed nilagħbu għal xejn, għall-inqas jista’ jkollna l-possibbiltà li nirbħu billi nafu li l-atmosfera hawnhekk f’Denver bil-folla u t-tim l-ieħor probabbli jkun qed jilgħab fl-ogħla livell ta’ kwalunkwe punt li nkun nista’ niffaċċja dis-sena. X’ma tkunx trid tikkompeti f’dawk iċ-ċirkostanzi?" In-Nationals għadhom ma ħabbrux min se jibda nhar il-Ħadd, imma huma allegatament inklinati li jħallu lil Scherzer ikun il-‘pitcher’ f'tali sitwazzjoni. Scherzer, li se jkun qed jibda għall-34 darba, kellu sessjoni ta’ prattika nhar il-Ħamis u se jkun qed jilgħab bħala pitcher nhar il-Ħadd meta ġeneralment ikun qed jistrieħ. Il-plejer minn Washington li jilgħab b’idu l-leminija huwa 18-7 b’ERA ta’ 2.53 u 300 ‘strikeout’ f’220 2/3 ‘innings’ f’dan l-istaġun. Manifestazzjonijiet ta’ Trump f’West Virginia Il-President irrefera b’mod indirett għas-sitwazzjoni li għandha x’taqsam mal-għażla għall-Qorti Suprema tiegħu, Brett Kavanaugh waqt li tkellem dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni Repubblikana fl-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu. "F’Novembru, se jiġi mhedded dak kollu li għamilna. Ħames ġimgħat 'il bogħod minn waħda mill-aktar elezzjonijiet importanti ta’ ħajjitna. Din hija kbira ħafna -- Minix nikkontesta, iżda fil-verità, qed nikkontesta għalhekk qiegħed niġri ma’ kullimkien niġġieled għal kandidati tajbin ħafna,” huwa qal. "Qed naraw dan il-grupp orribbli ħafna u radikali ta’ Demokratiċi, qed narawha sseħħ issa,” kompla Trump. U huma determinati li jieħdu lura l-poter billi jużaw kull mezz possibbli, tista’ tara l-ħdura. Ma jimpurtahomx minn min iweġġgħu, lil min iridu jtajjru sabiex jiksbu l-poter u l-kontroll, dak hu li jridu, il-poter u l-kontroll, m’aħniex se nagħtuhomlhom." Huwa qal li d-Demokratiċi għandhom missjoni li "jirreżistu u jostakolaw." "U stajt tara dan tul dawn l-aħħar erbgħat ijiem," huwa qal, u kien qed isejjaħ lid-Demokratiċi "rrabjati u ħodor u diżgustanti u diżonesti." Huwa rrefera għas-Senatriċi Demokratika kklassifikata fil-Kumitat tal-Ġudikatura tas-Senat Dianne Feinstein b’isimha, u rċieva ħafna għajjat negattiv mill-udjenza. "Tiftakru r-risposta tagħha? Ħriġtuh id-Dokument? Uh, uh, x’inhu. Le, uh le, nistenna, l-ewwelnett- l-movimenti ta’ ġisimha ma kienu pożittivi xejn - l-agħar movimenti li qatt rajt." Il-Partit Laburista m’għadhiex grupp wiesgħa. Ma jittollerax lil min jikkomunika l-opinjonijiet tiegħu Meta l-attivisti ta’ Momentum fil-partit lokali tiegħi vvutaw li jiċċensurawni, ma ħadthiex bi kbira. Wara kollox, jien l-aktar MP riċenti f’lista ta’ MPs tal-Partit Laburista li ma kinitx milqugħa b’mod pożittiv - minħabba li kkomunikajna l-opinjonijet tagħna. Il-kollega parlamentari tiegħi Joan Ryan irċeviet trattament simili minħabba li ġġieldet kontra l-antisemitiżmu. Fil-każ tiegħi, il-mozzjoni ta’ ċensura kkritikatni għaliex ma qbiltx ma' Jeremy Corbyn. Dwar l-importanza ta’ politika ekonomika responsabbli, dwar is-sigurtà nazzjonali, dwar l-Ewropa, ironikament, kwistjonijiet simili għal dawk li dwarhom Jeremy ma qabilx mal-mexxejja preċedenti. L-avviż għal-laqgħa tal-Partit Laburista ta’ Nottingham East nhar il-Ġimgħa ddikjara li "irridu li l-laqgħat ikunu inklużivi u produttivi." Waqt il-maġġoranza tat-tmien snin tiegħi bħala MP Laburista lokali, il-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġimgħa filgħaxija kienu eżattament hekk. Sfortunatament illum, mhuwiex it-ton ta’ ħafna laqgħat u l-wiegħda ta’ politika “aktar ħanina u ġentili” ilha li ntesiet jekk, fil-fatt, qatt bdiet fil-verità. Qed issir dejjem aktar ċara li opinjonijiet differenti mhumiex ittollerati fil-Partit Laburista u kull opinjoni hija ġġudikata dwar jekk hix aċċettabbli għat-tmexxija tal-partit. Dan beda ftit wara li Jeremy sar il-mexxej, peress li kollegi li magħhom kont naħseb li kelli fehma politika simili bdew jistennew li nbiddel fhemti u nieħu pożizzjonijiet li qatt ma kont naqbel magħhom f’sitwazzjonijiet oħra - kemm dwar is-sigurtà nazzjonali jew dwar is-suq uniku tal-UE. Kull meta nitkellem pubblikament - u, fil-verità, ma tagħmilx differenza xi ngħid - jiġru warajja b’abbuż fuq il-midja soċjali b’talba li jneħħuni mill-kariga tiegħi ta’ MP, jiddenunzjaw il-politika taċ-ċentru, u jgħiduli li ma għandix parti mill-Partit Laburista. U din mhijiex biss l-esperjenza tiegħi. Iva, naf li jien kelli x-xorti tajba aktar minn uħud mill-kollegi tiegħi għaliex il-kummenti indirizzati lili għandhom tendenza li jkunu politiċi. Nammira l-professjonaliżmu u d-determinazzjoni ta’ dawk il-kollegi li kuljum jiffaċċjaw ħafna abbuż sesswali jew razzist iżda qatt ma jinħbew mill-kummenti. Wieħed mill-aspetti l-aktar diżappuntanti ta’ din l-era politika huwa l-fatt li l-livelli tal-abbuż saru normali. Il-ġimgħa li għaddiet, Jeremy Corbyn qal li l-Partit Laburista għandu jrawwem kultura ta’ tolleranza. Ir-realtà hi li m'għadniex dak il-grupp wiesgħa u b'kull mozzjoni ta’ “nuqqas ta’kunfidenza” jew bidla fir-regoli tal-għażla, l-partit isir idjaq. Ingħatajt ħafna pariri matul l-aħħar sentejn li ħeġġewni biex inżomm l-opinjonijiet tiegħi għalija, biex ma nkunx daqshekk vokali u mbagħad kollox “ikun sew." Iżda jien ma dħaltx fil-politika biex nagħmel hekk. Minn mindu dħalt fil-Partit Laburista 32 sena ilu bħala student tal-iskola, ipprovokat min-negliġenza tal-gvern ta’ Thatcher li ħalliet il-klassi tal-iskola komprensiva tiegħi litteralment f’stat diżastruż, fittixt li ntejjeb s-servizzi pubbliċi għal dawk li għandhom bżonnhom l-aktar - kemm bħala kunsillier lokali jew bħala ministru tal-gvern. Jiena qatt ma ħbejt il-politika tiegħi, anke fl-elezzjoni li għaddiet. Ħadd f’Nottingham East ma seta’ kien, b’xi mod, konfuż dwar il-pożizzjonijiet tal-politika tiegħi u l-oqsma ta’ nuqqas ta’ qbil mat-tmexxija attwali. Għal dawk li ppromwovew il-mozzjoni nhar il-Ġimgħa, kull ma ngħid huwa li meta l-pajjiż qiegħed miexi lejn Brexit li se jagħmel l-ħsara lil-familji, n-negozji u s-servizzi pubbliċi tagħna, ma nistax nifhem ix-xewqa li naħli l-ħin u l-enerġija fuq il-lealtà tiegħi lejn il-mexxej tal-Partit Laburista. Iżda fil-verità, l-uniku messaġġ li għandi mhuwiex għal Nottingham Momentum, huwa għall-kostitwenti tiegħi, kemm jekk membri tal-Partit Laburista kif kif ukoll jekk le: Jiena kburi li naħdem għalikom u nwiegħdkom li l-ebda ammont ta’ theddid li jneħħuni mill-kariga tiegħi jew ta' espedjenza politika ma jiskoraġġini milli naġixxi f'dawk li nemmen li huma l-aħjar interessi tagħkom kollha. Chris Leslie huwa MP għal Nottingham East Ayr 38 - 17 Melrose: Ayr, li għadhom ma tilfux darba, jitilgħu fuq nett fil-klassifika Żewġ tentattiv setgħu jbiddlu ftit ir-riżultat, iżda ma kien hemm l-ebda dubju li Ayr kien ħaqqhom jirbħu din il-logħba tal-ġurnata tant eċitanti tat-Tennent's Premiership. Bħalissa jinsabu l-ewwel fil-klassifika, l-uniku tim mill-għaxra kollha li ma tilfux darba. Fl-aħħar mill-aħħar, kienet id-difiża superjuri, kif ukoll l-kapaċità tagħhom li japprofittaw mill-opportunitajiet, li għenu lit-tim, li kien qed jilgħab fil-grawnd tiegħu stess, jirbaħ, u l-kowċ Peter Murchie kellu kull dritt li jkun kuntent. "Għaddejna minn provi waqt il-logħbiet tagħna s’issa, u għadna ma tlifniex waħda, b’hekk ninsab kuntent," huwa qal. Robyn Christie ta’ Melrose qal: "Nagħtu il-kreditu lil Ayr, huma approfittaw mill-opportunitajiet aħjar minna." Bit-tentattiv ta’ Grant Anderson's fl-14-il minuta, ikkonvertit minn Frazier Climo, Ayr kienu qed jirbħu, iżda, karta safra mill-kap tal-Iskozja Rory Hughes, li tħalla jilgħab il-logħba mill-Warriors, tat l-opportunità lil Melrose biex jippruvaw u Jason Baggot għamel tentattiv mhux ikkonvertit. Climo estenda r-rebħa ta’ Ayr b’‘penalty’, qabel, f’nofs il-logħba eżatt, għamel ‘goal’ u kkonverta tentattiv individwali biex il-punti ġew 17-5 għal Ayr fil-pawża. Iżda Melrose bdew it-tieni parti tal-logħba sew u t-tentattiv ta’ Patrick Anderson's, ikkonvertit minn Baggot, naqqas id-distakk b’5 punti. Imbagħad waqfet il-logħba minħabba korriment serju ta’ Ruaridh Knott, li ħareġ mill-grawnd fuq streċer, u malli reġgħet bdiet il-logħba, Ayr kompliet iħħid il-punti wara tentattiv minn Stafford McDowall, ikkonvertit minn Climo. Imbagħad, l-aġent kap ta’ Ayr Blair Macpherson ingħata karta safra, u għal darba oħra, Melrose ħarġu b’aggressjoni meta għamlu tentattiv mhux ikkonvertit minn Bruce Colvine, wara perjodu ta’ pressjoni iebsa. Madankollu, it-tim li kien qed jilgħab fil-grawnd tiegħu stess reġa beda jattakka, u meta ngħata karta safra Struan Hutchinson għall-azzjoni li ghamel fuq Climo mingħajr il-ballun, mill-linja tal-‘penalty’, MacPherson mess il-ballun mal-art fuq wara tal-grupp ta’ Ayr li kien qed javvanza. Climo kkonverta, bħal ma għamel għal darba oħra kważi miż-żona li minnha terġa’ tibda l-logħba, wara li Kyle Rowe ġabar il-ballun li laqgħat David Armstrong minn ġol-kaxxa u bagħat lil Gregor Henry, li jilgħab mal-ġenb, għall-ħames tentattiv tan-naħa li kienet qed tilgħab fil-grawnd tagħha stess. Il-personalità ta’ Still Game jidher li huwa lest għal karriera ġdida fl-industrija tar-ristoranti Il-personalità ta’ Still Game Ford Kieran jidher li huwa lest li jidħol fl-industrija tal-ospitalità wara li ġie skopert li ġie msemmi bħala d-direttur ta’ kumpanija ta’ ristoranti liċenzjati. Ir-raġel ta’ 56 sena li jagħmel il-parti ta’ Jack Jarvis fuq il-programm popolari tal-BBC, li hu jikteb u jieħu sehem fih mas-sieħeb tiegħu tal-kummiedja għal żmien twil Greg Hemphill. Id-duo ħabbar li d-disa’ serje li jmiss se tkun l-aħħar waħda tal-programm, u jidher li Kiernan qed jippjana għall-ħajtu wara Craiglang. Skont il-listi tar-reġistri uffiċjali, huwa d-direttur ta’ Adriftmorn Limited. L-attur irrifjuta li jikkummenta fuq l-istorja, għalkemm sors ta’ Scottish Sun ta ħjiel li Kiernan kien qed ifittex li jinvolvi ruħu fil-“kummerċ tar-ristoranti li sejjer tajjeb ħafna” ta’ Glasgow. 'Il-baħar huwa tagħna': Bolivia, li hija mdawra bl-art, tittama li l-qorti terġa’ tiftaħ passaġġ għall-Paċifiku Il-baħħara joqgħodu għassa tal-kwartieri ġenerali navali armata bil-ħbula u katini f'La Paz. Bini pubbliku jkollu bandiera blu lewn l-oċean. Il-bażijiet navali minn Lake Titicaca sal-Amazon huma miksija bil-motto: "Il-baħar huwa tagħna bi dritt. Li nirkuprawh huwa dmir." Madwar il-Bolivia kollha, li hija mdawra bl-art, il-memorja tal-kosta mitlufa liċ-Ċili f'konflitt imdemmi tar-riżorsi tas-seklu 19 għadha ċara - hekk kif ix-xewqa li l-Bolivjani jkunu jistgħu jbaħħru fl-Oċean Paċifiku għal darba oħra. Dik it-tama tinsab forsi fl-ogħla tagħha f’deċennji, peress li l-Bolivja tistenna deċiżjoni mill-qorti internazzjonali tal-ġustizzja fl-1 ta’ Ottubru wara ħames snin ta’ deliberazzjonijiet. "Il-Bolivja għandha l-momentum, spirtu ta’ għaqda u serenità, u ovvjament qed tistenna r-riżultat bi ħsieb pożittiv,” qal Roberto Calzadilla, diplomatiku tal-Bolivja. Ħafna Bolivjani se jaraw id-deċiżjoni tal-QIĠ fuq skrins kbar madwar il-pajjiż kollu, bit-tama li t-tribunal f’The Hague jsib, favur l-istqarrija tal-Bolivja, li - wara deċennji ta’ taħdidiet irregolari - iċ-Ċili hija obbligata tinnegozja u tagħti lill-Bolivja żbokk sovran għall-baħar. Evo Morales, il-president indiġenu kariżmatiku tal-Bolivja - li qed jiffaċċja battalja kontroversjali għall-elezzjoni tiegħu mill-ġdid is-sena d-dieħla - ukoll għandu ħafna x’jitlef fid-deċiżjoni ta’ nhar it-Tnejn. "Qegħdin viċin ħafna li nerġgħu jkollna aċċess għall-Oċean Paċifiku,"hu wiegħed fl-aħħar ta’ Awissu. Iżda xi analisti jemmnu li mhux probabbli li l-qorti tiddeċiedi favur il-Bolivja - u li ftit jinbidel kieku tagħmel hekk. Il-korp tan-NU bbażat fl-Olanda m'għandu l-ebda setgħa li jagħti t-territorju taċ-Ċili, u stabbilixxa li mhux se jiddetermina r-riżultat ta’ taħdidiet possibbli. Li s-sentenza tal-QIĠ tasal biss sitt xhur wara li nstemgħu l-argumenti finali, tindika li l-każ “ma kienx ikkumplikat” qal Paz Zárate, esperta miċ-Ċili fil-liġi internazzjonali. U ‘l bogħod milli tiġi ffavurita l-kawża ta’ Bolivia, l-aħħar erba’ snin setgħu ma kinux ta’ għajnuna. "Il-kwistjoni tal-aċċess għall-baħar nħatfet mill-amministrazzjoni tal-Bolivja attwali," qalet Zárate. Ir-retorika ostili ta’ Morales iddgħajfet kwalunkwe avvjament residwu taċ-Ċili, hija ssuġġeriet. Il-Bolivja u ċ-Ċili, f'xi punt, se jkomplu jitkellmu, imma jkun diffiċli ħafna li jsiru diskussjonijiet wara dan. Iż-żewġ pajjiżi ilhom ma jpartu ambaxxaturi mill-1962. L-Eks-president Eduardo Rodríguez Veltzé, ir-rappreżentant tal-Bolivja f'The Hague, ċaħad l-idea li t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-qorti kien mgħaġġel b'mod mhux tas-soltu. Nhar it-Tnejn, il-Bolivja se jkollha "opportunità straordinarja biex tiftaħ era ġdida ta’ relazzjonijiet maċ-Ċili" u l-"opportunità li "ttemm 139 sena ta’ nuqqas ta' qbil b’benefiċċji reċiproċi", huwa qal. Calzadilla ċaħad ukoll li Morales - li għadu wieħed mill-presidenti tal-Amerika Latina l-aktar popolari - kien qed juża l-kwistjoni marittima bħala għajnuna politika. "Il-Bolivja qatt mhi se ċċedi d-dritt tagħha li jkollha aċċess għall-Oċean Paċifiku,” huwa żied. "Is-sentenza hija opportunità biex naraw li għandna bżonn ngħelbu l-passat." Il-Korea ta’ Fuq tgħid li d-diżarm nukleari mhux se jsir sakemm ma jkunx jista’ jafda lill-Istati Uniti Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq Ri Yong Ho jgħid li n-nazzjon tiegħu qatt mhu se jiddiżarma l-armi nukleari hu l-ewwel jekk ma jistax jafda lil Washington. Ri kien tkellem nhar is-Sibt fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Huwa talab lill-Istati Uniti biex iwettqu l-wegħdiet li għamlu waqt summit f'Singapor bejn il-mexxejja tar-rivali. Jgħaddi l-kummenti tiegħu hekk kif is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, Mike Pompeo, jidher li wasal biex jerġa’ jibda d-diplomazija nukleari li tinsab staġnata aktar minn tliet xhur wara s-Singapor ma' Kim Jong Un tal-Korea ta’ Fuq. Ri jgħid li hija "tama fil-vojt” li s-sanzjonijiet kontinwi u l-oġġezzjoni tal-Istati Uniti għal dikjarazzjoni li ttemm il-Gwerra Koreana qatt se jġiegħlu lil Korea ta’ Fuq iċċedi. Washington huwa mħasseb dwar jekk għandux jaqbel mad-dikjarazzjoni mingħajr ma Pyongyang tagħmel l-ewwel passi sinifikanti ta’ diżarm. Kemm Kim kif ukoll il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iridu t-tieni summit. Iżda hemm xettiċiżmu mifrux li Pyongyang huwa serju li jirrinunzja armament li l-pajjiż x'aktarx jara bħala l-uniku mod biex jiggarantixxi s-sigurtà tiegħu. Pompeo qed jippjana li jżur Pyongyang fix-xahar li jmiss biex jipprepara għat-tieni summit ta’ Kim-Trump. L-ispettakli tal-moda ta’ Pariġi jiżvelaw l-aħħar kollezzjoni ta’ ħwejjeġ għar-ras massivi li daqt se tidher fil-ħwienet prinċipali. Jekk trid iżżid mal-kollezzjoni tal-kpiepel tiegħek jew tgħatti kompletament ix-xemx, tista’ tieqaf tfittex. Id-disinjaturi Valentino u Thom Browne żvelaw firxa ta’ ħwejjeġ tar-ras strambi u kbar ħafna għall-kollezzjoni tagħhom tar-Rebbiegħa u s-Sajf tal-2019 fuq ir-runway li sebbħet is-sett tal-istil f'Paris Fashion Week. Kpiepel mhux prattiċi ħafna qed jidhru ħafna fuq Instagram dan is-sajf u dawn id-disinjaturi tellgħu l-kreazzjonijiet sorprendenti tagħhom fuq il-palk. L-oġġett li spikka l-aktar minn Valentino kien kappell beige estravaganti imżejjen b'xifer wiesa' li jixbah ir-rix li għatta kompletament l-irjus tal-mudelli. Aċċessorji oħra ta’ daqs kbir ħafna kienu jinkludu dulliegħ miksi bil-ġojelli, kappell ta’ saħħar u anke ananas - iżda mhumiex iddisinjati biex iżommu rasek sħuna. Thom Browne żvela wkoll għażla ta’ maskri strambi - u eżatt fil-ħin għal Halloween. Ħafna mill-maskri kkuluriti kellhom x-xofftejn meħjutin u kienu jixbħu aktar lil Hannibal Lecter milli ‘haute couture’. Kreazzjoni waħda kienet tixbah l-apparat tal-għadis komplut b’snorkel u goggles, filwaqt li oħra kienet qisha kon tal-ġelat imdewweb . U jekk tkompli b’dan l-istil- xortik tajba. Dawk li jsegwu l-moda jbassru li ‘bonnets’ enormi daqt se jidhru fil-ħwienet prinċipali. Il-kpiepel kbar ħafna joħorġu wara l-ħruġ ta’ 'La Bomba', il-kappell tat-tiben b'xifer wiesgħa ta' żewġ piedi li intlibes minn kulħadd minn Rihanna sa Emily Ratajkowski. Il-‘cult label’ responsabbli għall-kappell li mhu prattiku xejn li deher ħafna fuq il-midja soċjali tellgħu kreazzjoni oħra kbira fuq il-palk - basket tat-tiben li fih kważi daqs il-mudella liebsa malja li kienet qed iġġorru. Il-basket tar-raffja oranġjo skur, mdawwar bl-ispag zgħir tar-raffja u b’maqbad tal-ġilda abjad, kien il-kreazzjoni l-aktar li spikkat fil-kollezzjoni tar-Rebbiegħa u s-Sajf tal-2019 ta’ Jacquemus f’Paris Fashion Week. Stilist famuż Luke Armitage qal lil FEMAIL: 'Qed nistenna li nara kpiepel u basktijiet tal-baħar kbar fil-ħwienet prinċipali għas-sajf li ġej - peress li d-disinjatur għamel impatt enormi, se tkun diffiċli ħafna biex ninjoraw id-domanda għall-aċċessorji kbar ħafna.' John Edward: Ħiliet fil-lingwi essenzjali għaċ-ċittadini globali L-iskejjel indipendenti tal-Iskozja jżommu rekord ta’ eċċellenza akkademika, u din kompliet fl-2018 b'sett ieħor ta' riżultati tal-eżamijiet eċċellenti, li huwa msaħħaħ biss b'suċċess individwali u kollettiv fl-isport, l-arti, il-mużika u attivitajiet oħra tal-komunità. B'aktar minn 30,000 student madwar l-Iskozja kollha, dawn l-iskejjel, irrappreżentati mill-Kunsill Skoċċiż ta’ Skejjel Indipendenti (SCIS), jagħmlu ħilithom biex jagħtu l-aħjar livell ta' servizz lill-istudenti u l-ġenituri tagħhom.. Skejjel indipendenti għandhom l-għan li jħejju l-istudenti tagħhom għal edukazzjoni ulterjuri u edukazzjoni ogħla, għall-karriera magħżula tagħhom u għar-rwol tagħhom bħala ċittadini globali. Bħala settur tal-edukazzjoni li jista’ jfassal u jimplimenta kurrikulu skolastiku personalizzat, qed naraw li l-lingwi moderni jibqgħu suġġett ta' għażla popolari u mixtieq fl-iskejjel. Nelson Mandela qal: "Jekk tkellem bniedem f'lingwa li jifhem, jifhem b'moħħu. Jekk tkellmu bil-lingwa tiegħu stess, jifhem b'qalbu." Din hija tfakkira qawwija li ma nistgħux niddependu biss fuq l-Ingliż meta rridu nibnu relazzjonijiet u fiduċja ma’ nies minn pajjiżi oħra. Mir-riżultati tal-eżamijiet riċenti ta’ din is-sena, nistgħu naraw li l-lingwi qegħdin fuq quddiem fit-tabelli tal-klassifika bl-ogħla rati ta’ suċċess fl-iskejjel indipendenti. Total ta’ 68 fil-mija ta' studenti li studjaw lingwi barranin kisbu grad A Ogħla. Id-data, miġbura mill-74 skola li huma membri tal-SCIS, uriet li 72 fil-mija tal-istudenti kisbu grad A Ogħla fil-Mandarin, filwaqt li 72 fil-mija ta’ dawk li jistudjaw il-Ġermaniż, 69 fil-mija ta’ dawk li jistudjaw il-Franċiż u 63 fil-mija li jistudjaw l-Ispanjol kisbu A wkoll. Dan juri li skejjel indipendenti fl-Iskozja qed jappoġġjaw lingwi barranin bħala ħiliet vitali li bla dubju se jiġu bżonnhom it-tfal u ż-żgħażagħ fil-futur. Il-lingwi issa, bħala għażla ta’ suġġett, qed jinżammu fl-istess rigward bħal suġġetti STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) fil-kurrikuli tal-iskejjel indipendenti u bnadi oħra. Stħarriġ mill-Kummissjoni tar-Renju Unit għall-Impjiegi u l-Ħiliet fl-2014 sab li minn raġunijiet li taw impjegaturi għal fatt li qed ibagħtu biex jimlew il-postijiet tax-xogħol battala, 17 fil-mija ġew attribwiti għal nuqqas ta’ ħiliet fil-lingwi. Għalhekk, il-ħiliet lingwistiċi qed isiru aktar u aktar imperattivi sabiex iħejju liż-żgħażagħ għall-karrieri futuri tagħhom. B'aktar opportunitajiet ta’ xogħol prospettivi li jeħtieġu l-lingwi, dawn il-ħiliet huma essenzjali f'dinja globalizzata. Irrispettivament mill-karriera li wieħed jagħżel, jekk tgħallem lingwa oħra, dan se jkollu vantaġġ reali fil-futur peress li jkollu ħila li tibqa’ tul il-ħajja bħal din. Li wieħed jkun jista’ jikkomunika direttament ma' nies minn pajjiżi barranin awtomatikament ipoġġi persuna multilingwi minn ta’ quddiem fil-kompetizzjoni. Skont stħarriġ ta’ YouGov ta’ aktar minn 4,000 adult tar-Renju Unit fl-2013, 75 fil-mija ma kinux kapaċi jitkellmu lingwa barranija sew biżżejjed biex iżommu konverżazzjoni u, b’15 fil-mija, il-Franċiż huwa l-unika lingwa mitkellma b’perċentwal ta' żewġ numri. Huwa għalhekk li l-investiment fit-tagħlim tal-lingwi issa huwa importanti għat-tfal tal-lum. Li tkun taf aktar minn lingwa waħda, partikolarment dawk ta’ ekonomiji li qed jiżviluppaw, it-tfal se jkollhom ċans aħjar li jsibu xogħol sinifikanti. Fl-Iskozja, kull skola se tgħallem lingwi differenti. Numru ta’ skejjel se jiffokaw fuq il-lingwi moderni aktar klassiċi, filwaqt li oħrajn se jgħallmu lingwi li huma meqjusa bħala l-aktar importanti għar-Renju Unit meta wieħed iħares ‘il quddiem lejn l-2020, bħall-Mandarin jew il-Ġappuniż. Ikun xi jkun l-interess tat-tifel/tifla tiegħek, dejjem se jkun hemm numru ta’ lingwi li jkunu jistgħu jagħżlu minnhom fl-iskejjel indipendenti, b’għalliema li huma speċjalisti f’dan il-qasam. L-iskejjel indipendenti Skoċċiżi huma ddedikati biex jipprovdu ambjent ta’ tagħlim li se jħejji lit-tfal u jagħtihom il-ħiliet meħtieġa biex ikollhom suċċess, ikun x'ikun il-futur. Ma jistax jiġi miċħud bħalissa, f'ambjent ta’ negozju globali, li l-lingwi jibqgħu importanti ħafna għall-futur tal-pajjiż, u għalhekk dan għandu jkun rifless fl-edukazzjoni. Tabilħaqq, lingwi moderni għandhom verament jitqiesu bħala "ħiliet ta’ komunikazzjoni internazzjonali." Skejjel indipendenti se jkomplu joffru din l-għażla, id-diversità u l-eċċellenza liż-żgħażagħ tal-Iskozja. Il faut bien le faire. John Edward huwa Direttur tal-Kunsill Skoċċiż tal-Iskejjel Indipendenti Nhar il-Ħadd LeBron se jilgħab għall l-ewwel darba mal-Lakers f’San Diego Il-partitarji sportivi ta’ LeBron James ma baqalhomx ħafna jistennewh jibda għall-ewwel darba għall-Los Angeles Lakers. Il-kowċ tal-Lakers Luke Walton ħabbar li James se jilgħab fil-logħba tal-ftuħ ta’ qabel ma jibda l-istaġun nhar il-Ħadd kontra d-Denver Nuggets f’San Diego. Iżda l-ammont ta’ minuti li se jilgħab għadu jrid jiġi ddeterminat. "Se jkun aktar minn waħda u inqas minn 48," qal Walton fuq is-sit web uffiċjali tal-Lakers. Il-ġurnalist tal-Lakers Mike Trudell kiteb tweet li, probabbli, James se jilgħab ammont limitat ta’ minuti. Wara s-sessjoni tal-prattika aktar kmieni dil-ġimgħa, James ġie mistoqsi dwar il-pjanijiet tiegħu għall-iskeda tas-sitt logħbiet ta’ qabel ma jibda l-istaġun tal-Lakers. “F”dan l-istadju tal-karriera tiegħi m’għandix bżonn logħob ta’ qabel l-istaġun biex nipprepara ruħi,” qal. Manifestazzjoni ta’ Trump f’West Virginia, Kanal ta’ Youtube Il-President Donald Trump jibda mewġa ta’ manifestazzjonijiet tal-kampanja llejla f’Wheeling, West Virginia. Din hija l-ewwel manifestazzjoni ta’ Trump minn ħamsa skedati fil-ġimgħa d-dieħla, inkluż waqfiet f’postijiet amikevoli inkluż Tennessee u Mississippi. Bil-vot ta’ konferma sospiż għall-għażla tiegħu biex jimla l-post vakanti fil-Qorti Suprema, Trump qed jimmira li jibni appoġġ għall-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu li ġejjin peress li r-Repubblikani jinsabu f’riskju li jitilfu l-kontroll tal-Kungress meta jintefgħu l-voti f’Nov. Fi xħin hija l-manifestazzjoni ta’ Trump f’West Virginia llejla u kif taraha online? Il-manifestazzjoni ta’ Trump f’Wheeling, West Virginia hija skedata għas-7 p.m. ET tonight, is-Sibt, 29 ta’ Settembru, 2018. Tista’ tara l-manifestazzjoni ta’ Trump f’West Virginia online hawn taħt permezz ta’ xandira diretta fuq YouTube. Trump aktarx jindirizza s-seduti ta’ din il-ġimgħa għan-nominat tal-Qorti Suprema Brett Kavanaugh, li saru intensi minħabba allegazzjonijiet ta’ mġiba sesswali ħażina b’vot ta’ konferma antiċipat tas-Senat sospiż sa ġimgħa waqt li tinvestiga l-FBI. Iżda l-għan primarju ta’ din il-mewġa ta’ manifestazzjonijiet huwa li r-Repubblikani jiġu megħjuna jaffaċċjaw l-elezzjonijiet ta’ Novembru biex jiksbu ftit momentum. B’hekk, il-kampanja tal-President Trump qalet li dawn il-ħames manifestazzjonijiet il-ġimgħa d-dieħla huma mmirati biex “jagħtu enerġija lill-voluntiera u partitarji hekk kif ir-Repubblikani jippruvaw jipproteġu u jespandu l-maġġoranzi li għandhom fis-Senat u fil-Kamra tad-Deputati,” skont Reuters. “Il-Kontroll tal-Kungress huwa tant importanti għal din l-aġenda li l-president ser jivvjaġġa lejn kemm jista’ jkun stati hekk kif noqorbu għall-istaġun tal-kampanja impenjattiv,” qal lil Reuters kelliem għall-kampanja ta’ Trump li rriffjuta li jissemma ismu. Skedata għall-Arena ta’ Wesbanco f’Wheeling, il-manifestazzjoni tal-lejla tista’ tiġbor partitarji minn “Ohio u Pennsylvania u tattira kopertura mill-midja ta’ Pittsburgh,” skont il-West Virginia Metro News. Is-Sibt ser ikun it-tieni darba fix-xahar li għadda li Trump ser ikun żar West Virginia, l-istat li rebaħ b’aktar minn 40 punt perċentwali fl-2016. Trump qed jipprova jgħin lill-kandidat tas-Senat Repubblikan ta’ West Virginia Patrick Morrisey, li qed jitlef fl-istħarriġ. “Mhuwiex sinjal tajjeb għal Morrisey li l-president ġie biex jipprova jagħtih spinta fl-istħarriġ,” qal Simon Haeder, xjentist politiku fl-Università ta’ West Virginia, skont Reuters. It-Tazza Ryder 2018: It-Tim tal-Istati Uniti tal-Amerka determinati li ma jaqtgħux qalbhom waqt li resqin għas-singles tal-Ħadd Wara tliet sessjonijiet ta’ naħa waħda, il-foursomes tas-Sibt waranofsinhar setgħu kienu eżatt x’kellha bżonn din it-Tazza ta’ Ryder. Il-pendlu jitbandal tal-momentum huwa kunċett tal-isport kompletament ivvintat iżda wieħed li l-plejers verament jemmnu fih, u qatt aktar minn f’kompetizzjonijiet bħal dawn. Għalhekk fejn jgħidu li qiegħed il-momentum issa? “Dawn kienu fuq quddiem b’sitt punti u issa qegħdin b’erbgħa, għalhekk naħseb li qed inġorru dan bħala ftit momentum,” qal Jordan Spieth hekk kif telaq matul il-ġurnata. L-Ewropa għandha l-vantaġġ, naturalment, erba’ punti fuq quddiem bi tnax oħra x’jintlagħbu. L-Amerikani, jgħid Spieth, iħossu iżda li għandhom ftit xkiel u għandhom ħafna x’jinkoraġġihom, mhux tal-inqas il-forma ta’ Spieth u Justin Thomas li lagħbu flimkien il-ġurnata kollha u kull wieħed minnhom jiftaħru bi tliet punti minn erbgħa. Spieth kien preċiż minn tee għal aħdar u qed imexxi bl-eżempju. Dak l-għajjat mill-qalb ta’ ċelebrazzjoni kompla jikber hekk kif kompla r-rawnd tiegħu, billi għamel putt kruċjali biex iġib ir-raba’ logħba ndaqs meta huwa u Thomas kienu tnejn minn taħt wara tnejn. Il-putt tiegħu li rebbħilhom il-logħba fuq 15 intlaqa’ minn għajta simili, it-tip li tgħidlek li jemmen li t-tim Amerikan għadu hemm. “Vera trid tidħol fil-fond u tinkwieta dwar il-partita tiegħek stess,” qal Spieth. Dan huwa dak li fadlilhom kull wieħed minn dawn il-plejers issa. 18-il toqba biex jagħmlu marka. L-uniċi plejers b’aktar punti minn Spieth u Thomas matul l-aħħar jumejn huma Francesco Molinari u Tommy Fleetwood, l-istorja inkontestabbli tat-Tazza Ryder. Il-koppja stramba imma ħelwa tal-Ewropa qegħdin erbgħa b’erbgħa u jitqiesu perfetti. “Moliwood” kienu l-unika par li ma skurjawx bogey is-Sibt waranofsinhar, iżda huma evitaw ukoll bogeys is-Sibt filgħodu, il-Ġimgħa waranofsinhar u d-disgħa ta’ wara l-Ġimgħa filgħodu. Dik il-ġirja, u l-mod kif l-enerġija tagħhom qisha timxi kemm lejn u minn din il-folla ħajja tistabilixxi li huma l-plejers li qed joffru sfida l-Ħadd, u m’hemmx plejer aktar popolari biex jisiġilla rebħa Ewropea potenzjali hekk kif ix-xemx tinżel fuq Le Golf National minn Fleetwood jew Molinari. Preferibbilment it-tnejn f’daqqa fuq toqob differenti. Iżda hawn qed nitkellmu fuq glorja Ewropea li għadu kmieni għaliha. Bubba Watson u Webb Simpson malajr lestew minn Sergio Garcia, l-eroj tal-fourballs ta’ filgħodu, meta tpoġġa f’par ma’ Alex Noren. Bogey u żewġ doubles fuq id-disgħa ta’ quddiem daħħlu lill-Ispanjol u lill-Iżvediż f’toqba li qatt ma rnexxilhom jersqu viċin biex joħorġu minnha. Imma l-Ħadd, m’hemm ħadd biex jgħinek toħroġ mit-toqba tiegħek. Il-fourballs u l-foursomes huma affaxinanti ħafna biex tarahom mill-qrib minħabba l-interazzjonijiet bejn il-pari, il-pariri li jagħtu, il-pariri li ma jagħtux u l-mod ta’ kif strateġija tista’ tinbidel f’sekonda. L-Ewropa lagħbet aħjar bħala tim għalhekk waslet s’hawn u qiegħda fuq quddiem fil-ġurnata finali iżda din is-sessjoni tal-foursomes uriet ukoll li t-Tim tal-Istati Uniti għandu d-determinazzjoni li xi wħud, speċjalment min-naħa tal-Istati Uniti, kienu qed jiddubitaw. L-Ewropa fuq quddiem b’10-6 fil-ġurnata finali tat-Tazza Ryder L-Ewropa ser tieħu vantaġġ tajjeb fil-ġurnata finali tat-Tazza Ryder wara li ħarġet mill-partiti tal-fourballs u l-foursomes tas-Sibt fuq quddiem b’10-6 fuq l-Istati Uniti. Il-par ispirat Tommy Fleetwood u Francesco Molinari għamlu l-isforz b’żewġ rebħiet fuq Tiger Woods li sab diffikultà biex jieħdu l-punteġġ tagħhom daqshekk ’il quddiem fil-Le Golf National għal erba’ punti. In-naħa Ewropea ta’ Thomas Bjorn, lesta biex iżżomm it-trofew li tilfu f’Hazeltine sentejn ilu, iddominat naħa Amerikana li marret ħażin fil-fourballs ta’ filgħodu, li ħadet is-serje bi 3-1. L-Istati Uniti offrew aktar reżistenza fil-foursomes, billi rebħu żewġ partiti, iżda ma setgħux jaslu għad-differenza fil-punteġġ. In-naħa ta’ Jim Furyk kellha bżonn tmien punti mit-12-il partita ta’ plejer wieħed tal-Ħadd biex iżżomm it-trofew. Fleetwood huwa l-ewwel Ewropew ġdid għall-istaġun li rebaħ erba’ punti wara xulxin filwaqt li huwa u Molinari, imlaqqam “Molliwood” wara weekend sensazzjonali huma biss it-tieni par li rebħu erba’ punti mill-erba’ partiti tal-ftuħ tagħhom fl-istorja tat-Tazza Ryder. Wara li ddominaw fuq Woods u Patrick Reed fil-fourballs imbagħad ħadmu b’mod eċċellenti biex jirbħu lil Woods li ma deherx ottimist u lill-plejer Amerikan ġdid għall-istaġun Bryson Dechambeau b’punteġġ saħansitra aktar empatiku ta’ 5&4. Woods, li sab diffikultà fiż-żewġ partiti s-Sibt, wera mumenti okkażjonali ta’ brillanza iżda issa tilef 19 mid-29 partita tiegħu fil-fourballs u l-foursomes u sebgħa wara xulxin. Justin Rose, straħ għall-fourballs ta’ filgħodu, irritorna għas-sieħeb Henrik Stenson fil-foursomes għal telfa ta’ 2&1 ta’ Dustin Johnson u Brooks Koepka - li huma kklassifikati l-ewwel u t-tielet fid-dinja. Però ma ġiex kollox kif xtaqet l-Ewropa f’ġurnata sabiħa, bi ftit żiffa fil-Lbiċ ta’ Pariġi. Jordan Spieth, rebbieħ kbir għal tliet darbiet, u Justin Thomas stabbilixxew il-limitu għall-Amerikani b’żewġ punti s-Sibt. Huma kisbu rebħa kuraġġuża ta’ 2&1 fuq Jon Rahm u Ian Poulter ta’ Spanja fil-fourballs u rritornaw aktar tard biex jirbħu lil Poulter u Rory McIlroy b’4&3 fil-foursomes wara li tilfu ż-żewġ toqob tal-ftuħ. Kien darbtejn biss fl-istorja tat-Tazza Ryder li tim irritorna minn differenza ta’ erba’ punti waqt li kien dieħel fis-singles, għalkemm il-holders tan-naħa ta’ Furyk għandhom bżonn draw biex iżommu t-trofew. Madankollu, wara li kienu t-tieni l-aħjar għal jumejn, kontrattakk tal-Ħadd jidher li ser ikun aktar milli jistgħu jagħmlu. Il-Korea ta’ Fuq tgħid li “bl-ebda mod” mhi ser tiddiżarma b’mod unilaterali mingħajr fiduċja Il-ministru tal-affarijiet barranin tal-Korea ta’ Fuq qal lin-Nazzjonijiet Uniti s-Sibt li s-sanzjonijiet kontinwi kienu qed japprofondaw in-nuqqas ta’ fiduċja tagħha fl-Istati Uniti u li ma kien hemm l-ebda mod li l-pajjiż kien ser iħalli l-armi nukleari tiegħu b’mod unilaterali taħt ċirkostanzi bħal dawn. Ri Yong Ho qal lill-Assemblea Ġenerali annwali tal-korp tad-dinja li l-Korea ta’ Fuq kienet ħadet “miżuri ta’ rieda tajba konsiderevoli” is-sena li għaddiet, bħal li waqqfet testijiet nukleari u tal-missili, żarmat is-sit tat-test nukleari, u wiegħdet li ma tipproliferax l-armi nukleari u t-teknoloġija nukleari. “Madankollu, ma narawx rispons korrispondenti mill-Istati Uniti,” qal. “Mingħajr ebda fiduċja fl-Istati Uniti mhux ser ikun hemm kunfidenza fis-sigurtà nazzjonali tagħna u taħt ċirkostanzi bħal dawn bl-ebda mod mhu ser niddiżarmaw lilna nfusna b’mod unilaterali l-ewwel.” Filwaqt li Ri rrepeta lmenti familjari mill-Korea ta’ Fuq dwar ir-reżistenza ta’ Washington għal approċċ “b’fażijiet” għad-denuklearizzazzjoni li fih il-Korea ta’ Fuq kienet tiġi ppremjata hekk kif tieħu passi gradwali, id-dikjarazzjoni tiegħu dehret b’mod sinifikanti li ma rrifjutatx denuklearizzazzjoni unilaterali mingħajr ħsieb kif kienet għamlet Pyongyang fil-passat. Ri rrefera għal dikjarazzjoni konġunta maħruġa minn Kim Jong Un u Donald Trump fl-ewwel summit li qatt sar bejn president tal-Istati Uniti li qed jaqdi dmirijietu u mexxej tal-Korea ta’ Fuq f’Singapore fit-12 ta’ Ġunju, meta Kim wiegħed li jaħdem lejn id-“denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana” filwaqt li Trump wiegħed li jiggarantixxi s-sigurtà tal-Korea ta’ Fuq. Il-Korea ta’ Fuq kienet qed tfittex tmiem formali għall-Gwerra tal-Korea tal-1950-53, iżda l-Istati Uniti qalet li Pyongyang l-ewwel trid iċċedi l-armi nukleari tagħha. Washington ukoll irreżistiet sejħiet biex tnaqqas is-sanzjonijiet internazzjonali iebsa fuq il-Korea ta’ Fuq. “L-Istati Uniti tinsisti fuq “denuklearizzazzjoni l-ewwel” u żżid il-livell ta’ pressjoni permezz ta’ sanzjonijiet biex tikseb l-għan tagħhom b’mod koersiv, u anki toġġezzjona għad-“dikjarazzjoni ta’ tmiem il-gwerra,”” qal Ri. “Il-perċezzjoni li s-sanzjonijiet jistgħu jkissruna hija ħolma tan-nies li ma jafux dwarna. Iżda l-problema hija li s-sanzjonijiet kontinwi qed japprofondaw in-nuqqas ta’ fiduċja tagħna.” Ri ma semmiex pjanijiet għat-tieni summit bejn Kim u Trump li l-mexxej tal-Istati Uniti enfasizza fin-Nazzjonijiet Uniti aktar kmieni din il-ġimgħa. Minflok, il-ministru enfasizza tliet laqgħat bejn Kim u l-mexxej tal-Korea t’Isfel Moon Jae-in fil-ħames xhur li għaddew u żied: “Kieku l-parti għal din il-kwistjoni tad-denuklearizzazzjoni kienet il-Korea t’Isfel u mhux l-Istati Uniti, id-denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana ma kinitx tasal għal imblokk bħal dan.” Minkejja dan, it-ton tad-diskors ta’ Ri kien drammatikament differenti minn tas-sena li għaddiet, meta qal lill-Assemblea Ġenerali tan-NU li l-immirar lejn l-art kontinentali tal-Istati Uniti b’rokits tal-Korea ta’ Fuq kien inevitabbli wara li s-“Sur President Kattiv” Trump sejjaħ lil Kim “raġel tar-rokits” fuq missjoni ta’ suwiċidju. Din is-sena fin-Nazzjonijiet Uniti, Trump, li s-sena li għaddiet hedded li “jeqred totalment” il-Korea ta’ Fuq, faħħar lil Kim għall-kuraġġ tiegħu biex jieħu passi biex jiddiżarma, iżda qal li għad fadal ħafna xogħol xi jsir u s-sanzjonijiet għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-Korea ta’ Fuq tiddenuklearizza. L-Erbgħa, Trump qal li ma kellux skeda ta’ żmien għal dan, billi qal “Jekk tieħu sentejn, tliet snin jew ħames xhur - ma tagħmilx differenza.” Iċ-Ċina u r-Russja jargumentaw li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għandu jippremja lil Pyongyang għall-passi li ttieħdu. Madankollu, is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Mike Pompeo, il-Ħamis, qal lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li: “L-infurzar tas-sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà għandu jkompli vigorożament u mingħajr ma jieqaf sakemm nirrealizzaw id-denuklearizzazzjoni verifikata b’mod sħiħ u finali.” Il-Kunsill tas-Sigurtà unanimament saħħaħ is-sanzjonijiiet fuq il-Korea ta’ Fuq mill-2006 bl-għan li jwaqqaf il-finanzjament għall-programmi nukleari u ta’ missili ballistiċi ta’ Pyongyang. Pompeo ltaqa’ ma’ Ri fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u wara qal li jerġa’ jżur Pyongyang ix-xahar id-dieħel biex jipprepara għat-tieni summit. Pompeo diġà żar il-Korea ta’ Fuq tliet darbiet din is-sena, iżda l-aħħar żjara tiegħu ma marritx tajjeb. Huwa telaq minn Pyongyang f’Lulju waqt li qal li sar progress, wara li fi ftit sigħat il-Korea ta’ Fuq ikkritikatu talli għamel “talbiet bħal ta’ gangster”. F’laqgħa ma’ Moon dan ix-xahar, il-Korea ta’ Fuq wiegħdet li tiddiżarma sit tal-missili u wkoll kumpless nukleari jekk l-Istati Uniti tieħu “miżuri korrispondenti.” Huwa qal li Kim kien qallu li l-“miżuri korrispondenti” li kien qed ifittex kienu garanziji tas-sigurtà li Trump wiegħed f’Singapore u passi lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet ma’ Washington. L-istudenti ta’ Harvard jagħmlu kors dwar it-teħid ta’ biżżejjed mistrieħ Kors ġdid fl-Università ta’ Harvard din is-sena rnexxielu jagħmel lill-istudenti kollha tagħha li għadhom ma ggradwawx jorqdu aktar bl-għan li jiġġieled il-kultura macho li qed tikber li wieħed jistudja l-lejl kollu u jibqa’ mqajjem bis-saħħa tal-kafeina. Akkademiku sab li studenti fl-università fl-ewwel post fid-dinja ħafna drabi ma jkollhomx idea dwar l-affarijiet vera bażiċi dwar kif jieħdu ħsieb lilhom infushom. Charles Czeisler, professur tal-mediċina tal-irqad fl-Iskola Medika ta’ Harvard u speċjalist fl-Isptar ta’ Brigham u tan-Nisa, fassal il-kors, li jemmen li huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu fl-Istati Uniti. Huwa kien ispirat biex jibda l-kors wara li għamel diskors dwar l-impatt li kellu n-nuqqas tal-irqad fuq it-tagħlim. “Fl-aħħar ġiet tfajla fuqi u qalet: “Għaliex qed jgħiduli dan issa, fl-aħħar sena tiegħi?” Hija qalet li ħadd qatt ma kien qalilha dwar l-importanza tal-irqad - li ssorprendieni,” qal lil The Telegraph. Il-kors, li beda għall-ewwel darba din is-sena, jispjega lill-istudenti l-affarijiet essenzjali dwar kif tradizzjonijiet ta’ rqad tajjeb jgħinu l-prestazzjoni akkademika u atletika, kif ukoll itejbu l-benessri ġenerali tagħhom. Paul Barreira, professur tal-psikjatrija fl-Iskola Medika ta’ Harvard u direttur eżekuttiv tas-servizzi tas-saħħa tal-università, qal li l-università ddeċidiet li tintroduċi l-kors wara li sabet li l-istudenti kellhom nuqqas serju ta’ rqad matul il-ġimgħa. Il-kors li jdum siegħa jinvolvi serje ta’ kompiti interattivi. F’taqsima waħda hemm immaġni ta’ kamra fejn jorqdu l-istudenti, fejn l-istudenti jikklikkjaw fuq it-tazzi tal-kafè, purtieri, trainers u kotba biex jintqalulhom l-effetti tal-kafeina u tad-dawl u dwar kif il-prestazzjoni atletika jkollha effett minn defiċjenza fl-irqad, u l-importanza ta’ rutina ta’ ħin tal-irqad. F’taqsima oħra, il-parteċipanti jintqalilhom kif nuqqas ta’ rqad fit-tul jista’ jżid ir-riskji ta’ attakki tal-qalb, puplesiji, di-pressjoni u kanċer. Imbagħad, mappa tal-kampus, b’ikoni interattivi, tħeġġeġ lill-parteċipanti biex jaħsbu dwar ir-rutina tagħhom ta’ kuljum. “Aħna nafu li mhijiex ser tibdel l-imġiba tal-istudenti mill-ewwel. Iżda nemmnu li għandhom dritt ikunu jafu - daqskemm int għandek dritt li tkun taf l-effetti fuq is-saħħa meta tagħżel li tpejjep is-sigaretti,” żied il-Prof Czeisler. Il-kultura li tkun kburi li “rnexxilek tibqa’ mqajjem il-lejl kollu tistudja” għadha teżisti, huwa qal, filwaqt li żied li t-teknoloġija moderna u l-pressjoni li qed tiżdied fuq l-istudenti kienu jfissru li n-nuqqas ta’ rqad kienet problema li qed tikber. L-iżgurar li torqod biżżejjed, u ta’ kwalità tajba, għandu jkun l-“arma sigrieta” ta’ student biex jiġġieled l-istress, l-għeja qawwija u l-ansjetà, huwa qal - anki biex jevita milli jiżdied fil-piż, peress li n-nuqqas ta’ rqad ipoġġi lill-moħħ f’modalità ta’ ġuħ, li jagħmilhom bil-ġuħ il-ħin kollu. Raymond So, student ta’ 19-il sena minn California, li qed jistudja l-kimika u l-bijoloġija fiżika, għen lill-Professur Czeisler ifassal il-kors, wara li attenda waħda mill-klassijiet tiegħu s-sena li għaddiet matul l-ewwel sena tiegħu f’Harvard. Huwa qal li l-kors fetaħlu għajnejh u ispirah biex jinsisti għal kors madwar il-kampus kollu. Il-pass li jmiss, huwa jispera, huwa li jitlob lill-istudenti kollha li ggradwaw biex jagħmlu programm ta’ studju simili qabel jingħaqdu fl-istituzzjoni kompetittiva. Il-Prof Czeisler irrakkomanda li l-istudenti għandhom jikkunsidraw li jagħmlu alarm għal meta jmorru jorqdu, kif ukoll għal meta jqumu, u jkunu jafu dwar l-effetti ta’ ħsara ta’ “dawl blu” li joħroġ mill-iskrins elettroniċi u d-dawl LED, li jistgħu jiżbilanċjaw ir-ritmu ċirkadjan tiegħek, u jwasslu għal problemi biex torqod. Livingston 1 - 0 Rangers: Il-goal ta’ Menga jtellef lill-irġiel ta’ Gerrard Rangers sofrew perjodu ieħor ta’ dwejjaq meta lagħbu barra minn pajjiżhom hekk kif l-istrajk ta’ Dolly Menga kkunsinna n-naħa mifruda ta’ Steven Gerrard għal telfa ta’ 1-0 f’Livingston. In-naħa ta’ Ibrox kienu qed ifittxu li jagħmlu rekord tal-ewwel rebħa tagħhom waqt li kienu qed jivvjaġġaw mir-rebħa trijonfali ta’ Frar ta’ 4-1 f’St Johnstone, iżda t-tim ta’ Gary Hold ikkawża biss it-tieni telfa ta’ Gerrard fi 18-il partita bħala maniġer biex iħalli lin-naħa tiegħu tmien punti ’l bogħod mill-mexxejja kbar ta’ Ladbrokes Premiership, Hearts. Menga skorja seba’ minuti qabel il-half-time u l-lista ta’ plejers ta’ Rangers nieqsa mill-ispirazzjoni qatt ma dehret li kienet se tlaħħaq. Filwaqt li Rangers issa jinżlu għas-sitt post, Livingston jitilgħu għat-tielet u biss wara Hibernian fuq differenza ta’ gowl. U jista’ jkun hemm aktar inkwiet għal Rangers wara li l-linesman Calum Spence kellu jiġi kkurat għal ġerħa f’rasu wara li apparentement twaddab oġġett min-naħa tal-partitarji tat-tim li lagħab barra minn pajjiżu. Gerrard għamel tmien tibdiliet fin-naħa li għaddiet minn Ayr għas-semifinali tat-Tazza Betfred. Min-naħa l-oħra, Holt, mar bl-istess Livi 11 li ħadu punt minn Hearts il-ġimgħa li għaddiet u kien ikun kuntent bil-mod ta’ kif il-forma mħarrġa tajjeb tiegħu ostakolat lill-avversarji tagħhom kontinwament. Rangers setgħu ddominaw il-pussess iżda Livingston għamlu aktar bil-ballun li kellhom. Kellhom jiskorjaw żewġ minuti biss mill-bidu meta l-lay-off tal-ewwel darba ta’ Menga bagħtet lil Scott Pittman għal gowl ta’ Allan McGregor iżda l-midfilder ħa ċ-ċans kbir tiegħu. Free-kick b’saħħtu ta’ Keaghan Jacobs imbagħad sab lill-iskipper Craig Halkett iżda s-sieħeb difensur tiegħu Alan Lithgow seta’ biss jixxuttja minn wara. Rangers kisbu l-kontroll iżda deher li hemm aktar tama milli twemmin dwar il-logħba tagħhom fil-final third. Ċertament Alfredo Morelos ħass li kellu jkollu penalty fuq il-marka ta’ ħmistax-il minuta hekk kif hu u Steven Lawless ħabtu iżda r-referee Steven Thomson injora l-appelli tal-Komobjan. Rangers irnexxielhom jimmiraw tajjeb żewġ xuttijiet biss fl-ewwel nofs tal-partita iżda l-goalkeeper preċedenti ta’ Ibrox Liam Kelly bilkemm inkwetawh id-daqqa ta’ ras ta’ Lassana Coulibaly u l-istrajk ħafif ta’ Ovie Ejaria. Filwaqt li l-ewwel gowl ta’ Livi fl-34 minuta seta’ kien meta t-tim l-ieħor kien qed jilgħab aħjar, ħadd ma jista’ jiċħad li kien ħaqqhom biss għall-isforz tagħhom. Għal darb’oħra, Rangers ma rnexxilhomx jimmaniġġjaw set-piece tajjeb ta’ Jacobs. Scott Arfield ma rreaġixxiex hekk kif Declan Gallagher ixxuttja l-ballun lil Scott Robinson, li żamm kalm biex jagħżel lil Menga biex itemm l-azzjoni. Gerrard irreaġixxa fil-brejk billi biddel lil Coulibaly ma’ Ryan Kent u l-bidla kważi pprovdiet impatt immedjat hekk kif il-winger ixxuttja f’Morelos iżda l-impressjonanti Kelly ġera mil-linja tiegħu biex jimblokka. Iżda Livingston kompla biex jiġbed lill-viżitaturi biex jilagħbu eżatt it-tip ta’ logħba li jħobbu, b’Lithgow u Halkett li qabdu ballun twil wara ballun fit-tul. In-naħa ta’ Holt setgħu jestendu l-pożizzjoni tagħhom fuq quddiem fl-istadji finali iżda McGregor żamm sew biex jiċħad lil Jacobs qabel Lithgow marru fil-miftuħ mir-rokna. Is-sostitut ta’ Rangers Glenn Middleton kellu talba fit-tard oħra għal penalty hekk kif argumenta ma’ Jacobs iżda għal darb’oħra Thomson ħares in-naħa l-oħra. Almanakk: L-inventur tal-Kuntjatur ta’ Geiger U issa paġna mill-Almanakk tagħna ta’ “Sunday Morning”: 30 ta’ Settembru, 1882, bħal-lum 136 sena illum, u GĦADNA QED NGĦODDU ... il-ġurnata li fiha l-fiżiku futur Johannes Wilhelm "Hans" Geiger twieled fil-Ġermanja. Geiger żviluppa metodu biex jidentifika u jkejjel ir-radjuattività, invenzjoni li eventwalment wasslet għall-apparat magħruf bħala l-Kuntjatur ta’ Geiger. Pedament tax-xjenza sa minn dakinhar, il-Kuntjatur ta’ Geiger sar pedament tal-kultura pop ukoll, bħal fil-film tal-1950 "Bells of Coronado," li fih jidhru dawk ix-xjentisti cowboys improbabbli Roy Rogers u Dale Evans: Raġel: “Dik xil-madoffi hi?” Rogers: “Dik Kuntatjatur ta’ Geiger, li tintuża biex issib minerali radjoattivi, bħall-uranju. Meta tilbes dawn il-kuffji, tista’ attwalment tisma’ l-effetti tal-atomi li tagħti r-radjuattività fil-minerali.” Evans: “Tgħid, żgur li hi popolari issa!” "Hans" Geiger miet fl-1945, ftit jiem qabel ma għalaq 63 sena. Iżda l-invenzjoni b’ismu tibqa’ ħajja. Vaċċin ġdid tal-kanċer jista’ jgħallem lis-sistema immuni biex “tara” ċelloli b’imġiba mhux normali Vaċċin ġdid tal-kanċer jista’ jgħallem lis-sistema immuni biex “tara” ċelloli b’imġiba mhux normali u toqtolhom Il-vaċċin jgħallem lis-sistema immuni tirrikonoxxi ċ-ċelloli b’imġiba mhux normali bħala parti mill-kura Il-metodu jinvolvi l-estrazzjoni taċ-ċelloli immuni minn pazjent, li jinbidlu f’laboratorju Dawn jistgħu mbagħad “jaraw” proteina komuni għal ħafna kanċers u mbgħad terġa’ tiġi injettata Vaċċin tal-prova qed juri riżultati promettenti f’pazjenti b’firxa ta’ kanċers. Mara kkurata bil-vaċċin, li jgħallem lis-sistema immuni tirrikonoxxi ċelloli b’imġiba mhux normali, rat il-kanċer tal-ovarji tagħha jisparixxi għal aktar minn 18-il xahar. Il-metodu jinvolvi l-estrazzjoni taċ-ċelloli immuni minn pazjent, dawn jinbidlu fil-laboratorju sabiex ikunu jistgħu “jaraw” proteina komuni għal ħafna kanċers li jisimha HER2, imbagħad iċ-ċelloli jerġgħu jiġu injettati. Il-Professur Jay Berzofsky, tal-Istitut tal-Kanċer Nazzjonali tal-Istati Uniti f’Bethesda, Maryland, qal: “Ir-riżultati tagħna jissuġġerixxu li għandna vaċċin promettenti ħafna.” HER2 “tixpruna t-tkabbir ta’ diversi tipi ta’ kanċer,” inkluż kanċers tas-sider, tal-ovarji, tal-pulmun u kolorettali, spjega l-Prof Berzofsky. Approċċ simili tat-teħid taċ-ċelloli immuni mill-pazjenti u kif jiġu “mgħallma” kif jimmiraw iċ-ċelloli tal-kanċer ħadem fil-kura ta’ tip ta’ lewkimja. Kanye West Għamel Attakk Verbali Favur Trump, Waqt li kien liebes Beritta ta’ MAGA, Wara d-Dehra tiegħu fuq SNL. Dan Ma Marx Tajjeb Kanye West ġie bbuwjat fl-istudjow waqt Saturday Night Live wara prestazzjoni ta’ konfużjoni li fiha faħħar il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u qal li ser joħroġ għall-elezzjoni fl-2020. Wara li kanta t-tielet kanzunetta tiegħu tal-lejl, li jisimha Ghost Town li fiha kien liebes beritta ta’ Make America Great, beda jgħid kontra d-Demokratiċi u tenna l-appoġġ tiegħu għal Trump. “Ħafna drabi nkellem lil persuna bajda u tgħidli: “Kif jista’ jogħġbok Trump, dak razzist?” Kieku kont ikkonċernat dwar ir-razziżmu, ilni li tlaqt mill-Amerika,” huwa qal. SNL beda l-programm bi skeċċ tal-kummiedja li fiha deher Matt Damon li fiha l-istilla ta’ Hollywood irredikola d-dikjarazzjoni ta’ Brett Kavanaugh quddiem il-Kumitat Ġudizzjarju tas-Senat dwar pretensjonijiet ta’ attakk sesswali li saru minn Christine Blasey Ford. Għalkemm ma xxandarx, il-vidjo ta’ West ittella’ fuq il-midja soċjali mill-kummidjant Chris Rock. Mhuwiex ċar jekk Rock kienx qed jipprova jiddieħak b’West meta ppostjah. Barra minn hekk, West kien ilmenta mal-udjenza li kienu qabdu miegħu wara l-kwinta dwar il-beritta tiegħu. “Ibbuljawni wara l-kwinti. Qalu, “toħroġx hemm barra b’dik il-beritta.” Ibbuljawni! Imbagħad jgħidu li mitluf,” qal, skont il-Washington Examiner. West kompla: “Tridu taraw il-mitluf? u kompla jgħid li kien se “nilbes il-kappa ta’ superman tiegħi, għax dan ifisser li ma tistgħux tgħiduli x’nagħmel. Tridu lid-dinja timxi ’l quddiem? Ippruvaw bl-imħabba.” Il-kummenti tiegħu skattaw ibbuwjar tal-inqas darbtejn mill-udjenza u l-membri tal-kast tas-SNL dehru imbarazzati, irrappurtat Variety, b’persuna waħda hemmhekk li qalet lill-pubblikazzjoni: “Fl-istudjow kollu waqa’ silenzju kbir.” West ġabuh bħala sostitut tard għall-kantanta Ariana Grande, li l-boyfriend li kellha, ir-rapper Mac Miller kien miet ftit jiem ilu. West ikkonfonda lil ħafna bil-prestazzjoni tal-kanzunetta I Love it, liebes bħala Flixkun ta’ Perrier. West kellu appoġġ mill-president tal-grupp konservattiv TPUSA, Candace Turner li kiteb fuq Twitter: “Lil wieħed mill-aktar spirti kuraġġużi: GRAZZI TALLI TIEQAF LILL-FOLLA.” Iżda l-preżentatriċi Karen Hunter kitbet fuq Twitter li West sempliċiment kien “dak li hu u din hija xi ħaġa sabiħa mmens.” “Iżda MA għażiltx li nippremja lil xi ħadd (billi nixtri l-mużika jew il-ħwejjeġ tiegħu jew nappoġġja l-“arti” tiegħu) li nemmen li qed iħaddan u jxerred ideoloġija li hija ta’ ħsara għall-komunità tiegħi. Huwa liberu. Tant ieħor aħna,” żiediet hi. Qabel il-programm, ir-rapper ħabbar fuq Twitter li kien bidel ismu, billi qal li issa kien “dak li qabel kien magħruf bħala Kanye West.” Mhuwiex l-ewwel artist li bidel ismu u jsegwi l-passi ta’ Diddy, magħruf ukoll bħala Puff Daddy, Puffy u P Diddy. Ir-rapper preċedenti, Snoop Dogg kellu l-isem Snoop Lion u naturalment il-leġġenda tal-mużika li m’għadux magħna Prince, bidel ismu għal simbolu mbagħad l-artist li qabel kien magħruf bħala Prince. Akkuża ta’ attentat ta’ qtil fuq daqqiet ta’ sikkina f’ristorant f’Belfast Raġel ta’ 45 sena ġie akkużat b’attenat ta’ qtil wara li raġel ingħatawlu daqqiet ta’ sikkina f’ristorant f’Belfast tal-Lvant il-Ġimgħa. L-inċident sar f’Ballyhackamore, qalet il-pulizija. Il-konvenut mistenni li jidher quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Belfast it-Tnejn. L-akkużi ser jiġu rieżaminati mis-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika. L-istilla ta’ Game of Thrones Kit Harington jitkellem dwar il-maskulinità tossika Kit Harington huwa magħruf għar-rwol tiegħu biex ixejjer ix-xabla bħala Jon Snow fis-serje tal-fantasija medjevali vjolenti ta’ HBO Game of Thrones. Iżda l-attur, ta’ 31 sena, tkellem dwar l-isterjotip tal-eroj macho, billi qal li rwoli bħal dawn fuq l-iskrin ifissru li l-ġuvintur spiss iħossuhom li jridu jkunu vjolenti biex jiġu rrispettati. Filwaqt li tkellem ma’ The Sunday Times Culture, Kit qal li jemmen li “xi ħaġa marret ħażin” u kellu dubji dwar kif tiġi indirizzata l-problema tal-maskulinità tossika fl-era ta’ #MeToo. Kit, li riċentement iżżewweġ lill-kostilla tiegħu ta’ Game of Thrones Rose Leslie, ta’ 31 sena wkoll, ammetta li għandu “interessi qawwija” biex tiġi indirizzata l-kwistjoni. “Personalment, inħoss li għandi interess qawwi, bħalissa - fejn morna ħażin bil-maskulinità?,” qal. “X’konna qed ngħallmu lill-irġiel meta kienu qed jikbru, f’termini tal-problema li għandna issa?” Kit jemmen li t-televixin jista’ jkun parzjalment responsabbli għaż-żieda fil-maskulinità tossika permezz tal-karattri maskili ħafna tiegħu. Huwa kompla: “X’inhu naturali u x’jiġi mgħallem? X’jiġi mgħallem fuq it-TV, u fit-toroq, li jagħmel lill-ġuvintur iħossuhom li jridu jkunu din iċ-ċerta naħa ta’ raġel? Naħseb din hija waħda mill-mistoqsijiet kbar fi żmienna - kif nibdlu dan? Għax huwa ċar ħafna li xi ħaġa marret ħażin għall-ġuvintur.” Fl-intervista huwa ammetta wkoll li mhuwiex ser jagħmel prequels jew sequels ta’ Game of Thrones meta s-serje tasal fi tmiemha s-sajf li ġej, billi qal li “daqshekk gwerer u żwiemel”. Minn Novembru Kit ser jidher fil-produzzjoni l-ġdida ta’ True West ta’ Sam Shepard li hija l-istorja ta’ produttur tal-films u ħuh, li huwa ħalliel. Riċentement l-attur żvela li jqis li meta ltaqa’ ma’ martu Rose kienet l-aħjar ħaġa li ħarġet minn Game of Thrones. “Jien iltqajt ma’ marti fuq dan il-programm, allura b’dan il-mod tani l-familja futura tiegħi, u ħajti minn hawn ’il quddiem,” qal. Rose interpretat il-parti ta’ Ygritte, l-interess ta’ mħabba tal-karattru ta’ Kit, Jon Snow, fis-serje tal-fantasija li rebħet fl-Emmy. Il-koppja żżewġu f’Ġunju 2018 fl-art tal-proprjetà tal-familja ta’ Leslie fl-Iskozja. HIV/Aids: Iċ-Ċina tirrapporta żieda ta’ 14% f’każijiet ġodda Iċ-Ċina ħabbret qabża ta’ 14% fin-numru taċ-ċittadini tagħha li qed jgħixu bl-HIV u l-Aids. Aktar minn 820,000 persuna huma affettwati fil-pajjiż, jgħidu uffiċjali tas-saħħa. Fit-tieni kwart tal-2018 biss ġew irrappurtati madwar 40,000 każ ġdid. Il-maġġoranza l-kbira ta’ każijiet ġodda ġew trażmessi mis-sess, li jimmarkaw bidla mill-passat. Tradizzjonalment, l-HIV kienet tinfirex malajr f’xi partijiet taċ-Ċina bħala riżultat ta’ trasfużjonijiet ta’ demm infettat. Iżda n-numru ta’ nies li jieħdu l-HIV b’dan il-mod kien tnaqqas għal kważi żero, qalu uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi f’konferenza fil-provinċja ta’ Yunnan. Madankollu, sena wara l-oħra, in-numru ta’ dawk li jgħixu bl-HIV u l-Aids fiċ-Ċina żdied b’100,000 persuna. It-trażmissjoni tal-HIV mis-sess hija problema akuta fil-komunità LGBT taċ-Ċina. L-omosesswalità ġiet dikriminalizzata fiċ-Ċina fl-1997, iżda id-diskriminazzjoni kontra persuni LGBT jingħad li hija komuni. Minħabba l-valuri konservattivi tal-pajjiż, studji stmaw li 70-90% tal-irġiel li jkollhom x’jaqsmu sesswalment ma’ rġiel eventwalment ser jżżewġu nisa. Ħafna mit-trażmissjonijiet tal-mard ġejjin minn protezzjonijiet sesswali inadegwati f’dawn ir-relazzjonijiet. Mill-2003, il-gvern taċ-Ċina wiegħed aċċess universali għal medikazzjoni tal-HIV bħala parti minn sforz biex tiġi indirizzata l-problema. Maxine Waters tiċħad li membru tal-persunal żvela data tas-senaturi ta’ GOP, tgħid “gideb perikoluż” u “teoriji ta’ konfoffa” Ir-Rappreżentanta tal-Istati Uniti Maxine Waters is-Sibt iddenunzjat allegazzjonijiet li membru tal-persunal tagħha ppostja l-informazzjoni personali ta’ tliet senaturi tal-Istati Uniti Repubblikani fuq il-paġni ta’ Wikipedia tal-leġiżlaturi. Id-Demokrata ta’ Los Angeles aċċertat li l-pretensjonijiet kienu qed jixxerrdu minn punditi u siti web tan-“naħa tal-lemin ultra”. “Gideb, gideb u aktar gideb ta’ min jistmellu,” qalet Waters fi stqarrija fuq Twitter. L-informazzjoni rilaxxata allegatament inkludiet l-indirizzi tad-dar u n-numri tat-telefon tas-Senaturi tal-Istati Uniti Lindsey Graham ta’ South Carolina, u Mike Lee u Orrin Hatch, it-tnejn ta’ Utah. L-informazzjoni dehret online l-Ħamis, ippostjata minn persuna mhux magħrufa fuq Capitol Hill waqt seduta tal-bord tas-Senat dwar l-allegazzjonijiet ta’ mġiba sesswali ħażina kontra n-nominat tal-Qorti Suprema Brett Kavanaugh. L-iżvelar sar xi ħin wara t-tliet senaturi interrogaw lil Kavanaugh. Siti konservattivi bħal Gateway Pundit u RedState rrappurtaw li l-indirizz IP li jidentifika s-sors tal-posts kien assoċjat mal-uffiċċju ta’ Waters u rrilaxxa l-informazzjoni ta’ membru tal-persunal ta’ Waters, irrappurtat the Hill. “Din l-allegazzjoni bla bażi hija kompletament falza u gidba assoluta,” kompliet Waters. “Il-membru tal-persunal tiegħi - li l-identità, l-informazzjoni tiegħu personali u s-sigurtà tiegħu ġew kompromessi bħala riżultat ta’ dawn l-allegazzjonijiet frawdolenti u foloz - bl-ebda mod ma kien responsabbli għall-iżvelar ta’ din l-informazzjoni. Din l-allegazzjoni bla bażi hija kompletament falza u gidba assoluta.” L-istqarrija ta’ Waters malajr ġibdet kritika online, inkluż mis-segretarju tal-istampa preċedenti tal-White House Ari Fleischer. “Din iċ-ċaħda hija waħda ta’ rabja,” kiteb Fleischer. “Din tissuġġerixxi li m’għandhiex it-temperament biex tkun Membru tal-Kungress. Meta xi ħadd jiġi akkużat b’xi ħaġa li m’għamilx, m’għandux ikun irrabjat. M’għandux ikun reżistenti. M’għandux jiddubita l-motivi tal-akkużatur. Għandu jkun kalm u seren.” Fleischer deher li kien qed iqabbel ir-reazzjoni ta’ Waters mal-kritika tad-Demokrati tal-Imħallef Kavanaugh, li ġie akkużat mill-kritiċi li deher wisq irrabjat waqt is-seduta tal-Ħamis. Omar Navarro, kandidat Repubblikan li ser joħroġ biex jieħu s-siġġu ta’ Waters fl-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu, ukoll semma’ leħnu fuq Twitter. “Din hija xi ħaġa kbira jekk hija vera,” hu qal fuq Twitter. Fl-istqarrija tagħha, Waters qalet li l-uffiċċju tagħha kien wissa lill-“awtoritajiet u l-entitajiet tal-infurzar tal-liġi xierqa dwar dawn il-pretensjonijiet frawdolenti. “Aħna ser niżguraw li l-awturi ser jinkixfu,” kompliet, “u li ser jinżammu legalment repsonsabbli għall-azzjonijiet kollha tagħhom li huma ta’ ħsara u perikolużi għal kull wieħed u għall-membri kollha tal-persunal tiegħi.” Kritika ta’ Johnny English Strikes Again - Rowan Atkinson, imitazzjoni ta’ spija bla saħħa Sar tradizzjonali issa li wieħed ifittex tifsiriet ta’ Brexit fi kwalunkwe film ġdid b’perspettiva Brittanika u dan jidher applikabbli għar-ritorn tal-franchise ta’ imitazzjoni ta’ azzjoni-kummiedja ta’ Johnny English - li bdiet lura fl-2003 b’Johnny English u reġgħet ħadet il-ħajja fl-2011 b’Johnny English Reborn. L-awtosatira ironika dwar is-suġġett ta’ kemm ovvjament aħna ħżiena, tkun l-opportunità ta’ esportazzjoni ġdida tal-pajjiż? Bi kwalunkwe rata, l-inkompetenti Johnny English b’għajnejh kbar u partijiet f’wiċċu li jiċċaqalqu mhux bħas-soltu kellu l-liċenzja mġedda għat-tieni darba biex jagħmel kollox ħażin - dak ismu aktar minn kull ħaġa oħra juri li huwa ħolqien komiku mifrux iddiżinjat għal territorji ta’ nies li jmorru ċ-ċinema li ma jitkellmux bl-Ingliż. Naturalment huwa l-aġent sigriet stupidu li minkejja l-pretensjonijet strambi tiegħu sal-faxxinu ħelu tiegħu għandu ftit minn Clouseau, laqta ta’ Mr Bean u biċċa kbira minn dak ir-raġel li kkontribwixxa nota waħda għall-melodija tat-tema ta’ Chariots of Fire fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tal-2012 f’Londra. Huwa wkoll oriġinarjament ibbażat fuq il-vjaġġatur u r-raġel internazzjonali ta’ misteru li darba Atkinson kien għamel il-parti tiegħu fir-riklami ta’ Barclaycard TV, illum minsija, wara li ħalla kaos warajh. Hemm mument sabiħ jew tnejn f’din l-aħħar ħarġa ta’ JE. Għoġobni l-mument meta Johnny English kien riesaq lejn elikotteru filwaqt li kien liebes ilbies korazzat medjevali u x-xfafar tal-iskrejjen qabdu mal-elmu tiegħu għal ftit ħin. Ir-rigal ta’ Atkinson għall-kummiedja fiżika jidher, iżda l-umoriżmu jinħass pjuttost fqir u żejjed b’mod stramb, speċjalment peress li l-marki tal-film “serji” bħal 007 u Mission Impossible nfushom joffru l-kummiedja bħala ingredjent b’mod kunfidenti. L-umoriżmu jinħass bħallikieku mmirat lejn it-tfal milli għall-adulti, u għalija l-inċidenti sfortunati strambi ta’ Johnny English ma kinux daqshekk inventivi u ffukati daqs iċ-ċajt tal-film bla kliem ta’ Atkinson fil-persona ta’ Bean. Il-propożizzjoni topika perenni issa hija li l-Gran Brittanja tinsab f’inkwiet serju. Hacker ċibernetiku infiltra n-netwerk web sigriet ħafna ta’ spiji tal-Brittanja, billi kixef l-identitajiet tal-aġenti kollha tal-Brittanja fil-qasam, għad-diżappunt tal-aġent li kien fuq xogħol - sfortunatament irwol żgħir għal Kevin Eldon. Din hija ċ-ċirasa fuq il-kejk għall-prim ministru li huwa figura imperjuża u b’diffikultajiet, li diġà qed issofri minn kollass sħiħ ta’ nuqqas ta’ popolarità politika: Emma Thompson tagħmel l-aħjar tagħha b’dan il-karattru qisu Teresa May iżda m’hemmx ħafna fl-iskritt biex taħdem. Il-konsulenti tagħha tal-intelligence jinfurmawha li kull spija attiva ġiet kompromessa, ser ikollha ġġib xi ħadd irtirat. U dan ifisser l-inkompetenti Johnny English innifsu, issa impjegat bħala għalliem f’bini eleganti, iżda jagħti lezzjonijiet mhux uffiċjali dwar kif issir operattiv infiltrat: ftit ċajt tajjeb hawn hekk kif English joffri akkademija ta’ spijar tat-tip School of Rock. English jittieħed lura f’Whitehall għal laqgħat ta’ emerġenza u jingħaqad mas-sieħeb preċedenti tiegħu ta’ paċenzja kbira, Bough, interpretat għal darb’oħra minn Ben Miller. Bough issa huwa raġel miżżewweġ, ma’ kmandanta sottomarina, irwol ta’ waħda mxammra interpretat minn Vicki Pepperdine, li fih hi ftit moħlija. Għalhekk it-tnejn inseparabbli li dejjem iħawdu kollox fis-Servizz Sigriet tal-Majestà tagħha, jinsabu lura fl-azzjoni, meta jiltaqgħu mal-karattru ta’ mara seduċenti u sabiħa Ophelia Bulletova interpretat minn Olga Kurylenko. Sadanittant, il-prim ministru jaqa’ taħt il-ħakma tal-biljunarju tat-teknoloġija ħelu li jsostni li huwa jista’ jsolvi l-problemi tal-kompjuter tal-Brittanja: is-sinistru Jason Volta, interpretat minn Jake Lacy. English u Bough jibdew il-vjaġġ tagħhom ta’ imġiba divertenti farsa: libsin bħala wejters, jagħtu n-nar lil ristorant Franċiż għoli, joħolqu kaos biex jitilgħu fuq il-jott lussuż ta’ Volta; u English jibda anarkija sħiħa hekk kif jipprova juża kuffji ta’ Realtà Virtwali biex jiffamiljarizza ruħu mal-interjur tad-dar ta’ Volta. Ċertament il-waqfiet kollha jwasslu għal dik l-aħħar sekwenza, iżda amikevoli u animat daqs kemm hu, għandu ftit idea ta’ televixin tat-tfal. Xi ħaġa pjuttost moderata. U bħall-films l-oħra ta’ Johnny English ma stajtx ma naħsibx: ma tistax l-industrija tal-films Brittanika tagħti lil Rowan Atkinson rwol li verament jistħoqqlu għat-talent tiegħu? Il-Labour jiċħad li qed iħejji pjan għall-Brittaniċi biex jaħdmu ġimgħa ta’ erbat ijiem iżda jitħallsu għal ħamest ijiem Il-Partit tal-Labour ta’ Jeremy Corbyn mistenni jikkunsidra pjan radikali li ser jara lill-Brittaniċi jaħdmu ġimgħa ta’ erbat ijiem - iżda jitħallsu għal ħamsa. Allegatament il-partit irid lill-imgħallma tal-kumpaniji jgħaddu l-fdal li jsir mir-rivoluzzjoni tal-intelliġenza artifiċjali (AI) lill-ħaddiema billi jagħtuhom ġurnata oħra franka. Dan ikun jara lill-impjegati jgawdu minn weekend ta’ tlitt ijiem - iżda xorta jieħdu magħhom l-istess paga. Sorsi qalu li l-idea tkun “tixraq” mal-aġenda u l-pjanijiet ekonomiċi tal-partit li l-pajjiż ixaqleb favur il-ħaddiema. Il-qlib għal ġimgħa ta’ erbat ijiem ġie approvat mill-Kungress tat-Trejdjunjins bħala mod kif il-ħaddiema jieħdu vantaġġ mill-ekonomija li qed tinbidel. Uffiċjal superjuri tal-Partit tal-Labour qal lil The Sunday Times: “Mistennija titħabbar reviżjoni tal-politika qabel tmiem is-sena. “Dan mhux ser jiġri mil-lum għal għada iżda ġimgħa ta’ xogħol ta’ erbat ijiem hija aspirazzjoni li tixraq mal-approċċ tal-partit biex jibbilanċja l-ekonomija mill-ġdid favur il-ħaddiem kif ukoll l-istrateġija industrijali globali tal-partit.” Il-Partit tal-Labour ma jkunx l-ewwel wieħed li japprova idea bħal din, bil-Partit Aħdar li wiegħed ġimgħa ta’ xogħol ta’ erbat ijiem matul il-kampanja tal-elezzjoni ġenerali tiegħu fl-2017. Madankollu, l-aspirazzjoni attwalment mhijiex qed tiġi approvata mill-Partit tal-Labour kollha kemm hi. Kelliem għall-Partit tal-Labour qal: “Ġimgħa ta’ xogħol ta’ erbat ijiem mhijiex politika ta’ partit u l-partit mhux qed jikkunsidraha.” Il-Kanċillier tal-Oppożizzjoni John McDonnell uża l-konferenza tal-Labour tal-ġimgħa li għaddiet biex jiċċara l-viżjoni tiegħu għal rivoluzzjoni soċjalista fl-ekonomija. Is-Sur McDonnell qal li kien determinat li jieħu lura l-poter minn “diretturi anonimi” u “dawk li japprofittaw” f’ditti tal-utilità. Il-pjanijiet tal-kanċillier tal-oppożizzjoni jfissru wkoll li azzjonisti attwali fil-kumpaniji tal-ilma jistgħu ma jiħdux lura s-sehem tagħhom kollu hekk kif gvern tal-Labour jista’ jagħmel “tnaqqis” abbażi ta’ mġiba ħażina perċeputa. Huwa kkonferma wkoll pjanijiet biex ipoġġu lill-ħaddiema fuq bords tal-kumpaniji u joħolqu Fondi ta’ Sjieda Inklużivi biex jingħata 10 fil-mija tal-ekwità tad-ditti tas-settur privat lill-impjegati, li lesti jieħdu dividends annwali sa £500. Lindsey Graham, John Kennedy jgħidu lil "60 Minutes" jekk l-investigazzjoni tal-FBI ta’ Kavanaugh tistax tibdlillhom fehmthom L-investigazzjoni tal-FBI dwar l-akkużi kontra l-Imħallef Brett Kavanaugh ittardjat vot finali dwar in-nomina tiegħu għall-Qorti Suprema b’ġimgħa, u tqajjem il-mistoqsija dwar jekk is-sejbiet tal-bureau jistgħux jinfluwenzaw xi senatur Repubblikan milli jirtira l-appoġġ tiegħu. F’intervista li xxandret il-Ħadd, il-korrispondent ta’ “60 Minutes” Scott Pelley staqsa lis-Senaturi Repubblikani John Kennedy u Lindsey Graham jekk l-FBI tistax tikxef xi ħaġa li twassalhom biex ibiddlu fehmthom. Kennedy deher aktar miftuħ mill-kollega tiegħu minn South Carolina. “Ħeq, u żgur,” qal Kennedy. “Jien għedt jien u dieħel fis-seduta, għedt, kellimt lill-Imħallef Kavanaugh. Ċempiltlu wara li ġara dan, wara li ħarġet dik l-allegazzjoni, għedt, “Għamiltha?” Huwa kien riżolut, determinat, inekwoviku.” Madankollu, il-vot ta’ Graham, jidher diffiċli biex jinbidel. “Diġà ddeċidejt dwar Brett Kavanaugh u trid tkun akkuża kbira ħafna,” qal. "Dr. Ford, ma nafx x’ġara, imma naf dan: Brett ċaħadha bis-saħħa,” żied Graham, waqt li rrefera għal Christine Blasey Ford. “U kull persuna li ssemmi ma tistax tivverifika dan. Din għandha 36 sena. Ma rajt xejn ġdid jinbidel.” X’inhu l-Global Citizen Festival u Għamel Xi Ħaġa biex Inaqqas il-Faqar? Is-Sibt li ġej New York ser tospita l-Global Citizen Festival, avveniment tal-mużika annwali li għandu lista impressjonanti ħafna ta’ stilel li ser jidhru u missjoni daqstant ieħor impressjonanti; li jintemm il-faqar tad-dinja. Issa, fis-seba’ sena tiegħu, il-Global Citizen Festival ser jara għexieren ta’ eluf ta’ nies jerħulha għall-Great Lawn ta’ Central Park biex mhux biss igawdu l-artisti bħal Janet Jackson, Cardi B u Shawn Mendes, iżda wkoll biex iqajmu kuxjenza għall-għan veru tal-avveniment li jintemm il-faqar estrem sal-2030. Il-Global Citizen Festival, li beda fl-2012, huwa estensjoni tal-Global Poverty Project, grupp ta’ rappreżentanza bit-tama li jintemm il-faqar billi jiżdied in-numru ta’ nies li qed jiġġieldu b’mod attiv kontrih. Sabiex jirċievu biljett b’xejn għall-avveniment (sakemm ma kontx lest tħallas biljett VIP), dawk li sejrin il-kunċert kellhom itemmu serje ta’ kompiti, jew “azzjonijiet” bħal volontarjat, jibagħtu ittra elettronika lil mexxej dinji, jagħmlu telefonata jew xi modi sinifikanti oħra biex jgħinu jqajmu kuxjenza dwar l-għan tagħhom li jintemm il-faqar. Imma kemm għamel suċċess il-Global Citizen bi 12-il sena li fadal biex jikseb l-għan tiegħu? L-idea li n-nies jiġu ppremjati b’kunċert b’xejn hija mod ġenwin kif jipperswadi lin-nies biex jitolbu sejħa għal azzjoni, jew hija biss każ ieħor ta’ hekk imsejjaħ “klikktiviżmu” - in-nies iħossuhom li qed jagħmlu differenza vera billi jiffirmaw petizzjoni online jew jibagħtu tweet? Mill-2011, Global Citizen jgħid li rreġistra aktar minn 19-il miljun “azzjoni” minn dawk li japoġġjawh, li nsista għal numru ta’ għanijiet differenti. Dan jgħid li dawn l-azzjonijiet għenu biex iħeġġu lill-mexxejja dinjija biex iħabbru impenji u politiki li huma ekwivalenti għal aktar minn $37 biljun li mistennija jaffettwaw il-ħajjiet ta’ aktar minn 2.25 biljun persuna sal-2030. Fil-bidu tal-2018, il-grupp ikkwota 390 impenn u tħabbira mill-azzjonijiet tiegħu, tal-inqas $10 biljun minnhom li diġà ġew żborżati jew miġbura. Il-grupp jistma li l-fondi siguri s’issa għamlu impatt dirett fuq kważi 649 miljun persuna madwar id-dija. Xi ftit mill-impenji ewlenin jinkludu The Power of Nutrition, sħubija bbażata fir-Renju Unit ta’ investituri u implimentaturi impenjati li “jgħinu lit-tfal jikbru għall-potenzjal sħiħ tagħhom,” bil-wegħda li r-Rwanda tiġi pprovduta $35 miljun biex jgħinu jtemmu l-malnutrizzjoni fil-pajjiż wara li rċivew aktar minn 4,700 tweet minn Ċittadini Globali. “B’appoġġ mill-gvern tar-Renju Unit, donaturi, gvernijiet nazzjonali, u Ċittadini Globali bħalek, nistgħu nagħmlu l-inġustizzja soċjali tad-denutrizzjoni nota f’qiegħ il-paġna fl-istorja,” qalet l-ambaxxatriċi ta’ The Power of Nutrition Tracey Ullman lill-folla waqt kunċert dirett f’Londra f’April 2018. Il-grupp qal ukoll li wara li ttieħdu aktar minn 5,000 azzjoni biex jistiednu lir-Renju Unit itejjeb in-nutrizzjoni għall-ommijiet u għat-tfal, il-gvern ħabbar finanzjament għal proġett, the Power of Nutrition, li ser jilħaq 5 milljun mara u tifel u tifla b’interventi fin-nutrizzjoni. F’rispons għal waħda mill-mistoqsijiet l-aktar frekwenti fuq is-sit web tiegħu li tistaqsi “xi jġiegħlek taħseb li nistgħu neqirdu l-faqar estrem?” Global Citizen wieġeb: “Ser ikun vjaġġ twil u iebes - xi drabi ser naqgħu u nfallu. Iżda, bħall-movimenti kbar tad-drittijiet ċivili u kontra l-apartheid, ser nirnexxu, għax għandna aktar setgħa meta nkunu flimkien. Janet Jackson, the Weeknd, Shawn Mendes, Cardi B, Janelle Monáe huma fost uħud mill-artisti li ser jidhru fl-avveniment ta’ din is-sena fi New York, li ser jippreżentawh Deborra-Lee Furness u Hugh Jackman. L-Istati Uniti tuża l-Flotta Navali għal “imblokk” biex ixxekkel l-esportazzjonijiet tal-enerġija Russa - Segretarjat Intern “Jekk ikun meħtieġ”, Washington tista’ tirrikorri għall-Flotta Navali tagħha biex tipprevjeni l-enerġija Russa milli tolqot is-swieq, inkluż il-Lvant Nofsani, żvela s-Segretarju Intern tal-Istati Uniti Ryan Zinke, kif ikkwotat minn Washington Examiner. Zinke allega li t-tkabbir tar-Russja fis-Sirja - speċjalment, fejn qed topera bi stedina tal-gvern leġittimu - huwa skuża biex jiġu esplorati swieq ġodda tal-enerġija. “Nemmen li r-raġuni li jinsabu fil-Lvant Nofsani hija li jridu jinnegozjaw enerġija bħalma jagħmlu fl-Ewropa tal-Lvant, in-naħa tan-Nofsinhar tal-Ewropa,” allegatament qal. U, skont l-uffiċjal, hemm modi u mezzi ta’ kif dan jiġi indirizzat. “L-Istati Uniti għandha l-abbiltà, bil-Flotta Navali tagħna, li tiżgura li l-korsiji tal-baħar ikunu miftuħa, u, jekk ikun meħtieġ, biex timblokka, biex tiżgura li l-enerġija tagħhom ma wasalx fis-suq,” qal. Zinke kien qed jindirizza lil dawk li attendew l-avveniment ospitat mill-Alleanza tal-Enerġija tal-Konsumatur, grupp mingħajr skop ta’ qligħ li jistila lilu nnifsu bħala l-“vuċi tal-konsumatur tal-enerġija” fl-Istati Uniti. Huwa kompla biex iqabbel l-approċċi ta’ Washington fl-indirizzar tar-Russja u l-Iran, billi nnota li dawn huma effetivament l-istess. “L-għażla ekonomika fuq l-Iran u r-Russja hija, ftit jew wisq, l-ingranaġġ u s-sostituzzjoni tal-fjuwils,” qal, filwaqt li rrefera għar-Russja bħala “xi ħadd b’ħila waħda” b’ekonomija li tiddependi fuq il-fjuwils karburati. L-istqarrijiet ġejjin peress li l-amministrazzjoni ta’ Trump kienet fuq missjoni biex issaħħaħ l-esportazzjoni tal-gass naturali likwifikat tagħha lejn l-Ewropa, billi tissostitwixxi lir-Russja, l-għażla ħafna aktar irħisa għall-konsumaturi Ewropej. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-amministrazzjoni ta’ Trump, inkluż il-President tal-Istati Uniti Donald Trump innifsu, jippruvaw jippreswadu lill-Ġermanja biex toħroġ mill-proġett tal-gassdott “mhux xieraq” Nord Stream 2, li skont Trump, għamel lil Berlin l-“ilsira” ta’ Moska. Moska saħqet għal ħafna drabi li l-gassdott Nord Stream 2 ta’ $11-il biljun, li mistenni jirdoppjaw l-kapaċità tal-gassdott eżistenti għal 110 biljun metru kubiku, huwa purament proġett ekonomiku. Il-Kremlin jargumenta li l-oppożizzjoni intensa ta’ Washington għall-proġett hija sempliċiment xprunata minn raġunijiet ekonomiċi u hija eżempju ta’ kompetizzjoni inġusta. “Nemmen li għandna l-istess fehma li l-enerġija ma tistax tkun għodda biex tiġi eżerċitata l-pressjoni u l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-fornituri,” qal il-Ministru tal-Enerġija Russu Aleksandr Novak wara laqgħa mas-Segretarju tal-Enerġija tal-Istati Uniti Rick Perry f’Moska f’Settembru. Il-pożizzjoni tal-Istati Uniti attirat reazzjoni avversa mill-Ġermanja, li affermat mill-ġdid l-impenn tagħha għall-proġett. L-organizzazzjoni ewlenija tal-Ġermanja għall-industrija, il-Federazzjoni tal-Industriji Ġermaniżi (BDI), stiednet lill-Istati Uniti beix toqgħod ’il bogħod mill-politika tal-enerġija tal-Ewropa u l-ftehimiet bilaterali bejn Berlin u Moska. “Ikolli problema kbira meta pajjiż terz jinterferixxi fil-provvista tal-enerġija tagħna,” qal Dieter Kempf, kap tal-Federazzjoni tal-Industriji Ġermaniżi (BDI) wara laqgħa riċenti bejn il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel u l-President Russu Vladimir Putin. Elizabeth Warren Ser “Teżamina Sew” Jekk Toħroġx għal President fl-2020, Tgħid is-Senatur ta’ Massachusetts Is-Senatur ta’ Massachusetts Elizabeth Warren, is-Sibt qalet li ser “teżamina sew” jekk toħroġx għal president wara l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu. Waqt laqgħa tal-kunsill f’Holyoke, Massachusetts, Warren ikkonfermat li tikkunsidra li toħroġ. “Wasal iż-żmien biex in-nisa jmorru Washington u jsewwu l-gvern imkisser tagħna u dan jinkludi mara fl-ogħla pożizzjoni,” qalet, skont The Hill. “Wara s-6 ta’ Novembru, ser neżamina sew jekk noħroġx għal president.” Warren ikkummentat dwar il-President Donald Trump waqt il-laqgħa tal-kunsill, billi qalet li huwa kien “qed jieħu dan il-pajjiż fid-direzzjoni l-ħażina. “Ninsab inkwetata ħafna dwar x’qed jagħmel Donald Trump bid-demokrazija tagħna,” qalet. Warren kienet diretta fil-kritika tagħha ta’ Trump u n-nominat tiegħu għall-Qorti Suprema Brett Kavanaugh. Fi tweet il-Ġimgħa, Warren qalet “naturalment għandna bżonn investigazzjoni tal-FBI qabel il-votazzjoni.” Madankollu, stħarriġ li ħareġ il-Ħamis, wera li maġġoranza tal-kostitwenti stess ta’ Waren ma jaħsbux li għandha toħroġ għall-elezzjoni fl-2020. Tmienja u ħamsin fil-mija ta’ votanti “probabbli” ta’ Massachusetts qalu li s-senatur m’għandhiex toħroġ għall-elezzjoni, skont l-istħarriġ taċ-Ċentru ta’ Riċerka Politika tal-Università ta’ Suffolk/Boston Globe. Tnejn u tletin fil-mija appoġġjaw il-ħarġa għall-elezzjoni. L-istħarriġ wera aktar appoġġ għall-ħruġ għall-elezzjoni mill-Gvernatur preċedenti Deval Patrick, bi 38 fil-mija li appoġġjaw għal ħruġ għall-elezzjoni potenzjali u 48 fil-mija kontrih. Ismijiet Demokratiċi ta’ profil għoli oħra li ġew diskussi fir-rigward ta’ ħruġ potenzjali għall-elezzjoni tal-2020 jinkludu l-Viċi President preċedenti Joe Biden u s-Senatur ta’ Vermont Bernie Sanders. Biden qal li jiddeċiedi uffiċjalment sa Jannar, irrappurtat l-Associated Press. Sarah Palin tirreferi għall-PTSD ta’ Track Palin fil-manifestazzjoni ta’ Donald Trump Track Palin, ta’ 26 sena, qatta’ sena fl-Iraq wara li ġie rreġistrat f’Settembru Huwa ġie arrestat u mressaq fuq inċident ta’ vjolenza domestika fil-lejl tat-Tnejn “Dak li għaddej minnu ibni, dak li għaddej minnu wara li rritorna, nista’ nirrelata ma’ familji oħra li jħossu r-ramifiki tal-PTSD u xi ftit mill-ġrieħi li s-suldati tagħna jirritornaw bihom,” qalet lill-udjenza f’manifestazzjoni għal Donald Trump f’Tulsa, Oklahoma. Palin sejħet l-arrest tiegħu bħala “il-problema ovvja li ħadd mhu qed jindirizza” u qalet dwar binha u veterani oħra tal-gwerra, “huma jirritornaw ftit differenti, jirritornaw aktar b’saħħithom, jirrtornaw jaħsbu jekk hemmx dak ir-rispett għal dak li suldati oħra bħalhom u persunal tal-ajru, u kull membru ieħor tal-militar, ta lill-pajjiż.” Huwa ġie arrestat it-Tnejn f’Wasilla, Alaska, u ġie mressaq fuq attakk ta’ vjolenza domestika fuq mara, waqt li intereferixxa b’rapport ta’ vjolenza domestika u pussess ta’ arma waqt li kien xurban, skont Dan Bennett, kelliem għad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Wasilla. 18-il stat, D.C. jappoġġjaw sfida għal politika dwar l-asil ġdida Tmintax-il stat u d-Distrett ta’ Columbia qed jappoġġjaw sfida legali għal politika ġdida tal-Isati Uniti li tiċħad l-asil lil vittmi li jaħarbu minn vjolenza tal-gangs jew dik domestika. Rappreżentanti mit-18-il stat u d-distrett, il-Ġimgħa ressqu każ ta’ ħabib tal-qorti f’Washington biex jappoġġjaw persuna li tfittex l-asil li qed tisfida l-politika, irrappurtat NBC News. L-isem sħiħ tal-attur fil-każ ta’ Grace kontra Sessions li ressqet l-Unjoni Amerikana tal-Libertajiet Ċivili f’Awwissu kontra l-politika federali ma ġiex żvelat. Hija qalet li s-sieħeb tagħha “u t-tfal subien membri tal-gang vjolenti tiegħu,” abbużawha iżda l-uffiċjali tal-Istati Uniti ċaħdu t-talba tagħha għal asil fl-20 ta’ Lulju. Hija nżammet f’Texas. L-avukati tal-istat li qed jappoġġjaw lil Grace ddeskrivew El Salvador, Honduras u Gwatemala, li jipproduċu numru kbir ta’ applikanti għal asil fl-Istati Uniti, hekk kif in-nazzjonijiet qed jaffaċċjaw problemi pervażivi b’gangs u vjolenza domestika. Il-politika l-ġdida tal-asil tal-Istati Uniti reġġgħet deċiżjoni tal-2014 mill-Bord tal-Appelli tal-Immigranti li ppermettiet li immigranti mhux dokumentati jaħarbu minn vjolenza domestika biex japplikaw għal asil. Il-Ġimgħa, fi stqarrija, l-Avukat Ġenerali tad-Distrett ta’ Columbia Karl Racine, qal li l-politika l-ġdida “tinjora deċennji ta’ liġi statali, federali u internazzjonali.” “Il-liġi federali teħtieġ li t-talbiet kollha għal asil jiġu aġġudikati fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi partikolari tat-talba, u motiv bħal dan jikser dan il-prinċipju, qal il-każ ta’ ħabib tal-qorti. L-avukati komplew jargumentaw fil-każ li l-politika li tiċħad dħul lill-immigranti tagħmel ħsara lill-ekonomija tal-Istati Uniti, billi qalu li huma aktar probabbli li jsiru intraprendituri u “jipprovdu x-xogħol meħtieġ.” L-Avukat Ġenerali Jeff Sessions ordna lill-imħallfin tal-immigrazzjoni biex ma jibqgħux jagħtu asil lil vittmi li jaħarbu minn abbuż domestiku u vjolenza tal-gangs f’Ġunju. “L-asil huwa disponibbli għal dawk li jħallu pajjiżhom minħabba persekuzzjoni jew biża’ minħabba razza, reliġjon, nazzjonalità jew sħubija fi grupp soċjali partikolari jew opinjoni politika,” Sessions qal fit-tħabbira tiegħu tal-politika fil-11 ta’ Ġunju. L-asil qatt ma kien intenzjonat biex itaffi l-problemi kollha -- anki l-problemi serji kollha -- li n-nies jaffaċċjaw kuljum madwar id-dinja. Sforzi ta’ salvataġġ iddisprati f’Palu hekk kif l-għadd ta’ mwiet jirdoppja fi ġlieda kontra l-ħin biex jinstabu s-superstiti Għas-superstiti, is-sitwazzjoni saret dejjem aktar terribbli. “Tinħass intensa ħafna,” qalet omm ta’ 35 sena Risa Kusuma, waqt li kienet qed tħaddan lil binha tarbija bid-deni f’ċentru tal-evakwazzjoni fil-belt sfortunata ta’ Palu. “Kull minuta ambulanza ġġib l-iġsma. L-ilma nadif huwa skars.” Ir-residenti dehru jirritornaw fi djarhom meqrudin, ifittxu fl-affarijiet tagħhom mgħarrqa bl-ilma, jippruvaw isalvaw kulma setgħu jsibu. Mijiet ta’ persuni kienu mweġġgħa u l-isptarijiet, meqrudin mit-terremot ta’ daqs ta’ 7.5, kienu mimlija wisq. Xi wħud mill-imweġġgħa, inkluż Dwi Haris, li sofra ksur f’dahru u fi spalltu, baqgħu barra l-Isptar tal-Armata ta’ Palu, fejn il-pazjenti qed jiġu kkurati barra minħabba xokkijiet b’saħħithom kontinwi. Għajnejh imtlew bid-dmugħ hekk kif irrakkonta li ħass it-terremot vjolenti iċaqlaq l-art tal-lukanda fil-ħames sular li kien qed juża ma’ martu u bintu. “Ma kienx hemm ċans biex insalvaw lilna nfusna. Tgħaffiġt mal-fdalijiet tal-ħajt, naħseb,” Haris qal lil Associated Press, u żied li familtu kienet fil-post għal tieġ. “Smajt lil marti tgħajjat għall-għajnuna, imbagħad silenzju. Ma nafx x’ġara minnha u minn binti. Nispera li jinsabu siguri.” L-ambaxxatur tal-Istati Uniti jakkuża liċ-Ċina b’“bullying” b’ “reklami ta’ propaganda” Ġimgħa wara gazzetta uffiċjali Ċiniża ħarġet reklam fuq erba’ paġni f’gazzetta tal-Istati Uniti li toħroġ kuljum li jipprova jbigħ il-benefiċċji reċiproċi tal-kummerċ bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, l-ambaxxatur tal-Istati Uniti għaċ-Ċina akkuża lil Beijing li użat l-istampa Amerikana biex tifrex propaganda. Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, l-Erbgħa li għadda, irrefera għas-suppliment imħallas ta’ China Daily fid-Des Moines Register - il-gazzetta li tinbiegħ l-aktar fl-istat ta’ Iowa - wara li akkuża liċ-Ċina li qed tfittex li tindaħal fl-elezzjonijiet tal-kungress tal-Istati Uniti tas-6 ta’ Novembru, akkuża li ċ-Ċina tiċħadha. L-akkuża ta’ Trump li Beijing kienet qed tipprova tindaħal fl-elezzjonijiet tal-Istati Uniti mmarkat dak li l-uffiċjali tal-Istati Uniti qalu lil Reuters li kienet fażi ġdida f’kampanja li qed teskala minn Washington biex tpoġġi pressjoni fuq iċ-Ċina. Filwaqt li huwa normali li l-gvernijiet barranin jagħmlu reklami biex jippromwovu l-kummerċ, Beijing u Washington bħalissa jinsabu mwaħħla fi gwerra tal-kummerċ li qed teskala li rathom jgħaddu rawnds ta’ tariffi fuq l-importazzjonijiet ta’ kull wieħed minnhom. It-tariffi ta’ ritaljazzjoni taċ-Ċina fil-bidu tal-gwerra kummerċjali ġew imfassla biex jolqtu lill-esportaturi fi stati bħal Iowa li appoġġjaw il-Partit Repubblikan ta’ Trump, qalu esperti Ċiniżi u tal-Istati Uniti. Terry Branstad, l-ambaxxatur tal-Istati Uniti għaċ-Ċina u l-gvernatur preċedenti għal żmien twil ta’ Iowa, esportatur ewlieni tal-oġġetti agrikoli għaċ-Ċina, qal li Beijing weġġgħet lill-ħaddiema, bdiewa u negozji Amerikani. Iċ-Ċina, kiteb Branstad f’paġna ta’ opinjoni fid-Des Moines Register tal-Ħadd, “issa qed tirdoppja dan il-bullying billi tagħmel reklami ta’ propoganda fl-istampa libera tagħna stess.” “Fit-tixrid tal-propaganda tiegħu, il-gvern taċ-Ċina qed juża t-tradizzjoni għażiża tal-Amerka tal-espressjoni libera u l-istampa libera billi jqiegħed reklam imħallas fid-Des Moines Register,” kiteb Branstad. “B’kuntrast, fuq l-istand tal-gazzetti ’l isfel fit-triq hawn f’Beijing, ser issib vuċijiet ta’ tixrid limitati u m’intix ser tara riflessjoni vera tal-opinjonijiet differenti li l-poplu Ċiniż jista’ jkollu dwar it-trajettorja ekonomika problematika taċ-Ċina, peress li l-midja tinstab taħt restrizzjoni tal-Partit Komunista Ċiniż,” kiteb. Huwa żied li “waħda mill-aktar gazzetti prominenti taċ-Ċina evitat l-offerta li tippubblika” l-artiklu tiegħu, għalkemm ma qalx liema gazzetta. Ir-Repubblikani Qed Jaljenaw lill-Votanti Nisa Qabel l-Elezzjonijiet ta’ Nofs it-Terminu bid-Dibattitu ta’ Kavanaugh, Iwissu l-Analisti Hekk kif ħafna Repubblikani tal-quċċata qed jappoġġjaw u jiddefendu lin-nominat tal-Qorti Suprema Brett Kavanaugh waqt li jaffaċċja diversi allegazzjonijiet ta’ attakk sesswali, l-analisti wissew li ser jaraw reazzjoni avversa, partikolarment waqt l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu li jmiss. L-emozzjonijiet dwar dan kienu għoljin ħafna, u l-biċċa l-kbira tar-Repubblikani diġà qed juru uffiċjalment li riedu jmexxu bil-vot. Dawn l-affarijiet ma jistgħux jitreġġgħu lura,” qal Grant Reeher, professur tax-xjenza politika fl-Iskola Maxwell ta’ Syracuse University lil The Hill għal artiklu li ġie ppubblikat is-Sibt. Reeher qal li jiddubita li l-imbottatura tal-aħħar minuta tas-Senatur Jeff Flake (R-Arizona) għal investigazzjoni tal-FBI ser tkun biżżejjed biex tikkalma lill-votanti rrabjati. “In-nisa mhumiex ser jinsew x’ġara lbieraħ - mhumiex ser jinsewh għada u lanqas f’Novembru,” qalet Karine Jean-Pierre, konsulenta superjuri u kelliema nazzjonali għall-grupp progressiv MoveOn il-Ġimgħa, skont il-gazzetta Washington, D.C.. Il-Ġimgħa filgħodu, id-dimostranti kantaw “Novembru ġej!” hekk kif ipprotestaw fis-sala tas-Senat hekk kif ir-Repubblikani li qed jikkontrollaw il-Kumitat Ġudizzjarju ddeċidew li jmexxu bin-nomina ta’ Kavanaugh minkejja d-dikjarazzjoni ta’ Dr. Christine Blasey Ford, irrappurtat Mic. “L-entużjażmu demokratiku u l-motivazzjoni ser ikunu ta’ livell għoli ħafna, qal Stu Rothenberg, analista politiku mhux partiġjan lis-sit tal-aħbarijiet. “In-nies qed jgħidu li diġà kienu għoljin; u vera. “Iżda jistgħu jkunu ogħla, partikolarment bejn votanti nisa li jaqilbu l-vot fis-subborgi u votanti iżgħar, ta’ 18 sa 29 sena, li filwaqt li ma jogħġobhomx il-president, ħafna drabi ma jivvutawx.” Anki qabel id-dikjarazzjoni pubblika ta’ Ford li tat dettalji tal-allegazzjonijiet tagħha tal-attakk sesswali kontra n-nominat tal-Qorti Suprema, l-analisti ssuġġerew li tista’ ssegwi reazzjoni avversa jekk ir-Repubblikani jmexxu bil-konferma. “Dan sar taħwida sħiħa għall-GOP,” qal Michael Steele, il-president preċedenti tal-Kumitat Nazzjonali Repubblikan, fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet, skont NBC News. “Dan ma jikkonċernax biss il-vot tal-kumitat jew il-vot finali dwar jekk Kavanaugh jitqiegħedx fuq il-bank, dan jikkonċerna wkoll il-mod ta’ kif ir-Repubblikani mmaniġġjaw din is-sitwazzjoni u kif ittrattawha,” indika lill-istazzjon tal-aħbarijiet Guy Cecil, direttur ta’ Priorities USA, grupp li jgħin biex jeleġġi d-Demokrati. Madankollu, l-Amerikani jidhru li b’xi mod huma maqsumin fuq lil min jemmnu fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet ta’ Ford u Kavanaugh, bi ftit aktar appoġġ għal tal-aħħar. Stħarriġ ġdid minn YouGov juri li 41 fil-mija tar-rispondenti emmnu definittivament jew probabbilment id-dikjarazzjoni ta’ Ford, filwaqt li 35 fil-mija qalu li emmnu definittivament jew probabbilment id-dikjarazzjoni ta’ Ford. Barra minn hekk, 38 fil-mija qalu li ħasbu li Kavanaugh probabbilment jew definittivament gideb waqt id-dikjarazzjoni tiegħu, filwaqt li 30 fil-mija qalu l-istess dwar Ford. Wara l-imbottatura minn Flake, l-FBI bħalissa qed tinvestiga l-allegazzjonijiet imressqa minn Ford kif ukoll tal-inqas akkużatriċi oħra, Deborah Ramirez, irrappurtat The Guardian. Ford xehdet quddiem il-Kumitat Ġudizzjarju tas-Senat taħt ġurament il-ġimgħa li għaddiet li Kavanaugh waqt li kien xurban attakkaha fl-età ta’ 17. Ramirez tallega li n-nominat tal-Qorti Suprema espona l-ġenitali tiegħu lilha waqt li kienu f’festin meta kienu qed jistudjaw f’Yale fit-tmeninijiet. L-Inventur tal-World Wide Web jippjana li Jibda Internet Ġdid biex Jikkompeti kontra Google u Facebook Tim Berners-Lee, l-inventur tal-World Wide Web, ser iniedi negozju ġdid li jfittex li jikkompeti kontra Facebook, Amazon u Google. L-aħħar proġett tal-leġġenda tat-teknoloġija, Inrupt, hija kumpanija li tibni fuq il-pjattaforma ta’ sors miftuħ Solid ta’ Berners-Lee. Solid tippermetti lill-utenti jagħżlu fejn tinħażen id-data tagħhom u liema nies għandhom permess għal aċċess għal liema informazzjoni. F’intervista esklussiva ma’ Fast Company, Berners-Lee ċċajta li l-intenzjoni wara Inrupt hija “dominazzjoni tad-dinja.” “Irridu nagħmluha issa,” qal dwar in-negozju ġdid. “Dan huwa mument storiku.” L-applikazzjoni tuża t-teknoloġija ta’ Solid biex tippermetti lin-nies joħolqu l-“ħanut ta’ data online personali” tagħhom jew POD. Dan jista’ jkun fih listi ta’ kuntatt, listi ta’ x’għandu jsir, kalendarju, librerija tal-mużika u għodod personali u professjonali oħra. Dan huwa bħallikieku Google Drive, Microsoft Outlook, Slack u Spotify jkunu kollha disponibbli fuq brawżer wieħed u kollha fl-istess ħin. Dak li jagħmel il-ħanut ta’ data online personali uniku huwa li huwa kompletament f’idejn l-utent li jista’ jaċċessa liema tip ta’ informazzjoni. Il-kumpanija ssejjaħ dan “awtonomizzazzjoni personali permezz tad-data.” L-idea għal Inrupt, skont is-CEO tal-kumpanija John Bruce, hija li l-kumpanija ġġib riżorsi, ħiliet ta’ proċess u ħiliet xierqa biex tagħmel Solid disponibbli għal kulħadd. Il-kumpanija bħalissa tikkonsisti minn Berners-Lee, Bruce, pjattaforma tas-sigurtà miġjuba minn IBM, xi żviluppaturi fil-persunal li għandhom kuntratt biex jaħdmu fuq il-proġett, u komunità ta’ coders voluntiera. Billi bdew din il-ġimgħa, żviluppaturi tat-teknoloġija madwar id-dinja jistgħu joħolqu l-applikazzjonijiet deċentralizzati tagħhom permezz tal-għodod disponibbli fuq is-sit web ta’ Inrupt. Berners-Lee qal li huwa u t-tim tiegħu mhumiex jitkellmu ma’ “Facebook u Google dwar jekk għandhomx jintroduċu bidla sħiħa fejn il-mudelli kummerċjali kollha tagħhom jinqalbu ta’ taħt fuq mil-lum għal għada. “M’aħniex nitolbu l-permess tagħhom.” F’post fuq Medium ippubblikata s-Sibt, Berners-Lee kiteb li “l-missjoni ta’ Inrupt hija li tipprovdi enerġija kummerċjali u ekosistema li tgħin biex tipproteġi l-integrità u l-kwalità tas-sit ġdid mibni fuq Solid.’ Fl-1994, Berners-Lee ttrasforma l-Internet meta stabbilixxa Konsorzju tal-World Wide Web fl-Istitut tat-Teknoloġija f’Massachusetts. F’xhur riċenti, Berners-Lee kien vuċi ta’ influwenza fid-dibattitu dwar in-newtralità tan-net. Anki waqt li jniedi Inrupt, Berners-Lee ser jibqa’ l-Fundatur u d-Direttur tal-Konsorzju tal-World Wide Web, il-Fondazzjoni tal-Web u l-Istitut ta’ Data Miftuħa. “Ninsab ottimist immens għal din l-era li jmiss tal-web,” żied Berners-Lee. Bernard Vann: Iċċelebrat kleriku tal-Victoria Cross tal-Ewwel Gwerra Dinjija L-uniku kleriku tal-Knisja tal-Ingilterra li rebaħ Victoria Cross waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija bħala kombattenti ġie ċċelebrat fir-raħal tiegħu 100 sena wara. Il-Lt Kur Ir-Reverend Bernard Vann rebaħ il-premju fid-29 ta’ Settembru 1918 fl-attakk f’Bellenglise u Lehaucourt. Madankollu, huwa nqatel minn sniper erbat ijiem wara u qatt ma kien jaf li rebaħ l-ogħla unur militari Brittianiku. Is-Sibt inkixfet ġebla kommemorattiva miż-żewġ neputijiet tiegħu f’parata f’Rushden, Northamptonshire. Wieħed min-neputijiet tiegħu, Michael Vann, qal li kien “simboliku b’mod brillanti” li l-ġebla kellha tinkixef eżattament 100 sena wara l-kisba tar-rebħ tal-premju ta’ nannuh. Skont il-London Gazette, fid-29 ta’ Settembru 1918, il-Lt Kur wassal il-battaljun tiegħu in-naħa l-oħra tal-Canal de Saint-Quentin “f’ħafna ċpar u nar minn xkubetti fuq il-post u machine guns." Aktar tard huwa għaġġel għal-linja tan-nar u bl-“akbar kuraġġ” wassal il-linja ’l quddiem qabel ma mar għal xkubetta fuq il-post waħdu u tilef minn sensihom tlieta mit-trupp. Il-Lt Kur inqatel minn sniper Ġermaniż fl-4 ta’ Ottubru 1918 - eżatt xahar qabel ma ntemmet il-gwerra. Michael Vann, ta’ 72 sena, qal li l-azzjonijiet ta’ nannuh kienu “xi ħaġa li naf li qatt ma nista’ nasal s’hemm iżda xi ħaġa umiljanti ħafna.” Hu u ħuh Dr James Vann poġġew ukoll girlanda wara l-parata, li kienet immexxija mill-Banda taż-Żgħażagħ Imperjali ta’ Brentwood. Michael Vann qal li kien “qed iħossu onorat ħafna li kellu rwol f’din il-parata” u żied “il-kuraġġ ta’ eroj ġenwin kien qed jintwera mill-appoġġ li ser jingħata minn ħafna nies.” Partitarji tal-MMA baqgħu mqajmin il-lejl kollu biex jaraw Bellator 206, minflok spiċċaw b’Peppa Pig Immaġina din, tkun bqajt imqajjem il-lejl kollu biex tara Bellator 206 ippakkjata biex tispiċċa mċaħħad milli tara l-avveniment prinċipali. Il-lista minn San Jose inkludiet 13-il ġlieda, inkluż sitta fuq il-kard ewlenija u kienu qed jintwerew diretti matul il-lejl fir-Renju Unit fuq Channel 5. Fis-6am, hekk kif Gegard Mousasi u Rory MacDonald kienu qed jippreparaw biex jaffaċċjaw lil xulxin, it-telespettaturi fir-Renju Unit baqgħu mbellhin meta x-xandira nbidlet għal Peppa Pig. Xi wħud ma kinux impressjonati wara li kienu baqgħu mqajmin sas-sigħat bikrin speċjalment għall-ġlieda. Partitarju wieħed fuq Twitter iddeskriva l-bidla għall-kartun tat-tfal bħala “xi tip ta’ ċajta goffa.” “Huwa regolament tal-gvern li fis-6 a.m. dak il-kontenut ma kienx xieraq għalhekk kellhom jaqilbu għall-programmi tat-tfal,” qal Dave Schwartz, viċi president superjuri tal-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ Bellator, meta ġie mistoqsi dwar it-trażmissjoni. ““Peppa l-ħanżira,” iva.” Il-president tal-kumpanija Belator Scott Coker qal li ser jaħdmu fuq l-iskedar tagħhom biex jinkludu telespettaturi mir-Renju Unit fil-futur. “Naħseb li meta naħseb dwar ir-repetizzjoni, probabbli nistgħu nirranġaw xi ħaġa,” qal Coker. “Imma bħalissa hemmhekk huma s-sitta ta’ filgħodu tal-Ħadd u mhux ser inkunu nistgħu nirranġaw sal-Ħadd tal-ħin tagħna, it-Tnejn tal-ħin tagħhom. Iżda qed naħdmu fuqha. Emminni, meta nqalbet ix-xandira kien hemm ħafna messaġġi għaddejjin u mhux kollha kienu ħelwin. Konna qed nippruvaw nirranġaw is-soluzzjoni, ħsibna li kien żball tekniku. Iżda ma kienx, kienet kwistjoni governattiva. Nista’ nwiegħdek li d-darba li jmiss mhijiex ser tiġri. Ser nillimitawha għal ħames ġlidiet minflok sitt - bħalma nagħmlu s-soltu - u ppruvajna nwasslu aktar għall-partitarji u minflok morna żżejjed. Hija sitwazzjoni sfortunata.” Desert Island Discs: Tom Daley ħassu “inferjuri’ minħabba s-sesswalità L-għaddas Olimpiku Tom Daley jgħid li kiber iħossu inferjuri għal kulħadd minħabba s-sesswalità tiegħu - iżda din tatu l-motivazzjoni biex isir suċċess. Ir-raġel ta’ 24 sena qal li ma kienx irrealizza sakemm mar is-sekondarja li “mhux kulħadd bħali.” Filwaqt li tkellem fuq l-ewwel Desert Island Discs ta’ Radio 4 ippreżentat minn Lauren Laverne, huwa qal li tkellem dwar id-drittijiet tal-omosesswali biex jagħti “tama” lil ħaddieħor. Qal ukoll li meta sar ġenitur sar jimpurtah inqas milli jirbaħ l-Olimpjadi. Il-preżentatriċi regolari tal-programm li ilu għaddej, Kirsty Young, ħadet ftit xhur frank minħabba mard. Filwaqt li deher bħala persuna mwarrba fuq l-ewwel programm ta’ Laverne, Daley qal li ħassu “inqas minn” ħaddieħor hu u jikber minħabba li “ma kienx aċċettabbli soċjalment li jogħġbuk is-subien u l-bniet.” Huwa qal: “Sal-lum, dawk l-emozzjonijiet li tħossok inqas minn, u tħossok differenti, kienu l-affarijiet veri li tawni s-setgħa u s-saħħa li nkun nista’ nirnexxi.” Huwa ried jagħti prova li kien “xi ħaġa”, qal, biex ma jiddiżappuntax lil kulħadd meta eventwalment isiru jafu dwar is-sesswalità tiegħu. Il-medallist Olimpiku tal-bronż għal darbtejn sar promotur ta’ profil għoli għal-LGBT u uża d-dehra tiegħu fil-Logħob tal-Commonwealth ta’ din is-sena fl-Awstralja biex jappella biex aktar pajjiżi jiddekriminalizzaw l-omosesswalità. Huwa qal li tkellem għax ħassu fortunat li seta’ jgħix b’mod liberu mingħajr ramifiki u ried li jagħti “tama” lil ħaddieħor. Ir-rebbieħ dinji għal tliet darbiet qal li meta sar iħobb raġel - produttur tal-films mill-Istati Uniti Dustin Lance Black, li ltaqa’ miegħu fl-2013 - “kienet sorpriża” għalih. Daley iżżewweġ lir-rebbieħ tal-Oscar, li huwa 20 sena ikbar minnu, is-sena li għaddiet imma qal li d-differenza fl-età qatt ma kienet problema. “Meta tgħaddi minn tant affarijiet f’età daqshekk żgħira - mar għall-ewwel Olimpjadi tiegħu ta’ 14-il sena u missieru miet bil-kanċer tliet snin wara - qal li kien diffiċli jsib xi ħadd tal-istess età li kien esperjenza esperjenzi sbieħ u koroh simili. Il-koppja saru ġenituri f’Ġunju, lil iben li jismu Robert Ray Black-Daley, u Daley qal li l-“perspettiva kollha” tiegħu kienet inbidlet. “Kieku saqsejtni s-sena li għaddiet, għalija l-importanti kien li ‘Irrid nirbaħ medalja tad-deheb’,” qal. “Taf xiex, hemm affarijiet ikbar mill-medalji tad-deheb Olimpiċi. Il-medalja tad-deheb Olimpika tiegħi huwa Robbie.” Ibnu għandu l-istess isem bħal missieru Robert, li miet fl-2011 ta’ 40 sena wara li ġie ddijanjostikat b’kanċer tal-moħħ. Daley qal li missieru ma aċċettax li kien se jmut u waħda mill-affarijiet li kien talab kienet jekk diġà kellhom il-biljetti għal Londra 2012 - peress li ried ikun fil-filliera ta’ quddiem. “Ma stajtx ngħidlu ‘m’intix ser tkun hawn biex tkun fil-filliera ta’ quddiem, pà’,” qal. “Kont qed inżommlu idu meta waqaf jieħu nifs u ma kienx sa meta attwalment waqaf jieħu nifs u kien mejjet li fl-aħħar irrikonoxxejt li ma kienx invinċibbli,” qal. Is-sena ta’ wara Daley ikkompeta fl-Olimpjadi tal-2012 u rebaħ il-bronż. “Kont naf li dan kien dak li ħlomt ħajti kollha - li nogħdos quddiem folla minn pajjiżi fil-Logħob Olimpiku, ma kienx hemm sensazzjoni aħjar,” qal. Dan ispira wkoll l-ewwel għażla tal-kanzunetta tiegħu - Proud ta’ Heather Small - li kienet kompatibbli miegħu fil-mixja għall-Olimpjadi u għadha tqabbdu l-bard. Desert Island Discs huwa fuq BBC Radio 4 il-Ħadd fil-11:15 BST. Mickelson li m’għadux fil-forma jibqa’ fuq il-bank fit-Tazza Ryder is-Sibt L-Amerikan Phil Mickelson ser jagħmel rekord is-Sibt meta jilgħab is-47 logħba tiegħu tat-Tazza Ryder, iżda ser ikollu jibdel il-forma tiegħu biex jevita milli jkun stadju importanti mhux daqshekk ferrieħi. Mickelson, li jilgħab fl-avveniment biennali għal rekord ta’ 12-il darba, baqa’ fuq il-bank mill-kaptan Jim Furyk għall-fourballs u l-foursomes tas-Sibt. Minflok ma kien iċ-ċentru tal-azzjoni, bħalma kien ħafna drabi għall-Istati Uniti, ir-rebbieħ kbir ta’ ħames darbiet qasam il-ġurnata tiegħu bejn li kien qed jissapportja u jaħdem fuq il-logħba tiegħu mid-distanza bit-tama li jirrettifika x’jinkwetah. Wieħed li qatt ma kien jagħti l-ballun dritt anki fil-milja tal-karriera tiegħu, ir-raġel ta’ 48 sena mhuwiex ideali għall-korsa diffiċli ta’ Le Golf National, fejn id-distanza twil raffa darba wara l-oħra tikkastiga xuts żbaljati. U jekk il-kors waħidha mhijiex ta’ qtigħ il-qalb biżżejjed, Mickelson, fid-disa’ logħba l-Ħadd, jaffaċċja ċ-ċampjin preċiż tal-British Open Francesco Molinari, li ngħaqad ma’ Tommy Fleetwood, ġdid għall-istaġun, biex jirbħu l-erba’ logħbiet kollha tagħhom din il-ġimgħa. Jekk l-Amerikani, b’erba’ punti inqas mill-bidu tat-12-il logħba single, jibdew tajjeb, il-logħba ta’ Mickelson tista’ turi li tkun punt kruċjali ħafna. Furyk esprima l-kunfidenza fir-raġel tiegħu, mhux li seta’ jgħid xi ħaġa oħra. “Huwa fehem bis-sħiħ ir-rwol li kellu llum, taptapli fuq dahri u poġġa driegħu madwari u qal li ser ikun lest għada,” qal Furyk. “Għandu ħafna kunfidenza fih innifsu. Huwa Hall of Famer u kkontribwixxa ħafna għal dawn it-timijiet fil-passat, u din il-ġimgħa. Probabbli ma kontx narah jilgħab żewġ partiti. Jien rajt aktar, imma dan hu l-mod kif ħadmet u dan hu l-mod kif ħsibna li ser tmur. Huwa jrid ikun hemm barra, bħal ħaddieħor.” Mickelson ser jaqbeż ir-rekord ta’ Nick Faldo għall-aktar partiti tat-Tazza Ryder li ntlagħbu l-Ħadd. Dan jista’ jimmarka t-tmiem ta’ karriera tat-Tazza Ryder li pjuttost qatt ma laħqet il-milji tar-rekord indivdiwali tiegħu. Mickelson għandu 18-il rebħa, 20 telfa u seba’ nofsijiet, għalkemm Furyk qal li l-preżenza tiegħu ġabet ftit affarijiet intanġibbli għat-tim. “Huwa jdaħħak, sarkastiku, umoristiku, iħobb jiddieħak bin-nies, u raġel sew ħafna li jkollok fil-kamra tat-tim,” spjega. “Naħseb il-plejers iżgħar fl-età ħadu pjaċir jikkritikawh, din il-ġimgħa, li kienet xi ħaġa divertenti biex tara. Huwa jipprovdi ħafna aktar minn sempliċiment logħob.” Il-kaptan Ewropew Thomas Bjorn li l-pożizzjoni kbira fuq quddiem tista’ tisparixxi malajr Thomas Bjorn, il-kaptan Ewropew, jaf mill-esperjenza li pożizzjoni fuq quddiem imdaqqsa qabel is-singles tal-aħħar ġurnata fit-Tazza Ryder tista’ faċilment tinbidel fi vjaġġ skomdu. Id-Daniż għamel id-debut tiegħu fil-logħba tal-1997 f’Valderrama, fejn naħa mmexxija minn Seve Ballesteros żammet vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-Amerikani iżda spiċċaw bi żbrixx b’marġini vera dejjaq, b’rebħa ta’ 14½-13½. “Tibqa’ tfakkar lilek innifsek li kellna pożizzjoni fuq quddiem kbira f’Valderrama; kellna pożizzjoni fuq quddiem kbira fi Brookline, fejn tlifna, u f’Valderrama, fejn irbaħna, imma bi ftit,” qal Bjorn, fl-istampa, wara li ra l-Klassi tal-2018 jirbħu 5-3 kemm il-Ġimgħa kif ukoll ilbieraħ biex ikunu fuq uqddiem b’10-6 fil-Le Golf National. Għalhekk l-istorja ser turi lili u lil kulħadd f’dan it-tim li għadu ma spiċċax kollox. Għada tmur b’ruħek u b’ġismek. Oħroġ hemm barra u agħmel l-affarijiet kollha tajbin. Għadu ma spiċċax kollox sakemm tkun ġibt il-punti fuq it-tim. Għandna għan, u dak li hu nippruvaw nirħbu dan it-trofew, u l-fokus ħa jibqa’ hemm. Jien dejjem għedt, niffoka fuq it-12-il plejer li huma fin-naħa tagħna, iżda nafu sew x’hemm in-naħa l-oħra - l-akbar plejers fid-dinja.” Kuntent b’kif il-plejers tiegħu lagħbu fuq korsa tal-golf diffiċli, Bjorn żied: “Qatt ma mmur pass oltrè minni f’dan. Għada sfida differenti. Għada jikkonċerna l-prestazzjonijiet individwali li naraw, u din hija xi ħaġa differenti x’tagħmel. Sabiħ ħafna li tkun hemm barra ma’ sieħeb meta l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb, iżda meta tkun hemm barra individwalment, imbagħad tiġi ttestjat għall-kapaċità sħiħ tiegħek bħala golfer. Dan huwa l-messaġġ li trid tgħaddi lill-plejers, li toħroġ l-aħjar tiegħek għada. Issa, ħalli lis-sieħeb warajk u hu jrid jitlaq u joħroġ l-aħjar tiegħu, ukoll.” B’kuntrast ma’ Bjorn, in-numru oppost Jim Furyk ser ikun qed ifittex li l-plejers tiegħu jilagħbu aħjar individwalment milli meta għamlu bħala sħab, bl-eċċezzjonijiet li huma Jordan Spieth u Justin Thomas, li akkwistaw tliet punti minn erbgħa. Furyk innfisu kien fuq iż-żewġ naħat ta’ dawk l-aħħar ġranet li jistgħu jibdlu kollox, wara li kien parti mit-tim rebbieħ fi Brookline qabel spiċċa tellief hekk kif l-Ewropa għamlet il-“Miraklu ta’ Medinah.” “Niftakar sal-inqas kelma minnha,” qal bi tweġiba meta ġie mistoqsi kif Ben Crenshaw, il-kaptan fl-1999, ipprepara lill-plejers tiegħu qabel l-aħħar ġurnata. “Għada għandna 12-il partita importanti, imma tixtiequ taslu għal dak il-bidu malajr bħalma rajtu fi Brookline, bħalma rajtu f’Medinah. Meta jasal dak il-momentum naħa waħda, ipoġġi ħafna pressjoni fuq dawk il-partiti tan-nofs. Fassalna l-lista tagħna kif xieraq u poġġejna lil dawk l-irġiel bil-mod li ħassejna, taf int, qed nippruvaw nagħmlu ftit mirakli għada.” Thomas kien ingħata l-kompitu li jipprova jmexxi l-ġlieda lura u jaffaċċja lil Roy McIlroy fl-aqwa logħba, b’Paul Casey, Justin Rose, Jon Rahm, Tommy Fleetwood u Ian Poulter l-Ewropej l-oħra fl-aqwa nofs tal-ordni. “Jien mort ma’ dan il-grupp ta’ rġiel b’dan il-mod għax naħseb li jkopri t-triq kollha,” qal Bjorn dwar l-għażliet tiegħu tas-singles. Il-gwerra l-ġdida tal-Ġermanja posposta għal darb’oħra L-aktar frejgata ġdida tal-Flotta Navali Ġermaniża kellha tkun ikkumissjonata fl-2014 biex tissostitwixxi l-frejgati ta’ żmien il-Gwerra l-Bierda li qed jeqdiemu, iżda mhux ser tkun hemm tal-inqas sas-sena d-dieħla minħabba sistemi b’difetti u spiża li qed tiżdied, irrappurtat il-midja lokali. Il-kummissjonar tar-“Rheinland-Pfalz,” il-bastiment ewlieni tal-frejgati ġodda fjamanti tal-klassi Baden-Wuerttemberg, issa ġie pospost għall-ewwel nofs tal-2019, skont il-gazzetta Die Zeit li tikkwota kelliem għall-militar. Il-bastiment kellu jingħaqad mal-Flotta Navali fl-2014, iżda l-kwistjonijiet problematiċi ta’ wara t-twassil tebbgħu d-destin tal-proġett ambizzjuż. L-erba’ bastimenti tal-klassi Baden-Wuerttemberg li ordnat il-Flotta Navali lura fl-2007 ser jiġu bħala sostituzzjoni għall-frejgati tal-klassi Bremen li qed jeqdiemu. Huwa mifhum li dawn ser ikollhom kanun b’saħħtu, wirja ta’ missili kontra l-ajruplani u kontra l-vapuri kif ukoll xi teknoloġiji kawteli, bħal radar imnaqqas, sinjaturi infrared u akustiċi. Funzjonijiet importanti oħra jinkludu perjodi ta’ manutenzjoni itwal - dan għandu jkun possibbli biex iħaddem il-frejgati l-aktar ġodda sa sentejn ’il bogħod mill-portijiet tad-dar. Madankollu, dewmien kontinwu jfisser li l-bastimenti tal-aħħar teknoloġija - li msemmija jippermettu lill-Ġermanja biex tipproġetta setgħa barra minn xtutha - diġà ser jiġu antiki saż-żmein meta jidħlu fis-servizz, tinnota Die Zeit. Il-frejgata F125 ta’ sfortuna ħażina dehret fl-aħbarijiet is-sena li għaddiet, meta l-Flotta Navali Ġermaniża uffiċjalment irrifjutat li tikkummissjona l-bastiment u rritornatu għat-tarzna ta’ Blohm & Voss f’Hamburg. Din kienet l-ewwel darba li l-Flotta Navali rritornat bastiment lil bennej tal-vapuri wara li twassal. Ftit kien magħruf dwar ir-raġunijiet għal dan, iżda l-midja Ġermaniża kkwotat numru ta’ “difetti fis-softwer u l-ħardwer” kruċjali li għamlu l-bastiment inutli jekk jiġi skjerat fuq missjoni ta’ kombattiment. Id-difetti fis-softwer kienu partikolarment importanti hekk kif il-bastiment tal-klassi Baden-Wuerttemberg ser jiġu operati minn ekwipaġġ ta’ madwar 120 baħri - nofs il-ħaddiema biss fuq il-frejgati aktar antiki tal-klassi Bremen. Barra minn hekk, deher li l-bastiment għandu piż żejjed sew li jnaqqas il-prestazzjoni tiegħu u jillimita l-ħila tal-Flotta Navali biex iżżid aġġornamenti futuri. Il-“Rheinland-Pfalz” ta’ 7,000 tunnellata huwa mifhum li huwa darbtejn aktar tqil minn bastimenti ta’ klassi simili użati mill-Ġermaniżi fit-Tieni Gwerra Dinjija. Minbarra ħardwer difettuż, il-prezz tal-proġett sħiħ - inkluż it-taħriġ tal-ekwipaġġ - ukoll qed isir problema. Jingħad li dan laħaq ammont xokkanti ta’ €3.1biljun ($3.6bn) - minn €2.2 biljun inizjali. Il-problemi tal-aktar frejgati ġodda jsiru speċjalment ta’ importanza fid-dawl ta’ twissijiet riċenti li l-poter navali tal-Ġermanja qed jonqos. Aktar kmieni dis-sena, Hans-Peter Bartels, il-kap tal-kumitat tad-difiża tal-parlament Ġermaniż, irrikonoxxa li l-Flotta Navali attwalment “għandha nuqqas ta’ bastimenti li jifilħu l-iskjerament.” L-uffiċjal qal li l-problema kibret maż-żmien, minħabba li bastimenti antiki ġew ikkummissjonati iżda ma ġew ipprovduti bastimenti ta’ sostituzzjoni. Huwa lmenta li l-ebda waħda mill-frejgati tal-klassi Baden-Wuerttemberg ma setgħu jingħaqdu mal-Flotta Navali. In-National Trust tissemma fuq il-ħajja sigrieta tal-friefet il-lejl Riċerka ġdida li qed issir fl-art fil-Highlands Skoċċiżi għandha l-għan li tiżvela kif il-friefet il-lejl jużaw il-pajsaġġ meta jfittxu l-ikel. Huwa ttamat li s-sejbiet ser juru dawl ġdid dwar l-imġiba tal-mammiferi uniċi li jtiru u jgħinu biex jiggwidaw attivitajiet ta’ konservazzjoni futuri. L-istudju mill-ixjentisti fin-National Trust għall-Iskozja ser isegwi pipistrelles komuni u soprano kif ukoll friefet il-lejl kannella b’widnejhom twal u Daubenton fil-Ġonna Inverewe f’Wester Ross. Ser jitpoġġew rikorders speċjali f’lokalitajiet ewlenin madwar il-proprjetà biex jintraċċaw l-attivitajiet tal-friefet il-lejl matul l-istaġun. Il-persunal u l-voluntiera ta’ NHS ser jagħmlu wkoll stħarriġ mobbli billi jużaw detetturi li jinżammu fl-idejn. Analiżi esperta tal-ħsejjes tar-rikordings kollha ser taċċerta l-frekwenza tas-sejħiet tal-friefet il-lejl u liema speċi qed tagħmel xiex. Imbagħad ser jiġu prodotti mappa tal-ħabitat u rapport li ser joħolqu stampa ddettaljata ta’ skala tal-pajsaġġ tal-imġiba tagħhom. Rob Dewar, konsulent tal-konservazzjoni tan-natura għal NTS, jittama li r-riżultati ser jiżvelaw liema żoni ta’ ħabitat huma l-aktar importanti għall-friefet il-lejl u kif dawn jintużaw minn kull waħda mill-ispeċi. Din l-informazzjoni ser tgħin biex tiddetermina l-benefiċċji ta’ xogħol ta’ ġestjoni tal-ħabitats bħal ħolqien ta’ mergħat u kif l-aħjar jinżammu l-imsaġar għall-friefet il-lejl u speċi assoċjati oħra. Il-popolazzjoni tal-friefet il-lejl fl-Iskozja u madwar ir-Renju Unit naqset konsiderevolment matul is-seklu li għadda. Dawn jinsabu taħt theddida minn xogħol tal-bini u tal-iżvilupp li jaffettwa l-bejtiet u t-telf tal-ħabitat. It-turbini tar-riħ u d-dawl ukoll jista’ joħloq riskju, bħalma jistgħu karti bil-velenu biex jaqbad l-insetti u xi trattamenti kimiċi tal-materjali tal-bini, kif ukoll attakki minn qtates domestiċi. Il-friefet il-lejl attwalment mhumiex għomja. Madankollu, minħabba t-tradizzjonijiet tal-kaċċa notturna tagħhom widnejhom huma aktar utli minn għajnejhom meta jiġu biex jaqbdu l-priża. Huma jużaw teknika ta’ ekolokalità sofistikata biex jindikaw l-insetti u ostakli fil-passaġġ tagħhom meta jtiru. L-NTS, li hija responsabbli għall-kura ta’ aktar minn 270 bini storiku, 38 ġnien importanti u 76,000 ettaru ta’ art madwar il-pajjiż, tieħu lill-friefet il-lejl b’mod serju ħafna. Din għandha għaxar esperti mħarrġa, li regolarment jagħmlu l-istħarriġ, spezzjonijiet tal-bejtiet u xi kultant salvataġġ. L-organizzazzjoni saħansitra stabbilixxiet l-ewwel u l-unika riżerva tal-friefet il-lejl tal-Iskozja fl-art Threave f’Dumfries and Galloway, li tilqa’ tmien mill-għaxar speċi ta’ friefet il-lejl tal-Iskolzja. Il-maniġer tal-proprjetà David Thompson jgħid li l-proprjetà hija t-territorju ideali għalihom. “Hawn f’Threave għandna żona tajba ħafna għall-friefet il-lejl,” qal. “Għandna l-bini antik, ħafna siġar veterani u l-ħabitat tajjeb kollu. Iżda hemm ħafna aktar dwar il-friefet il-lejl li għadu mhux magħruf, għalhekk ix-xogħol li nagħmlu hawn u fi proprjetajiet oħra ser jgħinna nifhmu aktar dwar x’jeħtieġu biex jifjorixxu.” Huwa jisħaq l-importanza li l-friefet il-lejl jiġu ċċekkjati għall-manteniment fil-proprjetajiet peress li huwa possibbli li qerda mhux intenzjonata ta’ bejta ta’ maternità waħda tista’ toqtol sa 400 mara u ż-żgħar, possibbilment teqred popolazzjoni lokali sħiħa. Il-friefet il-lejl huma protetti u huwa illegali li toqtolhom, tiffastidjahom jew iddejjaqhom jew teqred il-bejtiet tagħhom. Elisabeth Ferrell, uffiċjal Skoċċiża għat-Trust tal-Konservazzjoni tal-Friefet il-Lejl, inkoraġġiet lill-pubbliku biex jgħin. Hija qalet: “Għad għandna ħafna x’nitgħallmu dwar il-friefet il-lejl tagħna u għal ħafna mill-ispeċi tagħna għadna ma nafux kif qed imorru l-popolazzjonijiet tagħhom .” Ronaldo jiċħad allegazzjonijiet ta’ stupru hekk kif l-avukati lesti biex ifittxu rivista Ġermaniża Cristiano Ronaldo rrimarka pretensjonijiet ta’ stupru kontrih bħala “aħbarijiet foloz,” billi qal li n-nies “iridu jippromwovu lilhom infushom” billi jużaw ismu. L-avukati tiegħu mistennija jfittxu bil-qorti r-rivista tal-aħbarijiet Ġermaniża Der Spiegel, li ppubblikat l-allegazzjonijiet. Il-plejer tal-Portugall u Juventus li jilgħab fuq quddiem ġie akkużat li stupra mara Amerikana, li jisimha Kathryn Mayorga, f’kamra ta’ lukanda f’Las Vegas fl-2009. Huwa allegat li dakinhar kien ħallasha $375,000 biex ma tgħid xejn dwar l-inċident, irrappurtat Der Spiegel il-Ġimgħa. Filwaqt li tkellem fuq vidjo fuq Instagram Live mal-142 miljun segwaċi tiegħu sigħat wara li ġew irrappurtati l-pretensjonijiet, Ronaldo, 33, irrimarka r-rapporti bħala “aħbarijiet foloz”. “Le, le, le, le, le. Dak li qalu llum, aħbarijiet foloz,” qal ir-rebbieħ ta’ Ballon d’Or għal ħames darbiet waqt li ħares fil-kamera. “Iridu jippromwovu lilhom infushom billi jużaw ismi. Huwa normali. Iridu jsiru famużi biex jgħidu ismi, iżda din hija parti mix-xogħol. Jien raġel kuntent u kollox sejjer tajjeb,” il-plejer żied, bi tbissima. L-avukati ta’ Ronaldo qed jippreparaw biex ifittxu bil-qorti lil Der Spiegel dwar l-allegazjonijiet, li huma sejħu “rappurtar inamissibbli ta’ suspetti fil-qasam tal-privatezza,” skont Reuters. L-avukat Christian Schertz qal li l-plejer ifittex kumpens għal “danni morali f’ammont li jikkorrispondi għall-gravità tal-ksur, li probabbli huwa wieħed mill-aktar ksur serju ta’ drittijiet personali fi snin riċenti.” L-inċident allegat intqal li sar f’Ġunju 2009 f’kamra fil-Palms Hotel and Casino f’Las Vegas. Wara li ltaqgħu f’diskoteka, Ronaldo u Mayorga allegatament marru lura fil-kamra tal-plejer, fejn huwa allegatament stupraha mill-anus, skont dokumenti li tressqu fil-Qorti Distrettwali tal-Kontea Clark f’Nevada. Mayorga ssostni li Ronaldo waqa’ fuq irkupptejh wara l-allegat inċident u qalilha li kien “99 fil-mija” “raġel sew” iddiżappuntat bil-“wieħed fil-mija”. Id-dokumenti jsostnu li Ronaldo kkonferma li t-tnejn kellhom x’jaqsmu sesswalment, iżda li dan kien b’kunsens. Mayorga ssostni wkoll li marret għand il-pulizija u ħadet ritratti tal-korrimenti tagħha fl-isptar, iżda aktar tard qablet għal soluzzjoni barra mill-qorti għax ħassitha “mwerwra minn ritaljazzjoni” u kienet inkwetata li “tiġi umiljata pubblikament.” Il-mara ta’ 34 sena tgħid li issa qed tfittex li taqleb is-soluzzjoni hekk kif għadha qed tiġi trawmatizzata mill-allegat inċident. Ronaldo kien wasal biex jingħaqad ma’ Real Madrid minn Manchester United meta sar l-allegat attakk, u dan is-sajf mexa mal-leġġendi tal-futbol Taljan Juventus fi ftehim ta’ €100 miljun. Brexit: Ir-Renju Unit “jiddispjaċih għal dejjem” li jkun tilef manifatturi tal-karozzi Ir-Renju Unit “jiddispjaċih għal dejjem” jekk jitlef l-istatus tiegħu bħala mexxej dinji fil-manifattura tal-karozzi wara Brexit, qal is-Segretarju tan-Negozju Greg Clark. Huwa żied li kien ta’ “tħassib” li Toyota UK kienet qalet lill-BBC li jekk il-Brittanja titlaq mill-UE mingħajr ftehim, din temporanjament twaqqaf il-produzzjoni fil-fabbrika tagħha f’Burnaston, viċin Derby. “Għandna bżonn ftehim,” qal is-Sur Clark. Il-manifattur Ġappuniż qal li l-impatt ta’ dewmien fil-fruntieri fil-każ ta’ Brexit ta’ ebda ftehim jiswa l-impjiegi. L-impjant ta’ Burnaston - li jagħmel Auris u Avensis ta’ Toyota - ipproduċa kważi 150,000 karozza s-sena li għaddiet li minnhom 90% ġew esportati lejn il-bqija tal-Unjoni Ewropea. “Il-fehma tiegħi hija li jekk il-Brittanja toħroġ mill-UE fl-aħħar ta’ Marzu ser naraw waqfien fil-produzzjoni fil-fabbrika tagħna,” qal Marvin Cooke, id-direttur maniġerjali ta’ Toyota f’Burnaston. Manifatturi oħra tar-Renju Unit qajmu beżgħat dwar li jħallu l-UE mingħajr ftehim dwar kif ser jiffunzjona l-kummerċ transkonfinali, inkluż Honda, BMW u Jaguar Land Rover. BMW, pereżempju, tgħid li ser tagħlaq l-impjant tagħha ta’ Mini għal xahar wara Brexit. It-tħassib ewlieni huwa relatat ma’ dak li l-manifatturi tal-karozzi jsejħulhom riskji tal-katina tal-provvista fil-każ ta’ Brexit ta’ ebda ftehim. Il-linja tal-produzzjoni ta’ Toyota llum taħdem fuq bażi ta’ “eżatt fil-ħin”, bil-parts li jaslu kull 37 minuta minn fornituri kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-UE għal karozzi li jsiru skont l-ordni. Jekk ir-Renju Unit iħalli lill-UE mingħajr ftehim fid-29 ta’ Marzu, jista’ jkun hemm xkiel fil-fruntiera li l-industrija tgħid li jista’ jwassal għal dewmien u nuqqasijiet ta’ parts. Ikun impossibbli li Toyota żżomm inventarju ta’ aktar min ġurnata fl-impjant ta’ Derbyshire tagħha, qalet il-kumpanija, u għalhekk il-produzzjoni titwaqqaf. Is-Sur Clark jgħid li l-pjan Chequers ta’ Theresa May għar-relazjonijiet futuri mal-UE huwa “kalibrat preċiżament biex jevita dawn il-kontrolli fil-fruntiera.” “Għandna bżonn ftehim. Irridu li jkollna l-aħjar ftehim li jippermetti, kif ngħid jien, mhux biss is-suċċess biex jitgawda fil-preżent iżda biex aħna naħtfu din l-opportunità,” qal lill-programm ta’ BBC Radio 4 Today. “L-evidenza mhux biss minn Toyota iżda minn manifatturi oħra hija li għandna bżonn li assolutament inkunu nistgħu nkomplu dak li kien sett ta’ suċċess kbir ta’ katini tal-provvista.” Toyota ma setgħetx tgħid għal kemm żmien titwaqqaf il-produzzjoni, iżda f’perjodu itwal, wissiet li spejjeż miżjuda jnaqqsu l-kompetittività tal-impjant u eventwalment jintilfu l-impjiegi. Peter Tsouvallaris,li ħadem f’Burnaston għal 24 sena u huwa l-konvenur tal-unjoni Unite fl-impjant, qal li l-membri tiegħu qed jitħassbu dejjem aktar: “Fl-esperjenza tiegħi meta dawn l-impjiegi jitilqu, qatt ma jerġgħu lura. Kelliem għall-gvern qal: “Ressaqna pjan preċiż u kredibbli għar-relazzjoni futura tagħna mal-UE.” Il-laqgħa ta’ Trump ma’ Rosenstein tista’ terġa’ tiġi ttardjata għal darb’oħra, tgħid il-White House Il-laqgħa riskjuża ta’ Donald Trump mad-deputat avukat ġenerali Rod Rosenstein tista’ “tiġi ttardjata b’ġimgħa oħra” hekk kif tkompli l-ġlieda fuq in-nominat tal-qorti suprema Brett Kavanaugh, qalet il-White House l-Ħadd. Rosenstein jieħu ħsieb ix-xogħol tal-konsulent speċjali Robert Mueller, li qed jinvestiga l-interferenza Russa fl-elezzjoni, rabtiet bejn l-għajnuniet ta’ Trump u r-Russja u ostruzzjoni potenzjali tal-ġustizzja mill-president. Jekk Trump huwiex ser ikeċċi lid-deputat avukat ġenerali jew le, u b’hekk jipperikola l-indipendenza ta’ Mueller, instiga għajdut ta’ Washington għal xhur. Aktar kmieni dan ix-xahar, in-New York Times irrappurtat li Rosenstein iddiskuta l-ilbies ta’ wajer biex jirrekordja konverżazzjonijiet ma’ Trump u l-possibbiltà li jitneħħa l-president permezz tal-25 emenda. Rosenstein ċaħad ir-rapport. Iżda t-Tnejn li għadda huwa mar il-White House, minkejja li kien hemm rapporti li kien se jirriżenja. Minflok, tħabbret laqgħa ma’ Trump, li dak il-ħin kien qiegħed in-Nazzjonijiet Uniti fi New York, li ġiet skedata għall-Ħamis. Trump qal li hu “jippreferi ma” jkeċċix lil Rosenstein iżda mbagħad il-laqgħa ġiet ittardjata sabiex jiġi evitat diżgwit mas-seduta ta’ smigħ tal-kumitat ġudizzjarju tas-Senat li fiha Kavanaugh u waħda min-nisa li akkużawh b’imġiba sesswali ħażina, Dr Christine Blasey Ford, it-tnejn li huma taw ix-xhieda tagħhom. Il-Ġimgħa, Trump ta ordni lill-FBI biex iwettaq investigazzjoni tal-pretensjonijiet kontra Kavanaugh fuq perjodu ta’ ġimgħa, li dewmet aktar votazzjoni sħiħa tas-Senat. Il-Ħadd, is-segretarja tal-istampa ta’ Trump, Sarah Sanders, dehret fuq Fox News. Meta sarulha mistoqsijiet dwar il-laqgħa ta’ Rosenstein, hija qalet: “Għadha ma ġietx stabbilita data għal din, jista’ jkun li ssir din il-ġimgħa, u jaf issir il-ġimgħa ta’ wara minħabba l-affarijiet l-oħra kollha li għaddejjin mal-qorti suprema. Iżda issa naraw u jien dejjem inħobb inżomm lill-istampa aġġornata”. Xi ġurnalisti jikkontestaw din l-affermazzjoni: Sanders ilha ma torganizza laqgħa għall-istampa fil-White House mill-10 ta’ Settembru. Il-preżentatur Chris Wallace staqsa għaliex. Sanders qalet li l-iskarsezza tal-laqgħat ma kinitx dovuta għal nuqqas ta’ grazzja mal-ġurnalisti tat-TV “li jippruvaw jattiraw u jinfluwenzaw lill-udjenza”, għalkemm qalet: “Għalkemm naqbel mal-fatt li huma jippruvaw jattiraw u jinfluwenzaw lill-udjenza.” Hi mbagħad issuġġeriet li kuntatt dirett bejn Trump u l-istampa se jiżdied. “Il-president jagħmel aktar sessjonijiet ta’ Mistoqsijiet u Tweġibiet meta mqabbel ma’ kwalunkwe president li kien hemm qablu,” żiedet tgħid hi mingħajr ma kkwotat l-ebda evidenza: “Ħarisna lejn dawk in-numri.” Il-laqgħat xorta se jibqgħu jsiru, qalet Sanders, iżda “jekk l-istampa jkollha ċ-ċans li tistaqsi mistoqsijiet lill-president tal-Istati Uniti direttament, dan huwa bil-wisq aħjar milli tkellem lili. Aħna nippruvaw nagħmlu dan ħafna u rajtna nagħmlu dan ħafna drabi f’dawn l-aħħar ftit ġimgħat u dan se jieħu post il-laqgħa għall-istampa fejn wieħed ikun jista’ jitkellem mal-president tal-Istati Uniti.” Trump rari jwieġeb mistoqsijiet meta jitlaq mill-White House jew meta jipparteċipa f’sessjonijiet miftuħa jew konferenzi tal-istampa meta jżur id-dinjitarji. Konferenzi tal-istampa individwali huma rari. Din il-ġimgħa fi New York il-president probabbilment wera għaliex iġib ruħu b'mod rilassat u xi kultant stramb quddiem gruppi ta' ġurnalisti. Is-segretarju tas-saħħa jikteb lill-ħaddiema tal-UE f’NHS Scotland dwar il-biżgħat relatati mal-Brexit Is-Segretarju tas-Saħħa kiteb lill-persunal tal-UE li jaħdem f’NHS Scotland biex jesprimi l-gratitudni u x-xewqa tal-pajjiż li huma jibqgħu hemm wara l-Brexit. Jeane Freeman MSP bagħtet ittra meta fadal inqas minn sitt xhur biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE. Il-Gvern Skoċċiż diġà impenja ruħu li jidħol għall-ispiża tal-applikazzjonijiet ta’ status definit għaċ-ċittadini tal-UE li jaħdmu fis-servizzi pubbliċi devoluti tiegħu. Fl-ittra tagħha, is-Sinjura Freeman kitbet: “Matul is-sajf, komplew in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE dwar il-ħruġ, li qed jimxu lejn deċiżjonijiet mistennija din il-ħarifa. Iżda l-Gvern tar-Renju Unit kien qed iżid ukoll it-tħejjijiet tiegħu għal xenarju possibbli ta’ ebda ftehim. Naf li dan ċertament huwa żmien instabbli għalikom ilkoll. Huwa għalhekk li ridt insostni issa kemm jiena nivvalorizza l-kontribut ta’ kull membru tal-persunal, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. Il-kollegi minn madwar l-UE, u lil hinn minnha, iġibu magħhom esperjenza u ħiliet siewja li jsaħħu u jtejbu l-ħidma tas-servizz tas-saħħa, u huma ta’ benefiċċju għall-pazjenti u l-komunitajiet li nservu. L-Iskozja hija assolutament darkom u nixtiqukom ħafna li tibqgħu hawnhekk.” Christion Abercrombie Jagħmel Kirurġija ta’ Emerġenza Wara Li Jsofri Korriment f’Rasu Il-linebacker Christion Abercrombie tat-Tennessee State Tigers għamel kirurġija ta’ emerġenza wara li sofra korriment f’rasu s-Sibt meta t-tim tiegħu tilef kontra l-Vanderbilt Commodores b’31-27, irrapporta Mike Organ ta’ Tennessee. Il-kowċ ewlieni tal-Istat ta’ Tennessee Rod Reed qal lill-ġurnalisti li l-korriment seħħ ftit qabel il-halftime. “Huwa mar fuq il-linja tal-ġenb u bħal waqa’ hemmhekk,” qal Reed. Il-ħarrieġa u l-persunal mediku taw l-ossiġnu lil Abercrombie fuq il-linja tal-ġenb qabel ma poġġewh fuq streċer u ħaduh fuq wara għal eżaminazzjoni ulterjuri. Uffiċjal mill-Istat ta’ Tennessee qal lil Chris Harris tad-WSMV f’Nashville, Tennessee, li Abercrombie ma kienx għadu qed jiġi operat fiċ-Ċentru Mediku ta’ Vanderbilt. Harris żied jgħid li “s’issa għad mhemm l-ebda dettall dwar it-tip/l-estent tal-korriment” u l-Istat ta’ Tennessee qed jipprova jifhem meta seħħ il-korriment. Abercrombie, student fit-tieni sena tal-università sospiż, jinsab fl-ewwel staġun tiegħu mal-Istat ta’ Tennessee wara li telaq minn Illinois. Is-Sibt b’kollox huwa kellu ħames tackles qabel ma ħareġ mil-logħba, li wassal għat-total ta’ 18-il tackle tal-istaġun tiegħu. Ix-xerrejja barranin se jintalbu aktar ħlas fuq it-taxxa tal-boll meta jixtru proprjetà fir-Renju Unit Ix-xerrejja barranin se jintalbu aktar ħlas fuq it-taxxa tal-boll meta jixtru proprjetà fir-Renju Unit bil-flus żejda jintużaw biex jiġu mgħejuna l-persuni mingħajr dar taħt pjanijiet ta’ Tory ġodda Din il-bidla se tinnewtralizza s-suċċess tal-isforzi ta’ Corbyn biex jattira lil votanti żgħażagħ Iż-żieda fit-taxxa tal-boll se tiġi imposta fuq dawk li mhux qed iħallsu taxxa fir-Renju Unit It-Teżor jistenna li din togħla sa £120 miljun fis-sena - sabiex jiġu mgħejuna l-persuni mingħajr dar Illum Theresa May se tħabbar li x-xerrejja barranin għandhom iħallsu rata ogħla ta’ taxxa tal-boll meta jixtru proprjetà fir-Renju Unit - bil-flus żejda jintużaw biex jiġu mgħejuna l-persuni mingħajr dar. Il-bidla se titqies bħala tentattiv biex jiġi newtralizzat is-suċċess tal-isforzi ta’ Jeremy Corbyn biex jattira lil votanti żgħażagħ b’wegħdiet biex tiġi pprovduta akkomodazzjoni aktar affordabbli u jiġu mmirati dawk li jaqilgħu paga għolja. Iż-żieda fit-taxxa tal-boll se tiġi imposta fuq individwi u ditti li ma jħallsux taxxa fir-Renju Unit, bil-flus żejda jagħtu spinta lill-isforzi tal-Gvern biex jiġġieled l-irqad fit-toroq. Il-ħlas addizzjonali - li huwa addizzjonali għat-taxxa tal-boll attwali, inklużi l-livelli ogħla introdotti sentejn ilu fuq it-tieni djar u x-xiri bi skop ta’ kiri - jista’ jkun tlieta fil-mija. It-Teżor jistenna li din il-bidla togħla għal £120 miljun fis-sena. Madwar 13 fil-mija tal-proprjetajiet mibnija ġodda f’Londra jinxtraw minn residenti mhux tar-Renju Unit, li qed iżidu l-prezzijiet u b’hekk qed isir aktar diffiċli għax-xerrejja ġodda biex jagħmlu l-ewwel pass fil-fażijiet tax-xiri ta’ akkomodazzjoni. Ħafna żoni għonja tal-pajjiż - b’mod partikolari fil-belt kapitali - saru “bliet fantażmi” minħabba n-numru għoli ta’ xerrejja barranin li jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom barra mill-pajjiż. Il-politika l-ġdida ħarġet ftit ġimgħat biss wara li Boris Johnson talab tnaqqis fit-taxxa tal-boll sabiex aktar żgħażagħ jiġu mgħejuna jixtru l-ewwel dar tagħhom. Huwa akkuża lid-ditti tal-kostruzzjoni kbar li kienu qed iżommu l-prezzijiet tal-proprjetà għoljin billi jaħtfu l-art u ma jużawhiex, u ħeġġeġ lis-Sinjura May tabbanduna kwoti fuq djar affordabbli sabiex tirranġa s-“sitwazzjoni tal-mistħija tal-akkomodazzjoni” fir-Renju Unit. Is-Sur Corbyn ħabbar serje ta’ riformi tal-akkomodazzjoni proposti li jolqtu l-għajn, inklużi kontrolli fuq il-kera u t-tmiem ta’ tkeċċijiet “mingħajr ebda tort”. Huwa jrid ukoll jagħti lill-kunsilli setgħat kbar biex jibnu djar ġodda. Is-Sinjura May qalet: “Is-sena li għaddiet għidt li se niddedika l-kariga tiegħi biex inreġġa’ lura l-ħolma tar-Renju Unit - li l-ħajja għandha tkun aħjar għal kull ġenerazzjoni ġdida. U dan ifisser li nirranġaw is-suq imkisser tal-akkomodazzjoni tagħna. Ir-Renju Unit se jibqa’ dejjem miftuħ għan-nies li jridu jgħixu, jaħdmu u jinbu ħajjithom hawnhekk. Madankollu, mhuwiex ġust li l-individwi li ma jgħixux fir-Renju Unit, kif ukoll il-kumpaniji barranin isibuha faċli biex jixtru djar daqs ir-residenti bieżla tar-Renju Unit. Għal ħafna nies il-ħolma li jkollhom dar saret imbiegħda wisq, u l-indinjità tal-irqad fit-toroq tibqa’ reali ħafna.” Jack Ross: “L-ambizzjoni fundamentali tiegħi hija li nimmaniġġja l-Iskozja” Il-kap ta’ Sunderland Jack Ross jgħid li l-”ambizzjoni fundamentali” tiegħu hija li xi darba jsir il-maniġer tal-Iskozja. L-Iskoċċiż, li għandu 42 sena, qed jilqa’ l-isfida li jerġa’ jqajjem il-klabb tal-Grigal, li bħalissa jinsab fit-tielet post fil-League One, bi tliet punti differenza minn dak fl-ewwel post. Dan is-sajf huwa mexa lejn Stadium of Light wara li ggwida lil St Mirren lura lejn l-IScottish Premiership fl-aħħar staġun. “Ridt nilgħab għal pajjiżi bħala plejer. Ksibt B cap u xejn iżjed,” Ross qal lil Sportsound tal-BBC tal-Iskozja. “Iżda meta kont għadni tifel ta’ spiss kont immur ma’ missieri nara l-Iskozja jilagħbu f’Hampden, u din tibqa’ dejjem dik il-ħaġa li ġibditni lura. Madankollu, din l-opportunità tiġi biss jekk nirnexxi fl-immaniġġjar ta’ klabb.” Dawk li ġew qabel Ross bħala maniġer ta’ Sunderland jinkludu Dick Advocaat, David Moyes, Sam Allardyce, Martin O'Neill, Roy Keane, Gus Poyet u Paulo Di Canio. Il-kap preċedenti ta’ Alloa Athletic jgħid li huwa ma nkwetax dwar il-fatt li kien se jsegwi ismijiet stabbiliti bħal dawn fi klabb tant kbir, filwaqt li preċedentement irrifjuta l-offerta mill-Belt ta’ Barnsley u Ipswich. “Bħalissa, is-suċċess għalija se jkun ibbażat fuq “nista’ nerġa’ nwassal dan il-klabb għall-Premier League?” Minħabba l-istruttura u l-faċilitajiet ta’ dan il-klabb mhemmx dubju li dan il-klabb jappartjeni fil-Premier League,” qal hu. “Mhix ħaġa faċli li dan jasal hemmhekk, iżda probabbilment nqis li rnexxejt hawnhekk biss jekk jirnexxieli nieħu lill-klabb lura hemmhekk.” Ross ilu biss tliet snin fil-karriera tiegħu bħala maniġer, wara perjodu ta’ kap assistenti f’Dumbarton u wara li qatta’ 15-il xahar mal-persunal tal-ikkowċjar ta’ Hearts. Huwa mbagħad għen lil Alloa jirkupra mir-relegejxin għat-tielet kategorija, u ttrasforma lil St Mirren mix-xifer tar-relegejxin għal rebbieħa tat-titlu ta’ Kampjonat l-istaġun ta’ wara. U Ross jgħid li issa qed iħossu aktar komdu minn kif kien iħossu matul il-karriera tiegħu bħala plejer fi Clyde, Hartlepool, Falkirk, St Mirren u Hamilton Academical. Fir-rigward ta’ meta ħa Alloa f’idejh, huwa fakkar li “Probabbilment din kienet bidla kbira.” “Ġenwinament kont naħseb li l-kariga ta’ maniġer kienet l-aktar waħda adattata għalija, ħafna aktar minn dik ta’ plejer. Dan jaf jinstema’ stramb billi kont immur tajjeb, kelli għajxien deċenti, u gawdejt minn xi kisbiet raġonevoli. Iżda l-logħob jista’ jkun diffiċli. Hemm ħafna affarijiet li jkollok tgħaddi minnhom kull ġimgħa. Xorta waħda għadni nesperjenza dan f’termini tal-istress u l-pressjoni tax-xogħol iżda sempliċiment inħoss li l-kariga ta’ maniġer hija adattata għalija. Dejjem xtaqt nimmaniġġja u issa qed nagħmel dan, u nħoss li tul il-ħajja adulta kollha tiegħi issa qed inħossni l-aktar komdu.” Tista’ tisma’ l-intervista kollha fuq Sportsound nhar il-Ħadd, 30 ta’ Settembru, fuq Radio Scotland bejn 12:00 u s-13:00 BST Stħarriġ isib li l-aħjar ħin biex wieħed jieħu pinta birra huwa fil-5.30pm ta’ filgħaxija Il-mewġa ta’ sħana tas-sajf tat spinta lill-qligħ tal-pubs tar-Renju Unit li jinsabu f’diffikultà iżda tefgħet aktar pressjoni fuq ir-ristoranti tal-istess kumpanija. F’Lulju, il-gruppi ta’ pubs u bars raw żieda ta’ 2.7 fil-mija fil-bejgħ - iżda ċifri żvelaw li l-qligħ fir-ristoranti naqas b’4.8 fil-mija. Peter Martin, CGA ta’ konsulenza għan-negozji, li ġabar iċ-ċifri, qal: “Xemx kontinwa u l-parteċipazzjoni itwal milli mistenni tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja kienu jfissru li Lulju segwa mudell simili għax-xahar preċedenti ta’ Ġunju, meta l-bejgħ fil-pubs żdied bi 2.8 fil-mija, ħlief li r-ristoranti ntlaqtu saħansitra aktar. It-tnaqqis ta’ 1.8 fil-mija fil-kummerċ tar-ristoranti f’Ġunju kompla jaggrava f’Lulju. Il-pubs u l-bars li l-bejgħ ewlieni tagħhom huwa x-xorb kienu dawk li l-aktar li marru tajjeb f’termini tar-riżultati finanzjarji mqabbla mal-perjodu preċedenti filwaqt li l-bejgħ tar-ristoranti naqas. Il-pubs li l-bejgħ ewlieni tagħhom huwa l-ikel sofrew ukoll fis-sħana, għalkemm mhux b’mod drammatiku daqs l-operaturi tar-ristoranti. Jidher li n-nies riedu sempliċiment joħorġu jixorbu. Fil-pubs u l-bars immaniġġjati l-bejgħ tax-xorb żdied b’6.6 fil-mija għax-xahar, filwaqt li l-ikel niżel għal tlieta fil-mija.” Paul Newman, wieħed mill-analisti ta’ RSM fir-rigward tad-divertiment u tal-ospitalità qal: “Dawn ir-riżultati jkomplu x-xejra li rajna sa mit-tmiem ta’ April. It-temp u l-impatt ta’ avvenimenti soċjali jew tal-isports ewlenin jibqgħu l-ikbar fatturi f’dak li jirrigwarda l-bejgħ fis-suq tat-take-aways. Mhix sorpriża li l-gruppi ta’ ristoranti qed ikomplu jsibuha diffiċli, għalkemm tnaqqis fil-bejgħ ta’ 4.8 fil-mija sena wara sena se jkun b’mod partikolari ta’ piż kbir minbarra l-pressjonijiet tal-ispejjeż kontinwi. Is-sajf sħun u twil ma setax jiġi fi żmien agħar għall-operaturi li l-bejgħ ewlieni tagħhom huwa l-ikel u ż-żmien biss jista’ jagħtina parir dwar jekk it-temperaturi aktar moderati li esperjenzajna f’Awwissu humiex se jipprovdu l-mistrieħ tant meħtieġ.” It-tkabbir tal-bejgħ totali fil-pubs u fir-ristoranti, inkluż il-ftuħ ta’ negozji ġodda, kien ta’ 2.7 fil-mija f’Lulju, li jirrifletti t-tnaqqis fir-ritmu fit-tnedija ta’ negozji ġodda. Il-monitoraġġ tal-bejgħ tal-industrija Coffer Peach Tracker għas-settur tal-pubs, tal-bars u tar-ristoranti tar-Renju Unit jiġbor u janalizza d-data tal-prestazzjoni minn 47 grupp operattiv, bi dħul ikkombinat ta’ aktar minn £9 biljun, u huwa l-parametru referenzjarju stabbilit tal-industrija. Wieħed minn kull ħamest itfal għandhom kontijiet tal-midja soċjali sigrieti li jaħbu mill-ġenituri tagħhom Stħarriġ jiżvela li wieħed minn kull ħamest itfal - uħud minnhom fl-età żgħira ta’ 11-il sena - għandhom kontijiet tal-midja soċjali sigrieti li jaħbu mill-ġenituri u mill-għalliema tagħhom L-istħarriġ ta’ 20,000 student tal-iskola sekondarja żvela żieda fil-paġni “foloz ta’ Insta” L-aħbarijiet għandu biżgħat kbar li qed jiġi ppostjat kontenut sesswali Għoxrin fil-mija tal-istudenti qalu li għandhom kont “ewlieni” biex juru lill-ġenituri tagħhom Wieħed minn kull ħamest itfal - uħud minnhom fl-età żgħira ta’ 11-il sena - qed joħolqu kontijiet tal-midja soċjali li jaħbu mill-adulti. Stħarriġ ta’ 20,000 student tal-iskola sekondarja żvela tkabbir rapidu fil-kontijiet “foloz ta’ Insta” - referenza għas-sit għall-kondiviżjoni tar-ritratti ta’ Instagram. L-aħbarijiet għandu biżgħat kbar li qed jiġi ppostjat kontenut sesswali. Għoxrin fil-mija tal-istudenti qalu li joperaw kont “ewlieni” preżentabbli biex juru lill-ġenituri tagħhom, filwaqt li jkollhom oħrajn privati. Omm li ltaqgħet mas-sit sigriet tat-tifla tagħha li għandha 13-il sena sabet żagħżugħa li kienet qed tħeġġeġ lill-oħrajn biex jistuprawha - “stuprawni.” Ir-riċerka, minn Digital Awareness UK u mill-Headmasters" and Headmistresses" Conference (HMC) ta’ skejjel indipendenti, sabet li 40 fil-mija taż-żgħażagħ fl-età ta’ 11 sa 18-il sena kellhom żewġ profili, b’nofshom jammettu li jżommu kontijiet privati. Il-kap tal-HMC Mike Buchanan qal: “Hija inkwetanti li ħafna żgħażagħ jitħajru joħolqu spazji onlajn fejn il-ġenituri u l-għalliema tagħhom ma jistgħux isibuhom.” Eilidh Doyle se ssir il-”vuċi għall-atleti” fil-bord tal-Atletika Skoċċiża Eilidh Doyle ġiet eletta għall-bord tal-Atletika Skoċċiża bħala direttur mhux eżekuttiv fil-laqgħa ġenerali annwali tal-korp ta’ tmexxija. Doyle hija l-aktar atleta tal-korsa u mhux tal-korsa li l-aktar li rebħet midalji u l-president Ian Beattie ddeskriva din il-bidla bħala opportunità kbira għal dawk li jmexxu l-isport biex jibbenefikaw mill-esperjenza vasta tagħha f’livell internazzjonali matul l-aħħar deċennju. “Eilidh hija rrispettata ħafna fil-komunità tal-atletika Skoċċiża, tar-Renju Unit u tad-dinja u aħna ċerti li l-atletika fl-Iskozja se tibbenefika ħafna billi hi ssir parti mill-bord,” qal Beattie. Doyle qalet: “Ninsab ħerqana biex naġixxi bħala vuċi għall-atleti u nittama li nkun nista’ nikkontribwixxi tassew u ngħin biex immexxi l-isport fl-Iskozja.” L-Amerikan, li rebaħ il-200 metru u l-400 metru fil-Logħob tal-1996 f’Atlanta fost it-total tiegħu ta’ erba’ midalji tad-deheb tal-Logħob Olimpiku u li issa huwa kritiku regolari tal-BBC, spiċċa ma jimxix wara li sofra minn attakk żgħir ta’ puplesija. Fuq Twitter huwa kiteb: “Bħal-lum xahar tagħtni puplesija. Ma stajtx nimxi. It-tobba qalu li ż-żmien biss jista’ jagħtina parir jekk jien nirkuprax jew le jew sa liema punt. Kien xogħol ta’ taħbit iżda rkuprajt kompletament, tgħallimt kif nixmi mill-ġdid u llum il-ġurnata qed nagħmel eżerċizzji ta’ aġilità! Grazzi tal-messaġġi ta’ nkoraġġiment!” Reklam tal-pompa tas-sider li jqabbel lill-ommijiet mal-baqar jagħti lok għal opinjonijiet differenti onlajn Kumpanija tal-pompa tas-sider tat lok għal opinjonijiet differenti onlajn b’riklam li jqabbel lill-ommijiet li qed ireddgħu ma’ baqar li jkunu qed jinħelbu. Fl-okkażjoni tat-tnedija ta’ dak li hu meqjus bħala “l-ewwel pompa tas-sider fid-dinja li tista’ tintlibes u li ma tagħmilx storbju ”, il-kumpanija teknoloġika tal-konsumatur Elvie ħarġet riklam ispirat minn vidjo tal-mużika ironiku biex turi l-libertà li l-pompa l-ġdida tagħti lill-ommijiet li jużaw il-pompa tas-sider. Erba’ ommijiet reali jiżfnu f’matmura mimlija bit-tiben ta’ baqar ma’ diska li tinkludi lirika bħal: “Iva, jien naħleb lili nnifsi iżda m’għandix denb” u “F’każ li ma ndunajtx dawn mhumiex bżieżel imma sidri.” Il-korus ikompli: “Ippompja ‘l barra, ippompja ‘l barra, jien qed nitma lit-trabi tiegħi, ippompja ‘l barra, ippompja ‘l barra, jien qed naħleb lin-nisa tiegħi.” Madankollu, ir-riklam li ġie ppubblikat fuq il-paġna ta’ Facebook tal-kumpanija, ikkawża kontroversja onlajn. B’77,000 spettatur u mijiet ta’ kummenti, il-vidjo rċieva reazzjonijiet differenti mit-telespettaturi, b’ħafna minnhom jgħidu li dan jitfa’ dawl fuq it-”terruri” tal-industrija tal-ħalib. Xi ħadd kiteb “Kienet deċiżjoni ħażina ħafna li l-baqar jintużaw biex jiġi reklamat dan il-prodott. Bħalna huma jeħtieġ li jinqabdu tqal u jwelldu sabiex jipproduċu l-ħalib, ħlief li t-trabi tagħhom jitteħdulhom fi żmien ftit jiem minn mindu jwelldu”. Il-pompa tas-sider Elvie toqgħod ġo bra tat-treddigħ mingħajr ma tkun tagħti fil-għajn (Elvie/Mother) Xi ħadd ieħor ikkummenta: “Wieħed jifhem li din hija ħaġa trawmatizzanti kemm għall-omm kif ukoll għat-tarbija. Iżda iva għaliex ma nużawhomx biex nirreklamaw pompa tas-sider għall-ommijiet li jżommu t-trabi tagħhom?” Xi ħadd ieħor żied jgħid: “Riklam tassew maqtugħ mir-realtà.” Oħrajn iddefendew ir-riklam, b’mara tammetti li sabet id-diska “divertenti ħafna.” “Naħseb li din hija idea ġenjali. Li kieku kont għadni nreddgħa kont nixtri waħda. L-ippompjar kien iġegħlni nħossni l-istess bħal baqra. Ir-riklam huwa xi ftit jew wisq ġennata iżda jien ħadtu ta’ li hu. Dan huwa prodott ġenjali,” kiteb xi ħadd. Xi ħadd ieħor ikkummenta: “Dan huwa riklam divertenti immirat għall-ommijiet li jippompjaw (ta’ spiss fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom jew fit-tojlits) u jħossuhom bħal “baqar”. Dan mhux riklam li jfaħħar jew li jiġġudika l-industrija tal-ħalib.” Fl-aħħar tal-vidjo l-grupp ta’ nisa jikxfu li huma lkoll kienu qed jiżfnu bil-pompi li ma jagħtux fil-għajn impoġġija fil-bras tagħhom. Il-kunċett wara l-kampanja huwa bbażat fuq l-għarfien li ħafna nisa li jippompjaw sidirhom jgħidu li jħossuhom bħal baqar. Madankollu, l-Elvie Pump, ma tagħmel l-ebda storbju, ma għandha l-ebda wajer jew tubu u toqgħod ġo bra tat-treddigħ mingħajr ma tagħti fil-għajn, b’hekk tagħti lin-nisa l-libertà li jiċċaqalqu, iżommu lit-trabi tagħhom, u saħansitra joħorġu waqt li jkunu qed jippompjaw. Ana Balarin, sieħeb u ECD f’Mother ikkumentat: “L-Elvie Pump hija prodott tant rivoluzzjonarju li kien jistħoqqlu tnedija kuraġġuża u provokattiva. Billi qabbilna lin-nisa li jużaw il-pompa tas-sider mal-baqar tal-ħalib aħna ridna nitfgħu l-attenzjoni fuq l-ippompjar tas-sider u l-isfidi kollha li jġib miegħu, filwaqt li nuru b’mod divertenti u b’mod li wieħed jista’ jirrelata miegħu, is-sens inkredibbli ta’ libertà li se ġġib magħha l-pompa l-ġdida. Din mhix l-ewwel darba li l-pompa Elvie dehret fuq l-aħbarijiet. Waqt il-London Fashion Week, omm ta’ żewġt itfal dehret fuq il-catwalk għad-disinjatur Marta Jakubowski waqt li kienet qed tuża l-prodott. Mijiet ta’ Tfal Migranti Mxew Bla Kliem lejn Kamp tat-Tinda fil-Fruntiera ta’ Texas In-numru ta’ tfal migranti detenuti żdied b’mod qawwi minkejja li l-qsim tal-fruntiera fix-xahar baqa’ ma nbidilx wisq, parzjalment minħabba li retorika u politiki ħorox introdotti mill-amministrazzjoni ta’ Trump għamluha aktar diffiċli biex it-tfal jitqiegħdu ma’ sponsors. Tradizzjonalment, ħafna sponsors kienu immigranti mhux dokumentati huma stess, u beżgħu li jekk jippreżentaw ruħhom biex jieħdu ħsieb tifel/tifla kienu se jipperikolaw il-kapaċità tagħhom stess li jibqgħu fil-pajjiż. Ir-riskju żdied f’Ġunju, meta l-awtoritajiet federali ħabbru li sponsors potenzjali u membri adulti oħra tad-dajr tagħhom kien se jkollhom jissottomettu l-marki tas-swaba’, u li d-data kienet se tiġi kondiviża mal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Il-ġimgħa li għaddiet, Matthew Albence, uffiċjal għoli mal-Immigrazzjoni u l-Infurzar Doganali, xehed quddiem il-Kungress li l-aġenzija arrestat għexieren ta’ nies li applikaw biex jisponsorjaw minuri mhux akkumpanjati. L-aġenzija kkonfermat aktar tard li 70 fil-mija ta’ dawk arrestati ma kellhomx rekords kriminali preċedenti. “Kważi 80 fil-mija tal-individwi li huma jew sponsors jew membri tad-dar ta’ sponsors jinsabu hawnhekk fil-pajjiż b’mod illegali, u ħafna minnhom huma kriminali barranin. Għalhekk qed inkomplu nfittxu lil dawn l-individwi,” qal is-Sur Albence. Sabiex il-proċess li jinvolvi lit-tfal isir b’mod aktar mgħaġġel, l-uffiċjali introduċew regoli ġodda li se jirrikjedu li wħud minnhom jidhru fil-qorti fi żmien xahar minn meta jiġu detenuti, minflok wara 60 jum, li kien l-istandard preċedenti, skont il-ħaddiema tax-xelters. Ħafna se jidhru permezz ta’ konferenza telefonika vidjo, minflok personalment, sabiex iġibu argumenti favur il-każ tagħhom għal status legali lil imħallef tal-immigrazzjoni. Dawk li jitqiesu ineliġibbli għal għajnuna se jiġu deportati minnufih. Skont il-ħaddiema tax-xelter u r-rapporti li tfaċċaw mis-sistema fix-xhur reċenti, aktar ma t-tfal jinżammu taħt kustodja, huwa aktar probabbli li dawn isiru anzjużi jew imnikkta, li jista’ jwassal biex dawn jesprimu ruħhom b’mod vjolenti jew jippruvaw jaħarbu. L-avukati qalu li dan it-tħassib jiżdied f’faċilità akbar bħal Tornillo, fejn huwa aktar probabbli li jiġu injorati sinjali li tifel/tifla ikun/tkun qed isibha/issibha diffiċli, minħabba d-daqs tal-faċilità. Huma żiedu jgħidu li ċ-ċaqliq tat-tfal lejn il-belt tat-tined mingħajr ma jingħata biżżejjed żmien biex jitħejjew emozzjonalment jew mingħajr ma jgħidu saħħa lil sħabhom jista’ jwassal għal trawma li ħafna minnhom diġà qed jikkumbattu. Is-Sirja tgħid lill-”forzi okkupanti” tal-Istati Uniti, ta’ Franza u tat-Turkija biex jirtiraw immedjatament Filwaqt li kien qed jindirizza lill-Assemblea Ġenerali tan-NU, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Walid al-Moualem talab ukoll lir-refuġjati Sirjani biex jirritornaw lura d-dar, minkejja li l-gwerra tal-pajjiż issa tinsab fit-tmien sena tagħha. Moualem, li jservi wkoll bħala prim ministru deputat, qal li l-forzi barranin kienu qegħdin fuq it-territorju Sirjan b’mod illegali, bl-iskuża tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u “se jiġu indirizzati kif xieraq.” “Huma għandhom jirtiraw immedjatament u mingħajr l-ebda kundizzjoni,” qal lill-assemblea. Moualem insista li l-”gwerra kontra t-terroriżmu kważi waslet fi tmiemha” fis-Sirja, fejn sa mill-2011 mietu aktar minn 360,000 persuna, b’miljuni oħra ġew imċaqalqa minn djarhom. Huwa qal li Damascus se tkompli “tiġġieled din il-battalja sagra sakemm inkeċċu mit-territorji Sirjani kollha” kemm il-gruppi terroristiċi kif ukoll “kwalunkwe preżenza barranija illegali.” L-Istati Uniti għandhom madwar 2,000 truppa fis-Sirja, li ħafna minnhom iħarrġu u jagħtu pariri kemm lill-forzi Kurdi kif ukoll lill-Għarab Sirjani kontra l-President Bashar al-Assad. Franza għandha aktar minn 1,000 truppa fl-art fil-pajjiż meqrud bil-gwerra. Fir-rigward tal-kwistjoni tar-refuġjati, Moualem qal li l-kundizzjonijiet kienu tajbin għalihom biex jirritornaw, u waħħal “f’xi pajjiżi tal-Punent” talli “firxu biżgħat irrazzjonali” li wasslu lir-refuġjati biex iżommu ‘l bogħod. “Aħna tlabna lill-komunità internazzjonali u lill-organizzazzjonijiet umanitarji biex jiffaċilitaw dan ir-ritorn,” qal hu. “Huma qed jippolitiċizzaw dik li għandha tkun kwistjoni purament umanitarja.” L-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea wissew li mhux se jkun hemm l-ebda għajnuna għar-rikostruzzjoni għas-Sirja sakemm ikun hemm ftehim politiku bejn Assad u l-oppożizzjoni sabiex tintemm il-gwerra. Id-diplomati tan-NU jgħidu li ftehim reċenti bejn ir-Russja u t-Turkija biex tiġi stabbilita żona ta’ lqugħ fl-aħħar ribell maġġuri b’saħħtu ta’ Idlib ħoloq opportunità biex jibqgħu għaddejjin it-taħdidiet politiċi. Il-ftehim bejn ir-Russja u t-Turkija evita attakk fuq skala kbira mill-forzi Sirjani appoġġjati mir-Russi fuq il-provinċja, fejn jgħixu tliet miljun persuna. Madankollu Moualem enfasizza li l-ftehim kellu “skadenzi ċari” u esprima t-tama li l-azzjoni militari timmira lill-ġiħadisti inklużi l-ġellieda min-Nusra Front marbuta ma’ Al-Qaeda, li “se jinqerdu”. Il-mibgħut tan-NU Staffan de Mistura qed jittama li jsejjaħ dalwaqt l-ewwel laqgħat ta’ kumitat ġdid magħmul minn membri tal-gvern u tal-oppożizzjoni biex jabbozzaw kostituzzjoni ta’ wara l-gwerra għas-Sirja u jwitti t-triq għall-elezzjonijiet. Moualem stabbilixxa kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-gvern Sirjan fil-kumitat, billi qal li x-xogħol tal-panel għandu jkun ristrett “għar-reviżjoni tal-artikli tal-kostituzzjoni attwali”, u wissa kontra l-interferenza. Għaliex Trump Se Jirbaħ it-Tieni Mandat B’din il-loġika, fl-2020 is-Sur Trump se jirbaħ l-elezzjoni mill-ġdid dment li, kif qed jittamaw ħafna telespettaturi liberali, id-denunzja u l-iskandlu jtemmu l-presidenza tiegħu qabel iż-żmien. Dak li bla dubju jkun “L-aktar finale drammatiku li qatt kien hemm fi presidenza!” S’issa, jidher li t-telespettaturi għadhom ma xebgħux. Mill-2014, il-klassifikazzjonijiet tal-ħin bl-akbar numru ta’ telespettaturi żdiedu b’aktar mid-doppju għal 1.05 miljun fuq is-CNN u kważi ttriplaw għal 1.6 miljun fuq l-MSNBC. Skont Nielsen, Fox News għandu medja ta’ 2.4 miljun telespettatur fil-ħin bl-akbar numru ta’ telespettaturi, aktar minn 1.7 miljun ta’ erba’ snin ilu, u "The Rachel Maddow Show" tal-MSNBC żied il-klassifikazzjonijiet tat-televiżjoni bil-kejbil b’saħansitra 3.5 miljun telespettatur fl-iljieli tal-aħbarijiet ewlenin. “Dan hija sitwazzjoni li qed tattira lin-nies lejha minħabba li mhix xi ħaġa li nifhmu,” qal Neal Baer, preżentatur tal-programm tal-ABC drama “Designated Survivor”, dwar segretarju tal-kabinett li jsir president wara li attakk jeqred il-Capitol. Nell Scovell, kittieba tal-kummiedji veteran u l-awtur ta’ “Just the Funny Parts: And a Few Hard Truths About Sneaking Into the Hollywood Boys" Club," għandha teorija oħra. Hi tiftakar f’rikba bit-taksi f’Boston qabel l-elezzjoni tal-2016. Is-sewwieq qalilha li hu kien se jivvota lis-Sur Trump. Għaliex? saqsiet hi. “Huwa qal, “Għaliex idaħħakni,”” qaltli s-Sinjura Scovell. F’dan il-kaos hemm valur ta’ divertiment. Bla dubju, għall-kuntrarju ta’ kwalunkwe ħaġa oħra fuq it-TV, it-titli tal-istejjer li joħorġu minn Washington jistgħu jiddeterminaw il-futur ta’ Roe v. Wade, jekk il-familji tal-immigranti jistgħux jingħaqdu mill-ġdid u s-saħħa tal-ekonomija globali. Li tinjora dak li qed jiġri madwarek huwa lussu li t-telespettaturi l-aktar privileġġjati biss jistgħu jaffordjaw. U madankollu, dan imur lil hinn mill-fatt li tkun ċittadin informat meta fis-sitta ssib ruħek issegwi panel ta’ esperti jiddiskutu l-użu minn Bob Woodward ta’ sorsjar “bi sfond profond” għall-ktieb tiegħu “Fear,” il-ġakketta bomber bil-ġilda tan-nagħma (“ilbies li jirrifletti kburija,” qal The Washington Post) ta’ Paul Manafort b’valur ta’ $15,000 u l-implikazzjonijiet tad-deskrizzjonijiet tat-tkexkix tal-anatomija tas-Sur Trump minn Stormy Daniel. Jien, pereżempju, qatt mhu se nerġa’ nħares lejn Super Mario bl-istess mod. “Parti ta’ dak li qed jagħmel li jagħmilha daqslikieku dan huwa reality show huwa li kull lejl ikun qed iwassalek xi ħaġa,” qal Brent Montgomery, kap eżekuttiv ta’ Wheelhouse Entertainment u l-kreatur ta’ “Pawn Stars”, dwar il-kast li jinbidel u l-iżvilupp fil-plott ta’ kuljum tal-programm Trump (ġlieda mal-N.F.L., tifħir lil Kim Jong-un). Ma tistax taffordja li titlef episodju wieħed għaliex inkella taqa’ lura. Meta kkuntattjajt lis-Sur Fleiss din il-ġimgħa, barra daru t-temp kien xemxi b’temperatura ta’ 80 grad fil-kosta tat-Tramuntana ta’ Kauai, iżda huwa kien imsakkar ġewwa jara l-MSNBC filwaqt li jirrekordja s-CNN. Huwa ma setax jinqala’ minn quddiem it-televiżjoni, mhux meta kien hemm Brett Kavanaugh lest biex jiffaċċja l-Kumitat Ġudizzjarju tas-Senat u l-futur tal-Qorti Suprema f’sitwazzjoni prekarja. “Niftakar meta qabel konna nagħmlu dawk il-programmi eċċentriċi u n-nies qalu, “Dan huwa l-bidu tat-tmiem taċ-ċivilizzazzjoni tal-Punent,”” qalli s-Sur Fleiss. “Jien ħsibt li kienet xi ċajta, iżda fil-verità kellhom raġun.” Amy Chozick, kittieba ġenerali għal The Times li tkopri n-negozju, il-politika u l-midja, hija l-awtur tal-memoir "Chasing Hillary." Ammonti kbar ta’ flus li jaslu minn barra għall-aktar tlielaq stretti fl-elezzjoni ta’ nofs it-terminu tal-White House Mhix sorpriża li s-sbatax-il distrett kongressjonali ta’ Pennsylvania qed jara kwantità kbira ta’ flus, bis-saħħa ta’ allinjament mill-ġdid ta’ distretti kongressjonali li akkwistaw żewġ operaturi f’tellieqa għall-istess siġġu. Dan reċentement stabbilixxa mill-ġdid il-pits tad-distrett suburban ta’ Pittsburg ir-Rappreżentant Demokratiku Conor Lamb - li rebaħ is-siġġu tiegħu f’distrett ieħor f’elezzjoni speċjali r-rebbiegħa li għaddiet. Lamb qed joħroġ bħala kandidat kontra operatur ieħor, ir-Repubblikan Keith Rothfus, li attwalment jirrappreżenta t-tnax-il distrett qadim ta’ Pennsylvania, li jestendi ħafna fuq is-sbatax-il distrett il-ġdid. Il-mapep ġew stabbiliti mill-ġdid wara li f’Jannar il-Qorti Suprema ta’ Pennsylvania ddeċidiet li d-distretti l-qodma ġew imbgħabsa b’mod antikostituzzjonali favur ir-Repubblikani. It-tellieqa fis-sbatax-il distrett il-ġdid ipprovokat konkors diffiċli tal-kampanja finanzjarja bejn l-armi tal-finanzi tal-partit ewlieni, id-Democratic Campaign Congressional Committee (DCCC) (Kumitat Kongressjonali tal-Kampanja Demokratika) u n-National Republican Campaign Committee (NRCC) (Kumitat tal-Kampanja Repubblikana Nazzjonali). Lamb sar isem familjari f’Pennsylvania wara li rebaħ bi ftit differenza fl-elezzjoni speċjali ta’ Marzu segwita ħafna għat-tmintax-il Distrett Kongressjonali ta’ Pennsylvania. Dak is-siġġu kien ta’ Repubblikan għal aktar minn deċennju, u l-President Donald Trump rebaħ id-distrett b’20 punt. Il-kritiċi politiċi taw lid-Demokrati vantaġġ żgħir. L-Istati Uniti Qiesu li Jippenalizzaw lil El Salvador Talli Appoġġja liċ-Ċina, Imbagħad Iddeċidew Li Ma Jagħmlux Dan Id-Diplomati nnotaw li r-Repubblika Dominicana u l-Panama diġa rrikonoxxew lil Beijing, bi ftit għajnuna minn Washington. F’Ġunju 2017, is-Sur Trump kellu laqgħa akkoljenti mal-President Juan Carlos Varela tal-Panama u kellu lukanda fil-Panama sakemm xi sħab keċċew lit-tim amministrattiv tal-Organizzazzjoni ta’ Trump. L-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Istat iddeċidew li jerġgħu jikkuntattjaw lill-kapijiet Amerikani tal-missjonijiet diplomatiċi minn El Salvador, ir-Repubblika Dominicana u l-Panama dwar id-”deċiżjonijiet reċenti biex ma jibqgħux jirrikonoxxu lit-Taiwan,” qalet il-kelliema tad-dipartiment Heather Nauert, f’dikjarazzjoni fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Iżda l-penali tqiesu biss kontra El Salvador, li fl-2017 irċieva madwar $140 miljun f’għajnuna Amerikana, inklużi kontrolli narkotiċi, żvilupp u appoġġ ekonomiku. Il-penali proposti, li kienu jinkludu tnaqqis fl-għajnuna finanzjarja u restrizzjonijiet fuq il-viża mmirati, kienu se jkunu ta’ piż għall-pajjiż tal-Amerika Ċentrali u r-rati għolja ta’ qgħad u ta’ qtil tiegħu. Hekk kif il-laqgħat interni bdew jagħmlu progress, l-uffiċjali tal-Amerika ta’ Fuq u tal-Amerika Ċentrali pposponew konferenza ta’ livell għoli ffokata fuq is-sigurtà u l-prosperità ekonomika biex isegwu laqgħa simili s-sena li għaddiet li tqieset bħala pass ‘il quddiem fl-isforzi biex il-migranti ma jmorrux lejn l-Istati Uniti. Iżda sa nofs Settembru, l-uffiċjali tal-ogħla amministrazzjoni għamluha ċara li huma riedu li l-konferenza tipproċedi, bil-għan li tintemm b’mod effettiv kwalunkwe kunsiderazzjoni ta’ penali għal El Salvador. Il-Viċi President Mike Pence ġie kkritikat bil-qawwa biex jindirizza lill-konferenza, li issa hija skedata għal nofs Ottubru, bħala sinjal tal-importanza li l-amministrazzjoni tpoġġi fuq il-laqgħa, qalu d-diplomati. U t-tliet mibgħuta Amerikani rritornaw bil-kwiet lura f’El Salvador, Panama u r-Repubblika Dominicana mingħajr ebda messaġġ jew kastig ġdid u iebes minn Washington. Kelliem tal-White House, is-Sur Bolton irrifjuta li jikkummenta dwar id-dettalji tad-dibattitu li ġew deskritti mit-tliet uffiċjali Amerikani, inklużi żewġ diplomati, li qablu li jiddiskutu d-deliberazzjonijiet interni dwar il-kundizzjoni ta’ anonimità. Ir-rapporti tagħhom ġew sostnuti minn analist barrani li huwa qrib tal-amministrazzjoni u li tkellem ukoll dwar il-kundizzjoni ta’ anonimità. Studju tal-Istorja L-avveniment negattiv mhux mistenni li jmiss jista’ jkun ir-rapport tal-konsulent speċjali Robert Mueller dwar it-tfixkil possibbli tal-ġustizzja mis-Sur Trump, li dwaru issa hemm evidenza sostanzjali ħafna fir-reġistru pubbliku. Huwa rrappurtat li s-Sur Mueller qed idawwar ukoll l-investigazzjoni tiegħu dwar jekk il-kampanja tas-Sur Trump kinitx miftiehma mar-Russja fl-attakk tagħha fuq l-elezzjonijiet tagħna. Fil-każ li l-Kungress jgħaddi għal persuna oħra, is-Sur Trump se jsibu ruħu responsabbli f’dak il-korp, hekk kif iħejji ruħu biex jerġa’ jmur quddiem il-votanti, u forsi eventwalment ġurija tal-pari tiegħu. Dan jinvolvi ħafna inċertezzi, u jien m’għandix l-għan li nissuġġerixxi li l-waqa’ tas-Sur Trump hija inevitabbli - u lanqas dik tal-ekwivalenti tiegħu fl-Ewropa. Hemm għażliet li għandhom isiru minnha lkoll fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku li se jaffettwaw kemm tkun imtawla l-ġlieda. Fl-1938, l-uffiċjali Ġermaniżi kienu lesti jwettqu coup d'état kontra Hitler, li kieku l-Punent irreżistewh u appoġġjaw liċ-Ċekoslovakki f’Munich. Ma rnexxilniex, u tlifna l-opportunità li nevitaw is-snin ta’ massakru li ġew wara. Il-kors tal-istorja jdur ma’ tali punti ta’ inflessjoni, u l-mixja ineżorabbli tad-demokrazija hija aċċellerata jew ittardjata. llum il-ġurnata l-Amerikani jiffaċċjaw ħafna minn dawn il-punti ta’ inflessjoni. X’se nagħmlu jekk is-Sur Trump ikeċċi lid-Deputat Avukat Ġenerali Rod Rosenstein, ir-raġel li jikkontrolla d-destin tal-investigazzjoni tas-Sur Mueller? Rosenstein ilu fi problemi minn mindu dan id-dokument irrapporta li, is-sena li għaddiet, huwa ssuġġerixxa biex il-president jiġi rrekordjat b’mod sigriet u spekula li huwa mhux adattat għall-kariga. Is-Sur Rosenstein qal li r-rapport ta’ The Times mhux preċiż. “Kif se nwieġbu jekk l-investigazzjoni tal-F.B.I. mitluba ġdida ta’ Brett Kavanaugh mhix kompluta jew ġusta - jew jekk huwa jiġi kkonfermat lill-Qorti Suprema minkejja akkużi kredibbli ta’ mġiba sesswali u xhieda diżonesta? U fuq kollox, f’nofs it-termini se nivvotaw għal Kungress li se jżomm lis-Sur Trump responsabbli? Jekk ma ngħaddux minn dawn it-testijiet, se jdum biex ikun hemm ċaqliq fid-demokrazija. Iżda nemmen li mhux se nfallu, minħabba l-lezzjoni li tgħallimt fi Praga. Ommi kienet Lhudija Ċekoslovakka li ġiet deportata lejn Auschwitz mill-istess reġim tan-Nazi li xi darba kien jokkupa d-dar tal-ambaxxaturi tiegħi. Hija rnexxielha tgħix, immigrat lejn l-Amerika u, 60 sena wara, fil-jum ta’ qima ‘l Alla bagħtitni biex nixgħel ix-xemgħat fuq dik il-mejda bl-iswastika. B’wirt bħal dan, kif nista’ ma nkunx ottimist dwar il-futur tagħna?” Norman Eisen, sieħeb superjuri fl-Istituzzjoni Brookings, huwa l-president ta’ Citizens for Responsibility and Ethics in Washington u l-awtur ta’ “The Last Palace: Europe's Turbulent Century in Five Lives and One Legendary House." Graham Dorrans tar-Rangers jinsab ottimist qabel il-logħba kompetittiva ma’ Rapid Vienna Rangers se jospitaw lil Rapid Vienna nhar il-Ħamis, bl-għarfien li r-rebħa kontra l-Awstrijaki, wara r-riżultat indaqs impressjonanti li ġabu fi Spanja kontra Villarreal aktar kmieni dan ix-xahar, se tpoġġihom f’pożizzjoni b’saħħitha biex jikkwalifikaw mill-Grupp G tal-Europa League. Korriment fl-irkoppa pprevjena lill-midfielder Graham Dorrans milli jagħmel l-ewwel dehra tiegħu tal-istaġun sar-riżultat indaqs ta’ 2-2 ma’ Villarreal iżda huwa jemmen li Rangers jistgħu jużaw dak ir-riżultat bħala katalist għal affarijiet kbar. “Dan kien punt tajjeb għalina peress li Villarreal huma tim tajjeb,” qal il-ġuvni ta’ 31 sena. “Dħalna għal-logħba bit-twemmin li stajna niksbu xi ħaġa u ħriġna b’punt. Probabbli stajna rbaħniha lejn l-aħħar iżda, kollox ma’ kollox, riżultat indaqs kien probabbilment riżultat ġust. Probabbilment huma kienu aħjar fl-ewwel nofs tal-logħba filwaqt li aħna morna aħjar fit-tieni nofs. Il-Ħamis se terġa’ tkun lejla Ewropea kbira. Nittamaw li nkunu nistgħu niksbu tliet punti iżda dan se jkun diffiċli minħabba li huma kellhom riżultat tajjeb fl-aħħar logħba tagħhom iżda, bil-folla warajna, ninsab ċert li nistgħu nkomplu nagħmlu ħilitna u niksbu riżultat pożittiv. Is-sena li għaddiet kienet ċertament diffiċli, bejn dak kollu li ġara bil-korrimenti tiegħi u l-bidliet fil-klabb innifsu, iżda minkejja dan bħalissa hemm sens ta’ pożittività. It-tim huwa tajjeb u s-subien qed jieħdu pjaċir ħafna; it-training qed ikun tajjeb. Nittama li issa nkunu nistgħu nagħmlu ħilitna, ninsew l-aħħar staġun u nirnexxu.” In-nisa qed jinkwetaw dwar din il-biża’ relatata mat-tfaddil għall-irtirar Minkejja l-fatt li l-parteċipanti fl-istħarriġ kellhom idea ċara ta’ kif xtaqu li jiġu indokrati, ftit persuni kienu qed jitkellmu mal-membri tal-familja tagħhom dwar dan. Madwar nofs l-individwi fl-istudju ta’ Nationwide qalu li huma kienu qed jitkellmu mal-konjuġi tagħhom dwar l-ispiża tal-kura fit-tul. 10 fil-mija biss qalu li tkellmu mat-tfal tagħhom dwar dan. “In-nies iridu li jkun membru tal-familja li jindukrahom, iżda huma mhumiex jieħdu l-passi biex jagħmlu konversazzjoni,” qalet Holly Snyder, viċi president tan-negozju tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ Nationwide. Għandek tibda hekk. Tkellem mal-konjuġi u mat-tfal tiegħek: Inti ma tistax tħejji lill-familja tiegħek biex tipprovdi kura jekk inti ma tesprimix ix-xewqat tiegħek sew qabel iż-żmien. Aħdem mal-konsulent tiegħek u mal-familja tiegħek biex tiddiskuti fejn u kif se tirċievi l-kura, billi dawk l-għażliet jistgħu jkunu fattur sinifikanti biex tiġi ddeterminata l-ispiża. Ġib il-konsulent finanzjarju tiegħek: Il-konsulent tiegħek jista’ jgħinek ukoll biex issib mod kif tista’ tħallas għal dawk l-ispejjeż. L-għażliet ta’ finanzjament tiegħek għall-kura fit-tul jistgħu jinkludu polza tal-assigurazzjoni ta’ kura fit-tul tradizzjonali, polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja b’valur tal-flus ibrida sabiex tgħin biex tkopri dawn l-ispejjeż jew tagħmel awtoassigurazzjoni bil-ġid tiegħek stess - dment li jkollok il-flus. Ħu deċiżjoni wara li tiddiskuti d-dokumenti legali tiegħek fit-tul: Evita l-battalji legali. Sib prokura tal-kura tas-saħħa sabiex tagħżel individwu affidabbli biex jissorvelja l-kura medika tiegħek u jiżgura li l-professjonisti jikkonformaw max-xewqat tiegħek f’każ li int ma tkunx tista’ tikkomunika. Barra minn hekk, ikkunsidra prokura għall-finanzi tiegħek. Agħżel persuna li tafda biex tieħu d-deċiżjonijiet finanzjarji għalik u kun ċert li l-kontijiet tiegħek jitħallsu jekk inti tkun inabilitat. Tinsiex id-dettalji żgħar: Immaġina li l-ġenitur anzjan tiegħek għandu emerġenza medika u jinsab fi triqtu lejn l-isptar. Int kapaċi twieġeb mistoqsijiet dwar il-mediċina u l-allerġiji? Spjega dawn id-dettalji fi pjan bil-miktub sabiex int tkun lest. “Mhumiex il-finanzi biss li huma involuti, iżda min huma t-tobba?” qal Martin. “X’inhuma l-mediċini? Min se jieħu ħsieb il-kelb? Ara li dak il-pjan ikun lest.” Raġel intlaqat diversi drabi minn tiri ta’ xkubetta tal-ajru f’IIfracombe Raġel intlaqat diversi drabi minn tiri ta’ xkubetta tal-ajru hekk kif kien miexi lejn daru wara lejla barra. Il-vittma, li għandu fuq l-erbgħin sena, kien fiż-żona ta’ Oxford Grove ta’ IIfracombe, Devon, meta ntlaqat minn tiri f’sidru, fl-addome u f’idejh. L-uffiċjali ddeskrivew l-isparar, li seħħ madwar is-02:30 BST, bħala “att każwali.” Il-vittma ma rax l-attakkant tiegħu. Il-korrimenti tiegħu mhumiex ta’ theddida għal ħajtu u l-pulizija appellaw għax-xhieda. Terremoti u tsunamis fl-Indoneżja Mill-inqas 384 persuna nqatlu minn terremot u tsunami qawwija li laqtu l-belt ta’ Palu fl-Indoneżja nhar il-Ġimgħa, qalu l-uffiċjali, bl-għadd ta’ mwiet mistenni jiżdied. Bi ħsarat fil-linji tal-komunikazzjoni, l-uffiċjali tal-għajnuna ma setgħu jiksbu l-ebda informazzjoni mir-reġġenza ta’ Donggala, li hija żona fit-Tramuntana ta’ Palu li hija eqreb tal-epiċentru tat-terremot b’qawwa ta’ 7.5. F’Palu, aktar minn 16,000 persuna ġew evakwati wara li seħħ id-diżastru. Dawn huma xi fatti ewlenin dwar Palu u Donggala, dwar il-gżira ta’ Sulawesi: Palu hija l-belt kapitali tal-provinċja Ċentrali ta’ Sulawesi, li tinsab fit-tarf ta’ bajja dejqa fuq il-kosta tal-Punent tal-gżira ta’ Sulawesi, b’popolazzjoni ta’ madwar 379,800 fl-2017. Meta t-terremot u t-tsunami laqtu l-belt, din kienet qiegħda tiċċelebra l-40 anniversarju tagħha. Donggala hija reġġenza li testendi tul aktar minn 300 km (180 mil) tal-kosta fil-Majjistral tal-gżira ta’ Sulawesi. Ir-reġġenza, reġjun amministrattiv taħt provinċja, kellha popolazzjoni ta’ madwar 299,200 fl-2017. Is-sajd u l-biedja huma l-pilastri tal-ekonomija tal-provinċja Ċentrali ta’ Sulawesi, speċjalment ir-reġjun kostali ta’ Donggala. Il-minjiera tan-nikil hija importanti wkoll fil-provinċja, iżda hija kkonċentrata l-aktar f’Morowali, fuq il-kosta tan-naħa l-oħra ta’ Sulawesi. Skont id-Disaster Mitigation Agency tal-Indoneżja, Palu u Donggala ntlaqtu minn tsunamis diversi drabi f’dawn l-aħħar 100 sena. Fl-1938, tsunami qatlet aktar minn 200 persuna u qerdet mijiet ta’ djar f’Donggala. Fl-1996, tsunami laqtet ukoll in-naħa tal-Punent ta’ Donggala, u qatlet disa’ persuni. L-Indoneżja tinsab fuq ir-Ring of Fire tal-Paċifiku sismiku u ta’ spiss tintlaqat minn terremoti. Dawn huma wħud mit-terremoti u t-tsunamis ewlenin fis-snin reċenti: 2004: Fis-26 ta’ Diċembru, terremot kbir fuq il-kosta tal-Punent tal-provinċja Aceh tal-Indoneżja fin-naħa ta’ fuq ta’ Sumatra skatta tsunami li laqtet 14-il pajjiż, li qatlet 226,000 persuna tul il-kosta tal-Oċean Indjan, aktar minn nofshom f’Aceh. 2005: Serje ta’ terremoti b’saħħithom laqtu l-kosta tal-Punent ta’ Sumatra fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April. Mijiet mietu fil-Gżira ta’ Nias, lil hinn mill-kosta ta’ Sumatra. 2006: Terremot b’qawwa ta’ 6.8 laqat in-Nofsinhar ta’ Java, li hija l-aktar gżira popolata tal-Indoneżja, li skatta tsunami li laqtet b’qawwa kbira l-kosta tan-Nofsinhar, u qatlet kważi 700 persuna. 2009: Terremot b’qawwa ta’ 7.6 laqat qrib il-belt ta’ Padang, il-belt kapitali tal-provinċja tal-Punent ta’ Sumatra. Mietu aktar minn 1,100 persuna. 2010: Terremot b’qawwa ta’ 7.5 laqat waħda mill-gżejjer ta’ Mentawai, lil hinn minn Sumatra, li skatta tsunami b’għoli ta’ 10 metri li qerdet għexieren ta’ villaġġi u qatlet madwar 300 persuna. 2016: Terremot baxx laqat ir-reġġenza ta’ Pidie Jaya f’Aceh, li kkawża qerda u paniku hekk kif in-nies ftakru fid-devastazzjoni tat-terremot u tat-tsunami fatali tal-2004. Din id-darba ma ġiet skattata l-ebda tsunami, iżda aktar minn 100 inqatlu minħabba bini li ġġarraf. 2018: Terremoti kbar laqtu l-gżira turistika ta’ Lombok fl-Indoneżja, li qatlu aktar minn 500 persuna, l-aktar fuq in-naħa ta’ fuq tal-gżira. It-terremot qered eluf ta’ binjiet u ħalla eluf ta’ turisti temporanjament iżolati. L-Akbar Tifel ta’ Sarah Palin Arrestat fuq Akkużi ta’ Vjolenza Domestika Track Palin, l-akbar tifel tal-eks gvernatur tal-Alaska u l-kandidata viċi presidenzjali Sarah Palin, ġie arrestat fuq akkużi ta’ attakk. Palin, li għandu 29 sena, minn Wasilla, Alaska, ġie arrestat fuq suspett ta’ vjolenza domestika, li interferixxa f’rapport ta’ vjolenza domestika u li rreżista l-arrest, skont rapport li nħareġ nhar is-Sibt mill-Alaska State Troopers. Skont ir-rapport tal-pulizija, meta konoxxenti femminili ppruvat iċċempel lill-pulizija biex tirrapporta r-reati allegati, huwa ħadilha t-telefown minn idha. Palin qed jinżamm fil-Mat-Su Pretrial Facility u qed jinżamm fuq bond mhux garantit ta’ $500, irrapporta l-KTUU. Huwa deher il-qorti nhar is-Sibt, fejn iddikjara lilu nnifsu “ċertament, mhux ħati” meta ntalab jagħti l-motiv tiegħu, irrapporta n-netwerk. Palin qed jiffaċċja tliet reati tal-Klassi A, jiġifieri huwa jista’ jeħel il-ħabs sa sena u jkollu jħallas multa ta’ $250,000. Huwa ġie akkużat ukoll b’reat tal-Klassi B, li huwa punibbli b’ġurnata ħabs u multa ta’ $2,000. Din mhix l-ewwel darba li saru akkużi kriminali kontra Palin. F’Diċembru 2017, huwa ġie akkużat b’attakk fuq missieru, Todd Palin. Ommu, Sarah Palin, ċemplet lill-pulizija biex tirrapporta l-attakk allegat. Il-każ jinsab attwalment quddiem il-Qorti Veterani tal-Alaska. F’Jannar 2016 huwa ġie akkużat b’attakk domestiku, li interferixxa fir-rapport ta’ reat ta’ vjolenza domestika, u li kellu arma fil-pussess tiegħu waqt li kien xurban b’rabta mal-inċident. It-tfajla tiegħu allegat li tagħha daqqa bil-ponn f’wiċċha. Fl-2016, Sarah Palin ġiet ikkritikata mill-gruppi veterani wara li sar paragun bejn l-imġiba vjolenti tat-tifel tagħha u d-disturb minn stress postrawmatiku (PTSD) li jirriżulta mis-servizz tiegħu fl-Iraq. Terremot u tsunami fl-Indoneżja: mijiet maqtula Mill-inqas 384 persuna nqatlu wara li terremot laqat il-gżira Indoneżjana ta’ Sulawesi nhar il-Ġimgħa. It-terremot b’qawwa ta’ 7.5 skatta tsunami u qered eluf ta’ djar. In-netwerks tal-elettriku u tal-komunikazzjoni mhumiex jaħdmu bl-għadd ta’ mwiet mistenni jiżdied fil-jiem li ġejjin. It-terremot laqat ftit biss ‘il barra miċ-ċentru ta’ Sulawesi li tinsab fil-Grigal tal-belt kapitali tal-Indoneżja, Jakarta. Fuq il-midja qed jiċċirkolaw vidjos li juru l-mument tal-impatt. Mijiet ta’ nies kien nġabru għal festival fuq il-bajja fil-belt ta’ Palu meta t-tsunami laqtet ix-xatt b’qawwa kbira. Prosekuturi federali qed jitolbu li s-suspettat tal-attakk terroristiku ta’ NYC jingħata piena tal-mewt rari Il-prosekuturi federali fi New York qed jitolbu li Sayfullo Saipov li huwa s-suspettat fl-attakk terroristiku tal-belt ta’ New York li qatel tmien persuni jingħata l-piena tal-mewt - kastig rari li ilu ma jitwettaq fl-istat għal reat federali sa mill-1953. Saipov, li għandu 30 sena, allegatament uża trakk tal-kiri ta’ Home Depot biex iwettaq attakk fuq triq għar-roti tul il- West Side Highway f’Lower Manhattan, billi f’Ottubru tajjar lill-persuni mexjin u liċ-ċiklisti li nzertaw fi triqtu. Sabiex tiġi ġġustifikata piena tal-mewt, il-prosekuturi se jkollhom jagħtu prova li Saipov “intenzjonalment” qatel it-tmien vittmi u “intenzjonalment” ikkaġuna korrimenti fiżiċi serji, skont l-avviż dwar intenzjoni biex tintalab il-piena tal-mewt, ippreżentat fid-Distrett tan-Nofsinhar ta’ New York. Skont id-dokument tal-qorti, dawn iż-żewġ kapi tal-akkuża jġorru magħhom piena tal-mewt possibbli. Ġimgħat wara l-attakk, ġurija federali tat lil Saipov 22 kap tal-akkuża li kienu jinkludu tmien akkużi ta’ qtil bl-għajnuna ta’ rikattar organizzat, li tipikament jintuża mill-prosekuturi federali f’każijiet ta’ kriminalità organizzata, u akkuża ta’ vjolenza u qerda tal-vetturi bil-mutur. Meta ddeskrivew il-mod li bih Saipov wettaq dan l-attakk “faħxi, krudili u immorali”, il-prosekuturi qalu li l-attakk kien jeħtieġ “ippjanar u meditazzjoni minn qabel sostanzjali.” L-avviż dwar intenzjoni jiddikjara li “Sayfullo Habibullaevic Saipov ikkawża korriment, ħsara, u telf lill-familji u lill-ħbieb ta’ Diego Enrique Angelini, Nicholas Cleves, Ann-Laure Decadt, Darren Drake, Ariel Erlij, Hernan Ferruchi, Hernan Diego Mendoza, u Alejandro Damian Pagnucco". Ħamsa mill-vittmi kienu turisti mill-Arġentina. Ilu deċennju minn mindu d-Distrett tan-Nofsinhar ta’ New York l-aħħar li ħarrek każ ta’ piena tal-mewt. L-imputat, Khalid Barnes, instab ħati tal-qtil ta’ żewġ fornituri tad-droga iżda finalment f’Settembru 2009 ingħata sentenza ta’ għomru l-ħabs. L-aħħar darba li l-piena tal-mewt twettqet f’każ federali ta’ New York kien fl-1953 għal Julius u Ethel Rosenberg, koppja miżżewġa li nqatlu wara li nstabu ħatja ta’ kospirazzjoni biex iwettqu spjunaġġ għall-Unjoni Sovjetika waqt il-Gwerra Bierda sentejn qabel. Iż-żewġ Rosenbergs nqatlu permezz tas-siġġu tal-elettriku fid-19 ta’ Ġunju, 1953. Skont dokumenti tal-qorti, Saipov, ċittadin ta’ Uzbekistan, wera nuqqas ta’ rimors fil-jiem u x-xhur ta’ wara l-attakk. Huwa qal lill-investigaturi li huwa ħassu tajjeb dwar dak li għamel, qalu l-pulizija. Saipov qal lill-awtoritajiet li huwa ispira ruħu biex iwettaq l-attakk wara li ra vidjos tal-ISIS fuq il-mowbajl tiegħu, skont il-kap tal-akkuża. Huwa talab ukoll biex fil-kamra tal-isptar tiegħu titpoġġa bandiera tal-ISIS, qalu l-pulizija. Huwa wieġeb mhux ħati għat-22 kap tal-akkuża. David Patton, wieħed mid-difensuri pubbliċi federali li kien qed jirrappreżenta lil Saipov, qal li huma “ċertament iddiżappuntati” bid-deċiżjoni tal-prosekuzzjoni. “Aħna naħsbu li d-deċiżjoni li tintalab il-piena tal-mewt minflok ma jiġi aċċettat motiv ta’ ħati għal għomru l-ħabs bl-ebda possibbiltà ta’ ħelsien se tkompli ttawwal biss it-trawma ta’ dawn l-avvenimenti għal kull min hu involut,” qal Patton. It-tim ta’ difiża ta’ Saipov preċedentement staqsa lill-prosekuturi biex ma jitolbux il-piena tal-mewt. L-MP Tory jgħid li NIGEL FARAGE għandu jkun responsabbli għan-negozjati tal-Brexit Illum, waqt protesta fil-konferenza ta’ Tory, Nigel Farage wiegħed li se “jimmobilizza l-armata tal-poplu” . L-eks kap tal-Ukip qal li l-politikanti kellhom “iħossuhom taħt pressjoni” mill-Ewroxettiċi - kif issuġġerixxa wieħed mill-MPs ta’ Theresa May stess li huwa għandu jkun responsabbli għan-negozjati mal-UE. Il-membru tal-gvern tal-Partit Konservattiv Peter Bone qal lid-dimostrazzjoni f’Birmingham li s’issa r-Renju Unit “kien ikun ħareġ” li kieku s-Sur Farage kien Segretarju tal-Brexit. Iżda l-isfida li qed tiffaċċja s-Sinjura May biex tirrikonċilja l-pożizzjonijiet ferm maqsuma tagħha ġiet enfasizzata minn Tories li mhux favur il-Brexit li ngħaqad ma’ protesta separata kontra l-Brexit fil-belt. Il-Prim Ministru qed issibha diffiċli biex iżżomm il-pjan ta’ kompromess ta’ Chequers tagħha fit-triq it-tajba fost l-attakki mill-Brexitiera, minn dawk kontra l-Brexit u mill-UE. L-alleati insistew li minkejja r-reazzjoni negattiva hija se tibqa’ timxi ‘l quddiem biex tipprova tilħaq ftehim ma’ Brussell - u tisforza lill-Ewroxettiċi u lill-partit Laburista jagħżlu bejn il-pakkett tagħha u l-”kaos”. Is-Sur Bone qal lir-rally Leave Means Leave f’Solihull li huwa ried “iwarrab il-pjan ta’ Chequers”. Huwa ssuġġerixxa li s-Sur Farage kellu jingħata pożizzjoni soċjali għolja u kellu jingħata r-responsabbiltà għan-negozjati ma’ Brussell. “Li kieku kien responsabbli, s’issa konna nkunu ħriġna,” qal hu. L-MP Wellingborough żied jgħid: “Jien se niddefendi l-Brexit iżda jeħtieġ li nwarrbu l-pjan ta’ Chequers.” Meta ddikjara li huwa kontra l-UE, huwa qal: “Aħna ma ġġilidniex gwerer dinjija biex inkunu servili. Aħna rridu nagħmlu l-liġijiet tagħna stess f’pajjiżna stess.” Is-Sur Bone ċaħad suġġerimenti li l-opinjoni pubblika nbidlet mill-votazzjoni tal-2016: “L-idea li l-poplu Brittaniku bidel fehmtu u jrid jibqa’ mhix vera assolutament.” Andrea Jenkyns, Brexitiera ta’ Tory, kienet ukoll preżenti għad-dimostrazzjoni, fejn qalet lill-ġurnalisti: “Jien irrid ngħid sempliċiment: Prim Ministru, isma’ lill-poplu. “Il-pjan ta’ Chequers mhux popolari mal-pubbliku ġenerali, l-Oppożizzjoni mhix se tivvota għalih, mhux popolari mal-partit tagħna u mal-attivisti tagħna li fil-verità huma dawk li jmorru fit-toroq u li qabelxejn jivvotaw għalina. Jekk jogħġbok insa l-pjan ta’ Chequers u ibda isma’.” F’messaġġ immirat lejn is-Sinjura May, hija qalet: “Il-Prim Ministri jżommu l-impjiegi tagħhom meta jżommu l-wegħdiet tagħhom.” Is-Sur Farage qal lir-rally li l-politikanti għandhom “iħossuhom taħt pressjoni” li kieku jkunu se jmorru lura mid-deċiżjoni li ttieħdet fir-referendum tal-2016. “Din issa hija kwistjoni ta’ fiduċja bejnietna - in-nies - u l-klassi politika tagħna,” qal hu. “Huma qed jippruvaw imorru lura mill-Brexit u aħna ninsabu hawn illum biex ngħidulhom li “aħna mhux se nħalluilkom lixxa jekk intom tagħmlu dan”.” F’messaġġ lill-folla entużjasta huwa qal: “Jien irridkom titfgħu pressjoni fuq il-klassi politika tagħna, li qiegħda fil-punt li tmur lura mill-Brexit. Aħna qed nimmobilizzaw fil-Brexit l-armata tal-poplu ta’ dan il-pajjiż li ġabitilna suċċess u mhux se niefqu sakemm inkunu sirna Renju Unit indipendenti, awtogovernanti u kburi.” Sadanittant, dawk kontra l-Brexit imxew f’Birmingham qabel ma għamlu rally ta’ sagħtejn fiċ-ċentru tal-belt. Wara t-tnedija tal-grupp dan il-weekend, numru żgħir ta’ attivisti xejru banners bil-kitba Tories Against Brexit (Tories Kontra l-Brexit). Lord Adonis li għandu pożizzjoni soċjali għolja fil-partit Laburista waqqa’ għaċ-ċajt lill-Konservattivi għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà li sofrew b’app tal-partit hekk kif fetħet il-konferenza. “Dawn huma n-nies li jgħidulna li jista’ jkollhom is-sistemi tal-IT fis-seħħ u t-teknoloġija kollha għall-Kanada u aktar, għall-fruntiera mingħajr frizzjoni, għal kummerċ ħieles mingħajr fruntieri fl-Irlanda,” żied jgħid hu. “Din hija farsa sħiħa. L-idea ta’ Brexit tajjeb ma teżistix,” żied jgħid hu. Warren għandha l-intenzjoni li “teżamina bir-reqqa” il-possibbiltà li toħroġ għall-elezzjoni presidenzjali L-Istati Uniti Is-Senatur Elizabeth Warren tgħid li wara l-elezzjonijiet ta’ Novembru se “teżamina bir-reqqa l-possibbiltà li toħroġ għall-elezzjoni presidenzjali”. Boston Globe tirrapporta li nhar is-Sibt il-membru tal-Partit Demokratiku ta’ Massachusetts tkellmet dwar il-futur tagħha f’dibattitu maċ-ċittadini f'livell muniċipali fil-Punent ta’ Massachusetts. Warren, li hija kritika frekwenti tal-President Donald Trump, se toħroġ għal elezzjoni mill-ġdid f’Novembru kontra r-Rappreżentant tal-Istat GOP Geoff Diehl, li kien kopresident tal-kampanja ta’ Trump f’Massachusetts fl-2016. Hija kienet fiċ-ċentru tal-ispekulazzjoni li jaf tieħu post Trump fl-2020. L-avveniment tas-Sibt wara nofsinhar f’Holyoke kienet is-36 laqgħa tagħha mal-kostitwenti li ilhom jużaw il-format ta’ dibattitu maċ-ċittadini f'livell muniċipali minn mindu Trump ħa l-kariga. Persuna li attendiet il-laqgħa staqsietha jekk kellhiex l-intenzjoni li toħroġ għall-elezzjoni presidenzjali. Warren wieġbet li wasal iż-żmien “li n-nisa jmorru Washington biex isewwu l-gvern frammentat tagħna, u dan jinkludi mara fil-quċċata.” Sar arrest b’rabta mal-qtil bi sparar ta’ Sims tal-LSU Is-Sibt, il-pulizija f’Baton Rouge, La., ħabbret li suspettat ġie arrestat b’rabta mal-qtil bi sparar tal-plejer tal-basketball Wayde Sims tal-LSU li seħħ il-Ġimgħa. Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Baton Rouge ħabbar l-arrest ta’ Dyteon Simpson, ta’ 20 sena, fil-11 a.m. Konferenza tal-aħbarijiet ET. Il-Ġimgħa huma ħarġu vidjo tal-isparar, fejn talbu għajnuna sabiex jiġi identifikat ir-raġel li jidher fil-vidjo. Sims, li kellu 20 sena, inqatel b’tir qrib il-kampus tal-Università tan-Nofsinhar il-Ġimgħa filgħodu. Skont 247sports, is-Sibt il-kap tal-pulizija Murphy J. Paul qal lill-midja “Wayde Sims sofra minn ferita kkawżata b’tir f’rasu u eventwalment miet bħala riżultat ta’ dan.” Wayde daħal biex jiddefendi lil sieħbu u ntlaqat b’tir minn Simpson. Simpson sarulu mistoqsijiet u ammetta li kien fuq ix-xena, li kellu arma, u ammetta li spara fuq Wayde Sims. Simpson ġie arrestat mingħajr ebda problemi u nżamm taħt kustodja fid-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Parish Baton Rouge tal-Lvant. Sims, żagħżugħ li kien fih sitt piedi u li trabba f’Baton Rouge, lagħab fi 32 logħba b’10 starts l-aħħar staġun u kellu medja ta’ 17.4 minuti, 5.6 punti u 2.9 rebounds kull logħba. Il-Grand Prix tar-Russja: Lewis Hamilton joqrob biex jikseb it-titlu dinji wara li l-ordnijiet tat-tim tiegħu tawh ir-rebħa fil-konfront ta’ Sebastian Vettel Is-Sibt, mill-mument li fih Valtteri Bottas ikkwalifika qabel Lewis Hamilton, deher ċar li l-ordnijiet tat-tim ta’ Mercedes kien se jkollhom parti importanti fit-tellieqa. Mill-pożizzjoni fuq in-naħa ta’ ġewwa fl-ewwel ringiela, Bottas kellu vantaġġ tajjeb u kważi abbanduna lil Hamilton hekk kif iddefenda l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel żewġ dawriet u stieden lil Vettel biex jattakka lil sieħbu. Vettel kien l-ewwel wieħed li daħal fiż-żoni ta’ waqfien u ħalla lil Hamilton itellaq mal-oħrajn fl-aħħar post tal-grupp, xi ħaġa li kellha tkun deċiżiva. Il-Mercedes waqfet fiż-żona ta’ waqfien wara dawra oħra u ħarġet eżatt wara Vettel, iżda Hamilton kompla miexi wara ftit azzjoni rota ma’ rota li wasslet biex is-sewwieq tal-Ferrari jħalli b’diffikultà n-naħa ta’ ġewwa libera minħabba r-riskju li jaqta’ lura wara ċaqliqa doppja biex jiddefendi fit-tielet kantuniera. Max Verstappen beda mir-ringiela ta’ wara tal-grilja u kien fis-seba’ post sa tmiem l-ewwel dawra f’għeluq sninu fl-età ta’ 21 sena. Imbagħad huwa kien fuq quddiem għall-biċċa l-kbira tat-tellieqa billi ma biddilx it-tajers tiegħu bil-għan li jlesti malajr u jaqbeż lil Kimi Raikkonen għar-raba’ post. Eventwalment huwa daħal fiż-żona ta’ waqfien fl-44 dawra iżda ma setax iżid il-pass tiegħu fit-tmien dawriet li kien baqa’ filwaqt li Raikkonen daħal fir-raba’ post. Hija ġurnata diffiċli minħabba li Valtteri għamel xogħlu tajjeb ħafna tul il-weekend kollu u kien ġentlom ta’ veru qal let me by. It-tim għamel xogħol eċċezzjonali tassew biex jikseb l-ewwel u t-tieni post,” qal Hamilton. Dak Kien Atteġġjament Fiżiku Tassew Ħażin Il-President Donald Trump waqqa’ għaċ-ċajt lis-Senatur Dianne Feinstein f’rally is-Sibt b’rabta mal-insistenza tagħha li hi ma kixfitx l-ittra minn Christine Blasey Ford li kienet qiegħda takkuża lill-persuna nominata tal-Qorti Suprema Brett Kavanaugh b’attakk sesswali. Meta tkellem f’rally f’West Virginia, il-president ma ndirizzax direttament ix-xhieda mogħtija minn Ford quddiem is-Senat tal-Kumitat Ġudizzjarju, iżda minflok ikkummenta li dak li kien għaddej fis-Senat wera li n-nies kienu “vili u diżgustanti u mhux sinċiera.” “L-unika ħaġa li tista’ tiġri u l-ħaġa sabiħa li kienet għaddejja f’dawn l-aħħar ftit jiem fis-Senat, meta tara r-rabja, meta tara n-nies li huma rrabbjati u vili u diżgustanti u mhux sinċiera,” qal hu. “Meta tħares lejn stqarriji u kxif ta’ informazzjoni u mbagħad jgħidu “le, mhux jien għamiltha. Mhux jien għamiltha.” Tiftakar? Dianne Feinstein, kxift xi informazzjoni? Ftakru t-tweġiba tagħha... kxift id-dokument - “e, e, x’inhu? Le ma tarax. Jien ma kxift xejn.” Ara, stenna minuta. Kxifna... Le, ma kxifniex,” żied jgħid hu, filwaqt li imita lis-Senatur. Feinstein int bagħtitilha l-ittra li tagħti dettalji dwar l-allegazzjonijiet kontra Kavanaugh minn Ford f’Lulju, u din inkixfet aktar kmieni f’Settembru - iżda Feinstein ċaħdet li l-kxif kien ġej mill-uffiċċju tagħha. “Jien ma ħbejtx l-allegazzjonijiet ta’ Dr. Ford, jien ma kxiftx l-istorja tagħha,” qalet Feinstein lill-kumitat, irrapporta The Hill. “Hi talbitni nżommha kunfidenzjali u jien żammejtha kunfidenzjali kif talbet hi.” Iżda jidher li ċ-ċaħda tagħha ma ntlaqgħetx tajjeb mill-president, li waqt ir-rally tas-Sibt filgħaxija kkummenta: “Taf x’naf, li dak kien atteġġjament fiżiku tassew ħażin. Jista’ jkun li ma kixfitx, iżda dak huwa l-agħar atteġġjament fiżiku li qatt rajt.” Filwaqt li kompla bid-difiża tiegħu tal-persuna nominata tal-Qorti Suprema, li ġiet akkużata b’imġiba sesswali ħażina minn tliet niesa, il-president issuġġerixxa li d-Demokrati kienu qed jużaw l-allegazzjonijiet għall-iskopijiet tagħhom. “Huma ddeterminati jieħdu lura l-poter bi kwalunkwe mezz meħtieġ. Qed taraw il-viltà, id-diżgustaġni, huma ma jimpurtahomx lil min iweġġgħu, lil min jagħmlulu l-bsaten fir-roti biex jiksbu l-poter u l-kontroll,” qal il-president skont rapporti minn Mediaite. Elite League: Dundee Stars 5-3 Belfast Giants Patrick Dwyer skurja darbtejn għall-Giants kontra Dundee Dundee Stars pattew għat-telfa tal-Elite League tal-Ġimgħa kontra Belfast Giants billi rebħu l-logħba kontra l-istess avversarju 5-3 f’Dundee nhar is-Sibt. Giants kisbu vantaġġ ta’ żewġ gowls kmieni fil-logħba b’żewġ attakki minn Patrick Dwyer u Francis Beauvillier. Mike Sullivan u Jordan Cownie ġabu l-istess punteġġ għat-tim li qed jilgħab f’pajjiżu qabel ma’ Dwyer reġa’ kiseb vantaġġ għall-Giants. Francois Bouchard kiseb l-istess punteġġ għal Dundee qabel ma żewġ gowls ta’ Lukas Lundvald Nielsen ikkonfermaw ir-rebħa tagħhom. Din kienet it-tielet rebħa tal-istaġun fl-Elite League għall-plejers ta’ Adam Keefe, li wara bosta telfiet avvanzaw biex jirbħu lil Dundee 2-1 f’Belfast il-Ġimgħa filgħaxija. Din kienet ir-raba’ darba dan l-istaġun li dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu, b’Giants jirbħu t-tliet logħbiet ta’ qabel. L-ewwel gowl ta’ Dwyer seħħ fir-raba’ minuta fi 3:35 b’pass minn Kendall McFaull, b’David Rutherford jagħti l-pass filwaqt li Beauvillier irdoppja l-vantaġġ erba’ minuti wara. F’dak li kien perjodu ta’ ftuħ b’ħafna azzjoni, Sullivan reġa’ ġab lit-tim li qed jilgħab f’pajjiżu lura fil-logħba fi 13:10 qabel ma Matt Marquardt ta pass lil Cownie fi 15:16 li ġab l-istess punteġġ għaż-żewġ timijiet. Dwyer żgura li Giants jiksbu vantaġġ sal-ewwel pawża tal-logħba meta għamel it-tieni gowl tiegħu tal-lejla fi tmiem l-ewwel perjodu. It-tim li qed jilgħab f’pajjiżu reġa’ ngħaqad u għal darb’oħra bis-saħħa ta’ Bouchard dawn reġgħu laħqu lit-tim l-ieħor b’gowl b’saħħtu fi 27:37. Cownie u Charles Corcoran ingħaqdu biex jgħinu lil Nielsen jagħti lil Dundee vantaġġ għall-ewwel darba fil-logħba fi tmiem it-tieni perjodu u żgura r-rebħa bil-ħames gowl għat-tim tiegħu f’nofs l-aħħar perjodu. Giants, li issa tilfu erba’ mill-aħħar ħames logħbiet tagħhom, se jilagħbu f’pajjiżhom kontra Milton Keynes fil-logħba li jmiss tagħhom nhar il-Ġimgħa. Kontrollur tat-Traffiku tal-Ajru Imut Biex Jiżgura Li Mijiet Ta’ Nies Fuq L-Ajruplan Ikunu Jistgħu Jaħarbu mit-Terremot Kontrollur tat-traffiku tal-ajru fl-Indoneżja qed jitqies bħala eroj wara li miet biex jiżgura li ajruplan li kien qed iġorr mijiet ta’ nies jirnexxielu jillandja b’mod sikur. Aktar minn 800 persuna mietu u ħafna ntilfu wara li terremot kbir laqat il-gżira ta’ Sulawesi l-Ġimgħa, li skatta tsunami. Theżżiżiet qawwija baqgħu jaħkmu ż-żona u ħafna jinsabu maqbudin f’debris fil-belt ta’ Palu. Iżda minkejja li l-kollegi tiegħu ħarbu biex isalvaw, il-ġuvni ta’ 21 sena Anthonius Gunawan Agung irrifjuta li jħalli l-pożizzjoni tiegħu fit-torri ta’ kontroll li kien qed jixxengel fl-Ajruport ta’ Palu, Mutiara Sis Al Jufri Airport. Huwa baqa’ kalm sabiex jiżgura li t-Titjira 6321 ta’ Batik Air, li f’dak il-ħin kienet qiegħda fir-runway, setgħet titlaq b’mod sikur. Hu mbagħad qabeż mit-torri ta’ kontroll tat-traffiku meta ħaseb li dan kien qed jiġġarraf. Hu miet aktar tard fl-isptar. Il-kelliem għal Air Navigation Indonesia, Yohannes Sirait, qal li d-deċiżjoni probabbli salvat mijiet ta’ ħajjiet, irrapporta ABC News tal-Awstralja. Aħna ħejjejna ħelikopter minn Balikpapan f’Kalimantan sabiex nieħduh fi sptar akbar f’belt oħra. Sfortunatament ħalliena dalgħodu qabel ma l-ħelikopter wasal f’Palu. “Meta nisimgħu dwar dan inħossu dieqa kbira,” żied jgħid hu. Sadanittant, l-awtoritajiet jibżgħu li l-għadd ta’ mwiet jista’ jilħaq l-eluf bl-aġenzija għall-mitigazzjoni tad-diżastri tal-pajjiż tgħid li l-aċċess għall-ibliet ta’ Donggala, Sigi u Boutong huwa limitat. “Huwa stmat li l-għadd għadu qed jiżdied minħabba li ħafna iġsma kienu għadhom jinsabu taħt it-tifrik filwaqt li ħafna ma setgħux jintlaħqu,” qal il-kelliem tal-aġenzija Sutopo Purwo Nugroho. Il-mewġ li laħaq sa sitt metri qerdu lil Palu li fih nhar il-Ħadd se jsir dfin tal-massa. L-ajruplani militari u kummerċjali qed iġibu l-għajnuna u l-provvisti. Risa Kusuma, omm ta’ 35 sena, qalet lil Sky News: “Kull minuta l-ambulanza ddaħħal l-iġsma. L-ilma nadif huwa skars. Il-mini-markets qed jinsterqu kullimkien.” Jan Gelfand, il-kap tal-International Red Cross fl-Indoneżja, qal lil CNN: “Ir-Red Cross tal-Indoneżja qegħdin jaħdmu qatigħ biex jgħinu lil dawk li għadhom ħajjin iżda aħna ma nafux x’se jsibu hemmhekk. Din diġà hija traġedja, iżda tista’ tmur għall-agħar.” Il-President tal-Indoneżja Joko Widodo wasal f’Palu l-Ħadd u qal lill-militari tal-pajjiż: “Qed nitlobkom kollha biex taħdmu lejl u nhar sabiex tlestu kull kompitu relatat mal-evakwazzjoni. Lesti?” irrapporta s-CNN. L-Indoneżja ntlaqtet aktar kmieni din is-sena minn terremoti f’Lombok li fihom mietu aktar minn 550 persuna. Inċident ta’ ajruplan f’Micronesia: Air Niugini issa tgħid li raġel jinsab mitluf wara l-inċident tal-ajruplan fil-laguna Il-linja tal-ajru li kienet qiegħda topera titjira li ġġarfet fil-laguna Paċifika f’Micronesia issa tgħid li raġel jinsab mitluf, wara li qabel qalet li s-47 passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ kienu evakwaw b’mod sikur mill-ajruplan li kien qed jegħreq. Air Niugini qalet fi stqarrija li mis-Sibt wara nofsinhar, hi ma setgħetx tagħti dettalji dwar fejn kien jinsab passiġġier raġel wieħed. Il-linja tal-ajru qalet li kienet qiegħda taħdem mal-awtoritajiet lokali, mal-isptarijiet u mal-investigaturi biex tipprova ssib lir-raġel. Il-linja tal-ajru ma weġbitx immedjatament għat-talbiet għal aktar dettalji dwar il-passiġġier, bħall-età jew in-nazzjonalità tiegħu. Id-dgħajjes lokali għenu biex isalvaw lill-passiġġieri u lill-membri tal-ekwipaġġ l-oħra wara li l-ajruplan laqat l-ilma meta pprova jillandja fl-ajruport tal-Gżira Chuuk. Il-Ġimgħa l-uffiċjali qalu li seba’ min-nies ittieħdu l-isptar. Il-linja tal-ajru qalet li sitt passiġġieri baqgħu fl-isptar is-Sibt, u kollha kemm huma kienu f’kundizzjoni stabbli. Dak li kkawża l-inċident u s-sekwenza eżatta tal-avvenimenti tibqa’ mhux ċara. Il-linja tal-ajru u l-Flotta Navali tal-Istati Uniti t-tnejn li huma qalu li l-ajruplan illandja fil-laguna ftit ‘il bogħod mir-runway. Xi xhieda ħasbu li l-ajruplan qabeż ir-runway. Il-passiġġier Amerikan Bill Jaynes qal li l-ajruplan daħal baxx ħafna. “Din hija ħaġa tassew tajba,” qal Jaynes. Jaynes qal li hu u oħrajn irnexxielhom jgħaddu mill-ilma li kien għoli sa qaddhom sal-ħruġ tal-emerġenza fuq l-ajruplan li kien qed jegħreq. Huwa qal li l-assistenti tat-titjira kienu qed jippanikkjaw u jgħajtu, u li hu sofra minn korriment żgħir f’rasu. Il-Flotta Navali tal-Istati Uniti qalet li l-baħħara li kienu qed jaħdmu fil-qrib biex itejbu moll ukoll għenu fis-salvataġġ billi użaw dgħajsa li tintefaħ sabiex iġorru lill-passiġġieri lejn ix-xatt qabel ma l-ajruplan għereq f’madwar 30 metru (100 pied) ta’ ilma. Data mill-Aviation Safety Network tindika li f’dawn l-aħħar żewġ deċennji mietu 111-il persuna f’inċidenti tal-linji tal-ajru rreġistrati b’PNG iżda l-ebda inċident ma kien jinvolvi lil Air Niugini. Analist jippreżenta skeda taż-żmien tal-lejla li fiha mara nħarqet ħajja Is-Sibt il-prosekuzzjoni kkonkludiet l-evidenza tagħha dwar il-każ fil-proċess ġdid ta’ raġel li huwa akkużat li fl-2014 ħaraq mara minn Mississippi waqt li kienet ħajja. L-Analist tad-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti Paul Rowlett xehed għal sigħat sħaħ bħala xhieda espert fil-qasam tal-analiżi tal-intelliġenza. Huwa ddeskriva għall-ġurija kif uża r-rekords tal-mowbajl biex jiġbor flimkien informazzjoni dwar il-movimenti tal-konvenut Quinton Tellis ta’ 29 sena u l-vittma, Jessica Chambers, ta’ 19-il sena, fil-lejl li mietet. Rowlett qal li hu rċieva data ta’ lokalizzazzjoni minn diversi mowbajls li wrew li Tellis kien ma’ Chambers f’dik il-lejla li mietet, li tikkontradixxi l-istqarrijiet preċedenti tiegħu, irrapporta The Clarion Ledger. Meta d-data tal-mowbajl uriet li hu kien ma’ Chambers fiż-żmien li fih huwa qal li kien ma’ ħabib tiegħu Michael Sanford, il-pulizija marru biex ikellmu lil Sanford. Sanford tkellem is-Sibt u xehed li dakinhar ma kienx qiegħed fil-belt. Meta l-prosekuturi saqsew jekk Tellis kienx qed jgħid il-verità meta qal li dak il-lejl kien fit-trakk ta’ Sanford, Sanford qal li kien “qed jigdeb, peress li t-trakk tiegħi kien f’Nashville.” Inkonsistenza oħra kienet li Tellis qal li hu kien ilu jaf lil Chambers għal ġimagħtejn meta mietet. Ir-rekords tal-mowbajl indikaw li huma kienu jafu lil xulxin ġimgħa biss. Rowlett qal li xi ftit ħin wara l-mewta ta’ Chambers, Tellis ħassar il-messaġġi, it-telefonati u l-informazzjoni ta’ kuntatt ta’ Chambers mill-mowbajl tiegħu. “Hu ħassarha minn ħajtu,” qal Hale. Id-difiża hija skedata biex tibda l-argumenti tal-għeluq tagħha l-Ħadd. L-imħallef qal li huwa jistenna li l-proċess jgħaddi għall-ġurija aktar tard dik il-ġurnata. The High Breed: X’inhu hip hop konxju? Tliet artisti tal-hip hop iridu jisfidaw il-perspettiva negattiva tal-ġeneru billi jimlew il-mużika tagħhom b’messaġġi pożittivi. The High Breed, minn Bristol, isostnu li l-hip hop mexa lil hinn mill-oriġini tiegħu ta’ messaġġi politiċi u qed jindirizza kwistjonijiet soċjali. Huma jridu jmorru lura għall-għeruq tiegħu u jerġgħu jagħmlu l-hip hop konxju popolari. Artisti bħal The Fugees u Common raw qawmien mill-ġdid reċenti fir-Renju Unit b’artisti bħal Akala u Lowkey. Persuna sewda oħra?! Nanny minn NY tħarrek koppja talli keċċewha wara messaġġ “razzist” Nanny minn New York qiegħda tħarrek koppja għal tkeċċija diskriminatorja wara li rċeviet messaġġ bi żball mill-omm li kienet qiegħda tilmenta li hi kienet “persuna sewda oħra.” Il-koppja jiċħdu li huma razzisti, u jqabblu l-kawża ma’ “estorsjoni.” Lynsey Plasco-Flaxman, omm ta’ żewġt itfal, esprimiet dispjaċir meta saret taf li l-persuna l-ġdida li tindokra t-tfal, Giselle Maurice, kienet ta’ karnaġġjon skur meta waslet għall-ewwel jum ta’ xogħol fl-2016. "LEEEEEEEEEEE PERSUNA SEWDA OĦRA," kitbet is-Sinjura Plasco-Flaxman f’messaġġ lir-raġel tagħha. Madankollu, minflok bagħtitu lir-raġel tagħha, hi bagħtitu lis-Sinjura Maurice, darbtejn. Wara li ndunat bl-iżball oħxon tagħha, Plasco-Flaxman ħassitha “skomda” u keċċiet lis-Sinjura Maurice, fejn qalet li n-nanny ta’ qabilha, li kienet Afrikana-Amerikana, m’għamlitx xogħolha tajjeb u li minflok hi kienet qiegħda tistenna Filippina, skont in-New York Post. Is-Sinjura Maurice tħallset għall-jum ta’ xogħol wieħed tagħha u mbagħad ntbagħtet id-dar b’Uber. Issa, Maurice qiegħda tħarrek lill-koppja għal kumpens fir-rigward tat-tkeċċija, u qiegħda titlob kumpens ta’ $350 kuljum għall-pożizzjoni live-in ta’ sitt xhur li għaliha hi kienet ġiet impjegata inizjalment, minkejja li mingħajr kuntratt. Jien irrid nurihom, isma’, ma tistax tagħmel affarijiet bħal dawn,” qalet lil Post il-Ġimgħa, filwaqt li żiedet “Naf li din hija diskriminazzjoni.” Il-koppja attakkaw id-dikjarazzjonijiet li huma razzisti, billi qalu li t-tkeċċija tas-Sinjura Maurice kienet l-aktar ħaġa raġonevoli li setgħu jagħmlu, billi beżgħu li ma setgħux jafdawha wara li offendewha. “Marti bagħtitilha xi ħaġa li ma kellhiex l-intenzjoni li tgħid. Hi mhix razzista. Aħna m’aħniex nies razzisti,” qal Joel Plasco lil Post. “Iżda kieku inti tafda lit-tfal tiegħek f’idejn xi ħadd li kellimtu bil-goff, anke jekk dan kien bi żball? It-tarbija tat-twelid tiegħek? U ejja.” Meta qabbel il-kawża ma’ “estorsjoni”, Plasco qal li kienu għaddew biss xahrejn minn mindu martu kellha t-tarbija u kienet tinsab “f’sitwazzjoni diffiċli ħafna”. “Int se takkuża lil xi ħadd hekk? Mhix xi ħaġa sabiħa li tagħmel,” żied jgħid il-bankier ta’ investiment. Filwaqt li l-każ legali għadu għaddej, il-qorti tal-opinjoni pubblika malajr ħabbret lill-koppja fuq il-midja soċjali, fejn insultathom għall-imġiba u l-loġika tagħhom. Ittra ġdida tiżvela li l-pubblikaturi ta’ Paddington beżgħu li l-qarrejja ma kinux se jirrelataw ma’ ors li jitkellem It-tifla ta’ Bond, Karen Jankel, li twieldet ftit wara li l-ktieb ġie aċċettat, qalet dwar l-ittra: “Huwa diffiċli tpoġġi lilek innifsek fiż-żarbun ta’ xi ħadd li jkun qed jaqrah għall-ewwel darba qabel ma ġie ppubblikat. “Huwa tassew divertenti l-fatt li issa nkunu nafu dak li nafu dwar is-suċċess kbir ta’ Paddington.” Hija qalet li missierha, li ħadem bħala cameraman tal-BBC qabel ma ġie ispirat biex jikteb il-ktieb tat-tfal minn ors tal-logħob żgħir, żgur li kien ikun ottimist li kieku x-xogħol tiegħu ġie rrifjutat, hija żiedet tgħid li s-60 anniversarju tal-pubblikazzjoni tal-kotba kien “pjaċevoli imma mdellel xi ftit bin-niket” wara l-mewta tiegħu s-sena li għaddiet. Dwar Paddington, li hija tiddeskrivi bħala “membru tal-familja tagħna importanti ħafna,” żiedet tgħid li missierha kien kburi tas-suċċess eventwali tiegħu għalkemm qatt ma kien joqgħod jitkellem dwaru. “Huwa kien pjuttost raġel kwiet, u ma kienx mimli bih innfisu,” qalet hi. “Iżda peress li Paddington kien tant reali għalih, kien bħal meta jkollok tifel li jikseb xi ħaġa: tkun kburi għalihom anke jekk ma tkunx inti li tkun ksibt xi ħaġa. Naħseb li huwa kien iħares lejn is-suċċess ta’ Paddington b’dak il-mod. Għalkemm huwa kien il-ħolqien u l-immaġinazzjoni tiegħu, huwa dejjem kien jagħti l-mertu lil Paddington stess.” Binti kienet qiegħda tmut u kelli nagħtiha l-aħħar tislima fuq it-telefown Malli llandjat bintha ttieħdet minnufih l-Isptar ta’ Nice Louis Pasteur 2, fejn it-tobba ħadmu biex isalvawlha ħajjitha iżda kien kollu għalxejn. “Nad kien qed iċempel regolarment biex jgħidli li s-sitwazzjoni kienet ħażina ħafna, li ma kinitx mistennija tgħix,” qalet is-Sinjura Ednan-Laperouse. “Imbagħad irċevejt telefonata mingħand Nad biex jgħidli li kienet se tmut fiż-żewġ minuti li ġejjin u kelli nagħtiha l-aħħar tislima. U hekk għamilt. Għidtilha, “Tashi, inħobbok ħafna, għażiża tiegħi. Inkun miegħek dalwaqt. Inkun miegħek. Il-mediċini li tawha t-tobba biex iżommulha qalbha tħabbat kienu qed jonqsu u jħallu s-sistema tagħha bil-mod. Hi kienet mietet xi ftit tal-ħin qabel u beda jikkrolla kollox. Kull ma stajt nagħmel huwa li noqgħod bilqiegħda u nistenna, konxja li dan kollu qed iseħħ. Ma stajtx ngħajjat jew inwerżaq jew nibki billi kont ninsab imdawra b’familji u nies. Kelli nżomm lura tassew.” Eventwalment is-Sinjura Ednan-Laperouse, li s’issa kienet qiegħda tibki għat-telfa ta’ bintha, telgħet fuq l-ajruplan flimkien mal-passiġġieri l-oħra - li ma kinux jafu bis-sitwazzjoni diffiċli li kienet għaddejja minnha. “Ħadd ma kien jaf,” qalet hi. “Kelli rashi baxxuta, u d-dmugħ beda nieżel il-ħin kollu. Diffiċli nispjega, iżda kien hemm fuq it-titjira li ħassejt sens kbir ta’ simpatija lejn Nad. Li hu kellu bżonn l-imħabba tiegħi u li ngħadru. Kont naf kemm kien iħobbha.” Post cards ta’ nisa mnikkta biex jiġu evitati s-suwiċidji fuq il-pont Żewġ nisa li tilfu lil xi ħadd għażiż minħabba suwiċidju qed jaħdmu biex jipprevjenu lil oħrajn milli jneħħu ruħhom b’idejhom. Sharon Davis u Kelly Humphreys kienu qed iwaħħlu kards fuq pont Welsh b’messaġġi ta’ ispirazzjoni u b’numri tat-telefown li n-nies jistgħu jċemplu għal appoġġ. Tyler, it-tifel tas-Sinjura Davis, kellu 13-il sena meta beda jsofri b’dipressjoni u qatel lilu nnifsu fl-età ta’ 18-il sena. "Jien ma rrid lill-ebda ġenitur iħoss dak li nħoss jien kuljum," qalet hi. Is-Sinjura Davis, li għandha 45 sena, li tgħix f’Lydney, qalet li binha kien kok promettenti bi tbissima infettiva. “Kulħadd kien jafu għat-tbissima tiegħu. Dejjem kienu jgħidu li t-tbissima tiegħu kienet tixgħel kull kamra.” Madankollu, huwa kellu jieqaf mix-xogħol qabel ma miet, minħabba li kien jinsab “f’post mudlam ħafna.” Fl-2014, ħu Tyler, li dak iż-żmien kellu 11-il sena, kien dak li sab lil ħuh wara li kien qatel lilu nnifsu. Is-Sinjura Davis qalet: “Dejjem nibża’ li dan se jkun il-kawża ta’ avveniment ikrah ieħor.” Is-Sinjura Davis ħolqot il-kards, “sabiex tgħarraf lin-nies li jeżistu persuni li tista’ tiftaħ qalbek magħhom jew tiltaqa’ magħhom, anke jekk bħala ħabib/a. Tpoġġix fis-silenzju - hemm bżonn li titkellem.” Is-Sinjura Humphreys, li ilha snin ħabiba mas-Sinjura Davies, tilfet lil Mark, is-sieħeb tagħha għal 15-il sena, mhux wisq wara l-mewta ta’ ommu. “Hu ma kienx jgħid li qed iħossu ħażin jew dipressat jew hekk,” qalet hi. “Ftit jiem qabel il-Milied innotajna bidla fl-attitudni tiegħu. F’Jum il-Milied kien ħażin ħafna - meta t-tfal fetħu r-rigali tagħhom ma għamel l-ebda kuntatt magħhom b’għajnejh jew xi ħaġa hekk.” Hi qalet li l-mewta tiegħu kienet trawma kbira għalihom, iżda huma jridu jiġġildulha: “Tħalli vojt fil-familja. Tifridna. Iżda lkoll kemm aħna rridu nkomplu b’ħajjitna u niġġieldu.” Jekk inti qed issibha diffiċli biex tlaħħaq mal-ħajja, inti tista’ ċċempel lil Samaritans b’xejn fuq 116 123 (ir-Renju Unit u l-Irlanda), tibgħat email fuq jo@samaritans.org, jew iżżur is-sit web ta’ Samaritans hawnhekk. Il-futur ta’ Brett Kavanaugh jinsab f’sitwazzjoni prekarja hekk kif l-FBI jibda investigazzjoni “Jien għidt, li kieku stajna niksbu xi ħaġa bħal dak li talab hu - investigazzjoni limitata fiż-żmien, limitata fl-iskop - forsi konna nġibu ftit unità,” qal is-Sur Flake s-Sibt, filwaqt li żied jgħid li beża’ li l-kumitat kien qed “jiġġarraf” fost paraliżi partiġġjana li rabbiet l-għeruq. Għaliex is-Sur Kavanaugh u l-partitarji Repubblikani tiegħu ma ridux lill-FBI jinvestiga? Ir-riluttanza tagħhom hija dovuta kollha kemm hi għall-għażla taż-żmien. L-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu jinsabu biss ħames ġimgħat ‘il bogħod, fis-6 ta’ Novembru - jekk, kif mistenni, ir-Repubblikani ma jmorrux tajjeb, f’dak il-każ huma se jiddgħajfu severament fit-tentattivi tagħhom biex ipoġġu lir-raġel li huma jridu li jiġi elett fil-Qorti Suprema. George W. Bush kien qed jaqbad it-telefown biex iċempel lis-Senaturi, biex jipperswadihom jappoġġjaw lis-Sur Kavanaugh, li ħadem fil-White House għas-Sur Bush u li permezz tiegħu ltaqa’ ma’ martu Ashley, li kienet is-segretarja personali tas-Sur Bush. X’se jiġri wara li l-FBI jippreżenta r-rapport tiegħu? Se ssir votazzjoni fis-Senat, fejn attwalment jokkupaw pożizzjoni 51 Repubblikan u 49 Demokrat. Għadu mhux ċar jekk is-Sur Kavanaugh jistax jikseb mill-inqas 50 vot fis-Senat, li jippermetti lil Mike Pence, il-viċi president, jivvota u jikkonfermah għall-Qorti Suprema. L-għadd ta’ deżerturi fil-Korea ta’ Fuq “jonqos” taħt Kim L-għadd ta’ deżerturi tal-Korea ta’ Fuq għall-Korea t’Isfel naqas minn mindu Kim Jong-un ħa l-poter seba’ snin ilu, qal leġiżlatur tal-Korea t’Isfel. Meta kien qed jikkwota data mill-ministeru għall-unifikazzjoni tan-Naħa t’Isfel, Park Byeong-seug, qal li s-sena li għaddiet kien hemm 1,127 bidla fil-partit - meta mqabbel mal-2,706 fl-2011. Is-Sur Park qal li kontrolli fil-fruntiera aktar stretti bejn il-Korea ta’ Fuq u ċ-Ċina u r-rati aktar għolja li kienu qed jitolbu l-kuntrabandisti tal-bnedmin kienu fatturi ewlenin. Pyongyang ma għamel l-ebda kumment pubbliku. Il-maġġoranza vasta tad-deżerturi min-Naħa ta’ Fuq evetwalment jiġu offruti ċittadinanza tal-Korea t’Isfel. Seoul tgħid li sa mit-tmiem tal-Gwerra Koreana fl-1953, aktar minn 30,000 Koreani ta’ Fuq qasmu l-fruntiera b’mod illegali. Ħafna minnhom jaħarbu billi jgħaddu miċ-Ċina, li għandha l-itwal fruntiera mal-Korea ta’ Fuq u huwa aktar faċli biex taqsam meta mqabbla maż-Żona Demilitarizzata (DMZ) protetta ħafna bejn iż-żewġ partijiet tal-Korea. Iċ-Ċina tqis lid-deżerturi bħala migranti illegali minflok bħala refuġjati u spiss tibagħthom lura lejn pajjiżhom bil-forza. Ir-relazzjonijiet bejn in-Naħa ta’ Fuq u n-Naħa t’Isfel - li teknikament għadhom fi gwerra - tjiebu b’mod sinifikanti fix-xhur reċenti. Aktar kmieni dan ix-xahar, il-mexxejja taż-żewġ pajjiżi ltaqgħu f’Pyongyang għal taħdidiet li kienu ffokati fuq l-istaġnar tan-negozjati ta’ denuklearizzazzjoni. Dan seħħ wara l-laqgħa storika ta’ Ġunju bejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u Kim Jong-un f’Singapore, meta ftiehmu f’termini ġenerali biex jaħdmu lejn il-peniżola Koreana ħielsa mill-periklu nukleari. Iżda s-Sibt, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq Ri Yong-ho waħħal fis-sanzjonijiet tal-Istati Uniti għan-nuqqas ta’ progress li sar minn dakinhar. “Mingħajr ebda fiduċja fl-Istati Uniti, mhu se jkun hemm l-ebda fiduċja fis-sigurtà nazzjonali tagħna u taħt tali ċirkostanzi, bl-ebda mod mhu se nkunu tal-ewwel li nneħħu l-armi b’mod unilaterali,” qal is-Sur Ri f’diskors lill-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York. Nancy Pelosi ssejjaħ lil Brett Kavanaugh "isteriku," filwaqt li tgħid li hu mhux kapaċi jaħdem fil-Qorti Suprema Il-Mexxejja ta’ Minoranza tal-Kamra Nancy Pelosi sejħet lill-persuna nominata għall-Qorti Suprema s-Sur Brett Kavanaugh “isteriku” u qalet li hu mhux kapaċi jaħdem fil-Qorti Suprema minħabba l-imġiba temperementali tiegħu. Pelosi għamlet dawn il-kummenti f’intervista s-Sibt f’Texas Tribune Festival f’Austin, Texas. “Ma stajtx ma naħsibx fil-fatt li li kieku mara kellha qatt iġġib ruħha b’dak il-mod, kienu jgħidu “isterika,” qalet Pelosi dwar ir-reazzjoni tagħha għax-xhieda ta’ Kavanaugh quddiem il-Kumitat Ġudizzjarju tas-Senat il-Ħamis. Kavanaugh emozzjonalment ċaħad l-allegazzjonijiet li huwa kien abbuża sesswalment lil Dr. Christine Blasey Ford meta t-tnejn li huma kienu għadhom żgħażagħ. Waqt id-dikjarazzjoni tal-ftuħ tiegħu, Kavanaugh kien emozzjonat ħafna, xi drabi kien saħansitra qed jgħajjat u jinħanaq meta kien qed jitkellem dwar il-familja tiegħu u s-snin tal-iskola sekondarja tiegħu. Huwa kkundanna wkoll b’mod espliċitu lid-Demokrati fil-kumitat, billi sejjaħ l-allegazzjonijiet kontrih “assassinazzjoni tal-karattru grotteska u kkoordinata” organizzata mil-liberali li huma rrabjati li Hilary Clinton tilfet l-elezzjoni presidenzjali tal-2016. Pelosi qalet li hija temmen li x-xhieda ta’ Kavanaugh tat prova li hu ma setax jaħdem fil-Qorti Suprema, minħabba li wriet li huwa għandu preġudizzji kontra d-Demokrati. “Jien naħseb li huwa jiskwalifika lilu nnifsu b’dawk id-dikjarazzjonijiet u l-mod li bih huwa mar wara l-Clintons u d-Demokrati,” qalet hi. Pelosi laqalqet meta ġiet mistoqsija jekk hi tippruvax takkuża lil Kavanaugh jekk jiġi kkonfermat, u jekk id-Demokrati jiksbu l-maġġoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti. “Jien se ngħid ħaġa -- jekk hu mhux qed jgħid il-verità lill-Kungress jew lill-FBI, għalhekk hu mhux kapaċi, mhux biss biex ikun fil-Qorti Suprema, iżda anke li jkun fil-qorti li jinsab fiha bħalissa,” qalet Pelosi. Attwalment Kavanaugh huwa mħallef fil-Qorti tal-Appell ta’ D.C. Pelosi żiedet tgħid li bħala Demokrat hija kienet mħassba dwar id-deċiżjonijiet potenzjali ta’ Kavanaugh kontra l-Affordable Care Act jew Roe v. Wade, billi huwa meqjus bħala ġustizzja konservattiva. Fis-seduti ta’ konferma tiegħu, Kavanaugh evita mistoqsijiet dwar jekk hu jbiddilx ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema. “Mhux f’loku li persuna bi preġudizzji isterika tmur il-qorti u tistenna li ngħidu, “tajjeb ferm,” qalet Pelosi. U Jeħtieġ li n-Nisa Jeżerċitaw l-Awtorità Tagħhom. Huwa attakk verbali ġust, xhur u snin mimlija rabja, u hi ma tistax tgħid dak li għandha tgħid mingħajr ma tibki. “Aħna nibku meta nirrabbjaw,” qaltli s-sinjura Steinem 45 sena wara. “Ma naħsibx li din hija ħaġa rari, xi tgħid?” Hija żiedet tgħid, “Għenitni ħafna mara li kienet imlaħħqa f’xi post ieħor, li qalet li anke hi kienet tibki meta tkun irrabbjata, iżda żviluppat teknika li kienet tfisser li meta kienet tirrabbja u tibda tibki, kienet tgħid lill-persuna li kienet tkun qed titkellem magħha, “Probabbli qed taħseb li mdejqa għax qed nibki. Jien irrabbjata.” U mbagħad ma waqfitx. U jien ħsibt li din kienet xi ħaġa brillanti.” Il-biki huwa permess bħala mod biex wieħed joħroġ ir-rabja kbira tiegħu parzjalment minħabba li fundamentalment dawn jiġu interpretati ħażin. Waħda mill-aktar memorji ċari tiegħi ta’ wieħed mill-ewwel impjiegi li kelli, f’uffiċċju ddominat mill-irġiel, fejn darba minnhom sibt ruħi nibki b’rabja indeskrivibbli, kienet meta mara akbar fl-età qabditni mill-kozz ta’ għonqi - maniġer bierda li dejjem kont nibża’ xi ftit minnha - u ġarritni lejn it-taraġ. “Qatt tħallihom jarawk tibki,” qaltli. “Huma ma jafux li int irrabbjata. Huma jaħsbu li int imdejqa u jħossuhom kuntenti li rnexxilhom iweġġgħuk.” Patricia Schroeder, li dak iż-żmien kienet membru tal-kungress Demokratiku minn Colorado, ħadmet ma’ Gary Hart meta kien se joħroġ għall-elezzjoni presidenzjali. Fl-1987, meta s-Sur Hart inqabad f’relazzjoni barra ż-żwieġ fuq dgħajsa magħrufa bħala Monkey Business u ħareġ mill-elezzjoni, is-Sinjura Schroeder, irrabbjata ferm, ikkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex hi ma tesplorax l-idea li toħroġ hi stess għall-elezzjoni presidenzjali. “Din ma kinitx deċiżjoni maħsuba sew,” qaltli b’daħka 30 sena wara. “Kien diġa hemm seba’ kandidati oħra li kienu se joħorġu għall-elezzjoni, u l-aħħar ħaġa li riedu kien kandidat ieħor. Xi ħadd sejħilha “Snow White u s-Seba’ Nani.” Peress li dan kien fi tmiem il-kampanja, hi kienet qiegħda lura fil-ġbir ta’ fondi, u għalhekk ħalfet li ma kinitx se toħroġ għall-elezzjoni jekk ma tagħmilx $2 miljuni. Kienet battalja mitlufa. Hi skopriet li wħud mill-partitarji tagħha li kienu jagħtu $1,000 lill-irġiel lilha kienu jagħtuha biss $250. “Dawn jaħsbu li jien nieħu xi skont?” qalet hi. Meta għamlet id-diskors tagħha fejn ħabbret li hi ma kinitx se tniedi kampanja formali, tant kienet emozzjonata - grata lejn in-nies li appoġġjawha, irrabbjata bis-sistema li għamlitha tant diffiċli biex tiġbor il-fondi u biex timmira l-votanti minflok lid-delegati, u rrabbjata lejn is-sessiżmu - li nħanqet. “Probabbli kont taħseb li għandi brejkdawn qawwi,” fakkret is-Sinjura Schroeder dwar il-mod li bih il-midja rreaġixxiet lejha. “Kont taħseb li Kleenex kien l-isponsor korporattiv tiegħi. Niftakarni naħseb, x’se jiktbu fuq il-qabar tiegħi? “Hi bkiet”?”” Kif il-gwerra tal-kummerċ bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tista’ tkun tajba għal Beijing In-numri ta’ bombi mill-ajru tal-ftuħ tal-gwerra tal-kummerċ bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu jtarrxuk, u filwaqt li l-battalja għad baqgħalha biex tispiċċa, nuqqas ta’ ftehim bejn il-pajjiżi jista’ jkun ta’ benefiċċju għal Beijing fit-tul, jgħidu l-esperti. Donald Trump, il-President tal-Istati Uniti, ta l-ewwel twissija aktar kmieni din is-sena billi ntaxxa lill-esportaturi ewlenin Ċiniżi inklużi l-pannelli solari, il-ħadid u l-aluminju. L-aktar żieda sinifikanti waslet din il-ġimgħa b’tariffi ġodda li jaffettwaw oġġetti li jammontaw għal $200 biljun (£150 biljun), u effettivament jintaxxaw l-oġġetti kollha li jidħlu fl-Istati Uniti miċ-Ċina. Beijing irritaljat kull darba bl-istess mod, filwaqt li aktar reċentament kienet qiegħda tippreżenta tariffi ta’ ħamsa sa għaxra fil-mija fuq $60 biljun ta’ oġġetti Amerikani. Iċ-Ċina wiegħdet li taqbel mal-Istati Uniti kull darba, u huwa improbabbli li t-tieni l-akbar ekonomija tad-dinja ċċedi fil-futur qarib. Il-fatt li Washington jagħmel pass lura tfisser li jaċċetta t-talbiet, iżda pubblikament il-fatt li ċ-Ċina ċċedi lill-Istati Uniti se jkun wisq imbarazzanti għal Xi Jinping, il-president taċ-Ċina. Madankollu, l-esperti jgħidu li jekk Beijing jaħdem bil-għaqal, il-pressjonijiet tal-gwerra tal-kummerċ tal-Istati Uniti jistgħu jappoġġjaw liċ-Ċina b’mod pożittiv fit-tul billi jnaqqsu l-interdipendenza taż-żewġ ekonomiji. “Il-fatt li deċiżjoni politika malajr f’Washington jew Beijing tista’ toħloq il-kundizzjonijiet li jibdew kaos ekonomiku fiż-żewġ pajjiżi huwa fil-fatt ħafna aktar perikoluż minn dak li rrikonoxxew l-ispettaturi qabel,” qalet Abigail Grace, imsieħba tar-riċerka li tiffoka fuq l-Asja fiċ-Ċentru għal Sigurtà Amerikana Ġdida (Center for New American Security), li huwa grupp ta' riflessjoni. Syria tinsab “lesta” li r-refuġjati jirritornaw lura, jgħid il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Syria tgħid li tinsab lesta għar-ritorn volontarju tar-refuġjati u qiegħda tappella għal għajnuna biex jerġa’ jinbena l-pajjiż meqrud minn gwerra li damet aktar minn seba’ snin. Meta kien qed ikellem lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet uniti, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Walid al-Moualem qal li l-kundizzjonijiet fil-pajjiż qed jitjiebu. “Illum il-ġurnata s-sitwazzjoni fuq il-post hija aktar stabbli u sikura grazzi għall-progress li sar fil-ġlieda kontra t-terroriżmu,” qal hu. Il-gvern qed ikompli jirrijabilita ż-żoni meqruda mit-terroristi biex jirrestawra n-normalità. Il-kundizzjonijiet kollha issa huma preżenti għar-ritorn volontarju tar-refuġjati fil-pajjiż li huma kellhom iħallu minħabba t-terroriżmu u l-miżuri ekonomiċi unilaterali li mmiraw il-ħajjiet tagħhom ta’ kuljum u l-għajxien tagħhom. In-NU jistmaw li minn mindu bdiet il-gwerra fl-2011 aktar minn 5.5 miljun Sirjan telqu mill-pajjiż. Sitt miljun persuna oħra li għadhom jgħixu fil-pajjiż għandhom bżonn assistenza umanitarja. Al-Moualem qal li r-reġim Sirjan jilqa’ għajnuna biex jerġa’ jibni l-pajjiż meqrud. Iżda huwa enfasizza li mhux se jaċċetta assistenza kundizzjonali jew għajnuna minn pajjiżi li sponsorjaw is-sedizzjoni. L-Ewropa tħaddan ir-rebħa ta’ Ryder Cup f’Pariġi Team Europe rebaħ ir-Ryder Cup 2018 kontra Team USA b’punteġġ finali ta’ 16.5 għal 10.5 f’Le Golf National barra Pariġi, Franza. L-Istati Uniti issa tilfu sitt darbiet konsekuttivi f’art Ewropea u ilhom ma jirbħu Ryder Cup fl-Ewropa mill-1993. L-Ewropa reġgħet rebħet it-titlu meta t-tim tal-kaptan Daniż Thomas Bjorn laħaq l-14.5 punti li kien jeħtieġ biex jirbaħ lill-Istati Uniti. Phil Mickelson li huwa preminenti fl-Istati Uniti, li tħabat matul it-tornament kollu, ta l-kolp ti tiegħu fl-ilma fis-16-il toqba par-3, u b’hekk ċeda l-logħba tiegħu lil Francesco Molinari. Il-golfer Taljan Molinari spikka fir-rawnds kollha tiegħu, u sar 1 minn 4 plejers li qatt ġabu 5-0-0 minn mindu beda l-format attwali tat-tornament fl-1979. L-Amerikan Jordan Spieth tilef 5&4 kontra l-plejer tal-inqas livell fuq it-tim Ewropew, Thorbjorn Olesen tad-Danimarka. Il-plejer tal-ogħla livell tad-dinja, Dustin Johnson, ġab 2 u 1 għal Ian Poulter tal-Ingilterra li lagħab fir-Ryder Cup finali tiegħu. Veteran ta’ tmien Ryder Cups, l-Ispanjol Sergio Garcia sar l-aqwa plejer Ewropew tat-tornament li qatt kien hawn b’25.5 punt tul il-karriera tiegħu. “Normalment ma nibkix iżda llum ma stajtx inżomm. Kienet sena diffiċli. Ninsab grat ħafna lejn Thomas li għażel lili u li emmen fija. Ninsab kuntent ħafna, kuntent ħafna li ksibt lura t-tazza. It-tim huwa kollox, u jien kuntent li stajt ngħin,” qal Garcia emozzjonat wara r-rebħa Ewropea. Huwa jgħaddi t-torċa lis-sieħeb kompatrijott tiegħu John Ram li rebaħ lil-leġġenda tal-golf tal-Istati Uniti Tiger Woods 2&1 f’singles play il-Ħadd. “Il-kburija inkredibbli li nħoss, li rbaħt lil Tiger Woods, meta jien trabbejt insegwih,” qal Rahm ta’ 23 sena. Woods tilef l-erba’ logħbiet kollha tiegħu fi Franza u issa għandu rekord ta’ Ryder Cup 13-21-3 tul il-karriera tiegħu. Statistika stramba ta’ wieħed mil-aqwa plejers li qatt kien hawn, li rebaħ 14-il titlu prinċipali, it-tieni wara Jack Nicklaus biss. Team USA tħabat il-weekend kollu biex isib dawk il-partijiet tal-korsa fejn jintlagħab il-golf bl-eċċezzjoni ta’ Patrick Reed, Justin Thomas u Tony Finau, li lagħbu golf ta’ kalibru għoli matul it-tornament kollu. Il-kaptan tal-Istati Uniti Jim Furyk tkellem wara prestazzjoni diżappuntanti għat-tim tiegħu, “Jien kburi b’dawn l-irġiel, huma iġġieldu. Kien hemm żmien dalgħodu meta tfajna xi pressjoni fuq l-Ewropa. Argumentajna. Lil Thomas ninżalu l-kappell. Huwa kaptan tajjeb ħafna. It-12-il plejer tiegħu lagħbu tajjeb ħafna. Aħna se nerġgħu ningħaqdu, jien se naħdem mal-PGA tal-Amerika u mal-Kumitat ta’ Ryder Cup tagħna u se nimxu ‘l quddiem. Lil dawn it-12-il ġuvintur inħobbhom u jien kburi li jien kaptan. Ikollok taqbad il-kappell u tmejjel rasek. Lagħbu aħjar minnha.” Aġġornament dwar ir-Red Tide: Il-konċentrazzjonijiet jonqsu f’Pinellas, Manatee u Sarasota L-aktar rapport reċenti mill-Florida Fish and Wildlife Commission juri tnaqqis ġenerali fil-konċentrazzjonijiet tar-Red Tide għal partijiet taż-żona Tampa Bay. Skont l-FWC, kundizzjonijiet ta’ tkabbir eċċessiv ta’ alka f’żoni iżolati qed jiġu rrapportati fiż-żoni tal-kontej ta’ Pinellas, Manatee, Sarasota, Charlotte u Collier - li jissuġġerixxu tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet. Ir-Red Tide li hija tkabbir eċċessiv ta’ alka testendi madwar 130 mil tal-kosta min-naħa ta’ fuq ta’ Pinellas sal-pajjiżi tan-naħa ta’ taħt Lee. Iż-żoni iżolati jistgħu jinstabu madwar 10 mili lil hinn mill-kosta ta’ Hillsborough County, iżda f’inqas siti relatati mal-ġimgħa li għaddiet. Red Tide ġiet osservata wkoll fil-Kontea ta’ Pasco. Konċentrazzjonijiet medji qrib il-kosta jew lil hinn mill-kosta tal-Kontea ta’ Pinellas ġew irrapportati fl-aħħar ġimgħa, konċentrazzjonijiet baxxi għal għolja lil hinn mill-kosta tal-Kontea ta’ Hillsborough, sfond għal konċentrazzjonijiet għolja fil-Kontea ta’ Manatee, sfond għal konċentrazzjonijiet għolja qrib il-kosta jew lil hinn mill-kosta tal-Kontea ta’ Sarasota, sfond għal konċentrazzjonijiet medji fil-Kontea ta’ Charlotte, sfond għal konċentrazzjonijiet għolja qrib il-kosta jew lil hinn mill-kosta tal-Kontea ta’ Lee, u konċentrazzjonijiet baxxi fil-Kontea ta’ Collier. Irritazzjoni respiratorja tibqa’ tiġi rrapportata fil-kontej ta’ Pinellas, Manatee, Sarasota, Lee, u Collier. Irritazzjoni respiratorja ma ġietx irrapportata f’Northwest Florida matul il-ġimgħa li għaddiet.